B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29109, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet u l-karigi relattivi tal-persuni kollha konċernati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-membri u l-karigi tagħhom fis-Segretarjat Ministerjali tiegħi huma dawn li ġejjin:
Colin Calleja - Head of Secretariat
Anna Aquilina - Private Secretary
Keith Zahra - Communications Coordinator
Ivan Debono - Policy Coordinator
Robert Attard - Secretariat Officer
Duncan Xuereb - Secretariat Officer
Elizabeth Vella - Secretariat Officer
Jacqueline Pace Delicata - Secretariat Officer
Charmaine Fenech St John - Secretariat Officer
Daniela Scalpello - Secretariat Officer
Keith Cauchi - Secretariat Officer
Alexia Demicoli - Secretariat Officer
Anna Coppola - Secretariat Pool
James Azzopardi - Driver/Security Officer
Bernard Pisani – Driver/Security Officer
Dawn jitħallsu skont il-linji gwida li jinsabu fl-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats maħruġ f’Ottubru 2007 u li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jesiġi li terġa' tiġi ntrodotta r-rotta nru 21 għaż-żona ta' St Peter's f'Haż-Żabbar li kienet tinzel St Peter's u x-Xgħajra u titla' l-Belt Valletta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-residenti ta’ St Peter’s Ħaż-Żabbar biex imorru l-Belt Valletta jew ix-Xgħajra, jużaw ir-rotta numru 3 u li din ir-rotta tgħaddi minn Triq San Leonardu kull nofs siegħa. Sabiex imorru l-Isptar Mater Dei, jaqbdu ir-rotta numru 120 minn Triq ix-Xgħajra, li tgħaddi kull nofs siegħa.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Tenders għal Road Signage
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender ħarġet relatata ma' road signage fid-dekasteri tiegħu? Għal kull tender min kienu n-nies fuq il-bord tal-aġġudikazzjoni? Min kien is-segretarju/a? Kemm-il kumpanija tefgħet offerta? Min kienet il-kumpannja li rebħet it-tender? Jista' jagħti l-lista tax- xogħlijiet mitluba fit-tender u jgħid jekk it-tender kenitx relatata mar-riforma tat-trasport pubbliku? X'kien l-ammont finanzjarju tat-tender? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jipproġetta li joħrog tenders relatati ma' road signage fit-tliet snin li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni li ħadu promozzjoni jew inbidlitilhom id-designazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk in-nies fid-dekasteru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu li ħadu promozzjoni u/jew inbidlitilhom id-designazzjoni tax-xogħol tagħhom mis-sena 2008 sal-lum? Jista' jindika wkoll is-salarju, l-pożizzjoni u l-benefiċċji li kellu/kellha qabel il-promozzjoni u wara l-promozzjoni? Min kienu l-persuna/persuni fid-deċiżjoni tal-promozzjoni u dawk li kienu fuq l-interviewing board? Jista' jindika kemm hu numru ta' pożizzjoniet li qed jippjana li jirrevedi fit-tliet snin li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kunflitt ta' interess
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tan-nies li ddikjaraw kunflitt ta' nteress fl-operat tagħhom mis-sena 2007 sal-lum fid-dekasteri tiegħu? Għal
kull każ jista' jgħid min kien il-persuna? Meta ddikjara l-kunflitt ta' nteress? Lil min ingħatat id-dikjarazzjoni tal-kunflitt ta' nteress? Min kien/kienu
n-nies li evalwaw il-kunflitt ta' nteress? X'azzjonijiet ittieħdu biex innaqsu lok ta' abbuż u jiggarantixxu trasparenza fl-operat? Jista' l-Ministru
jipprovdi kopji tal-proċeduri operattivi relatati mal-funzjoni tat-tenders fid-dekasteri tiegħu li kienu/qed jintużaw mis-sena 2007 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nies li ġew promossi - kriterji
Question
B'referenza għal dawk in-nies fid-dekasteru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu li ħadu promozzjoni u/jew inbidlitilhom id-designazzjoni tax-xogħol tagħhom mis-sena 2008 sal-lum, jista' l-Ministru jinvestiga jekk in-nies li ġew promossi kenux jissodisfaw il-kriterji kollha (speċjalment kwalifiki u esperjenza) li ġew mitluba fil-call for applications oriġinali? Jista' jindika f'liema dipartiment dawn il-pożizzjonijiet ġew allokati?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nitlob lill-Onor Interpellant jindika xi każ fejn jaħseb li setgħu saru xi rregolaritajiet fi promozzjonijiet jew bdil ta’ designazzjoni, nfakkru li llum kull min iħossu aggravat b’xi deċiżjoni simili jista' jappella jew quddiem il-PSC jew l-Ombudsman. Peress għalhekk illi hemm proċeduri stabiliti kif allegazzjoni simili tiġi investigata, meta u jekk tinqala, ma jidhirlix li hu opportun li jsir dak li qed jitlob l-Onor Interpellant anki għaliex hu metodu spendjuż ħafna kif tuża riżorsi limitati biex jinvestigaw xi ħaġa li s'issa ma teżistix.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm spiċċaw nies minn mal-gvern, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet eċċ. matul din is-sena u kemm daħlu nies ġodda mal-gvern, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet eċċ. din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 29909.
Metroloġija legali fuq verifikazzjoni tal-kontijiet lill-konsumaturi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba matul din is-sena kienet applikata l-metroloġija legali fejn jiġi verifikat regolarment kull apparat li fuqu joħroġ kont lill-konsumatur? Jista' jgħid x’irriżulta minn dan l-eżerċizzju?
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-erba' lokalitajiet li fihom matul din is-sena beda ix-xogħol marbut man-National Flood Relief Project? X’tip ta’ xogħol sar? X’kienet l-ispiża s'issa fuq dawn ix-xogħlijiet b’mod separat? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-twettiq tal-proġett tal-Ġonna ta’ Pembroke? Kemm kienet l-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-progett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru li hu responsabbli mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta li qiegħda twettaq dan il-proġett..
Obbligazzjonijiet kuntrattwali ta' ħlasijiet ta' Accounts
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-obbligazzjonijiet kuntrattwali ta' ħlasijiet (u mhux biss il-ħlasijiet li saru) għal kull sena mill-2008 sa tmiem 2011 fir-rigward ta' Account 5506 - Non Medical Equipment Facilities Managements u Account 5508 - Maintenance of Medical Equipment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat hekk:
Sena
5506 Non Medical Equipment Facilities Management
5508 Maintenance of Medical Equipment
€
€
2009
5,478,382
2,136,293
2010
5,898,301
2,492,398
2011*
6,591,600
2,421,659
L-Acounts 5506 – Non Medical Equipment Facilities Management u Account 5508 – Maintenance of Medical Equipment bdew jintuzaw mis-sena 2009.
* Tkopri stima ta' x'hinu ppjanat li jintefaq sal-aħħar tas-sena 2011.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29301, tista' l-Ministru tagħti informazzjoni speċifika għal kull wieħed mit-80 proġett f'liema stadju wasal, kemm intnefqu flus fuqu u kemm huwa mbassar li jintnefqu għal kull proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti tal-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 29683 u 30035.
Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul din is-sena fuq faċilitajiet għall-passiġġieri tal-cruise liners max-xtut tal-Belt u tal-Isla ? Kemm kienet l-ispiza fuq dawn ix-xogħlijiet? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-progett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Lukandi u ristoranti li bbenefikaw minn soft loans fuq enerġija alternattiva
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-lukandi u r-ristoranti li matul din is-sena bbenefikaw mill-iskema ta' soft loans immirata għal proġetti li jnaqqsu d-dipendenza fuq enerġija tradizzjonali u biex tiġi ġġenerata enerġija nadifa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29740.
Jista l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq in-nature trail fil-pajsaġġ naturali fl-isfond tal-Park Arkeoloġiku ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra? Kemm kienet l-ispiza fuq dawn ix-xogħlijiet? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 29906.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kienet l-ispiża matul din is-sena b’mod separat fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti: il-Ġgantija f’Għawdex, it-tempji ta’ Ħal Tarxien, il-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat, il-Banjijiet Rumani ta’ Għajn Tuffieħa u l-Katakombi ta’ Bistra fil-Mosta?
Jista l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-twettiq tal-proġett tal-Aquarium f’Buġibba? Kemm kienet l-ispiza fuq dawn ix-xogħlijiet? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu x-xogħlijiet li saru fiċ-Ċentri tas-Saħħa u fil-bereġ ta' Malta u Għawdex matul din is-sena? X'kienu x-xogħlijiet u x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus matul din is-sena mit-€2.3 miljun li kienu ddedikati għat-tnaqqis tal-waiting lists? Jista' jagħti breakdown ta' kif saru dawn in-nefqiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.