Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fabbriki u kumpaniji li ma baqgħux joperaw f'pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 29367 u jgħid kemm kien hemm fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna matul l-ewwel għaxar xhur tal-2010 u kemm kienu jħaddmu ħaddiema magħhom kull fabbrika/kumpanija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Emissjonijiet tad-diossidu karboniku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W272 u ċioe: jgħid b'kemm naqsu l-emissjonijiet ta' diossidu karboniku min-naħa ta' pajjiżna mill-2008 għall-2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-tnaqqis tal-emmissjonijiet ekwivalenti għad-diossidju tal-karbonju (li jinkludu id-diossidju tal-karbonju (CO2), l-ossidu nitruż (N2O) il-metan (CH4), il-karbonji idrofluworinati (HFCs), il-karbonji perfluworinati (PFCs), u eżafluworur tal-kubrit (SF6)) bejn l-2008 u l-209 kien ta’ 142.39Gg ekwivalenti għal 4.7% tnaqqis : Il-proċess tar-rappurtaġġ ta’ dawn l-emissjonijet għas-sena 2010 għadu għaddej bħalissa u għalhekk l-eżerċizzju ta’ estimi għadu mhux konkluż Il-kalkoli tal-gassijiet serra jinkludi dawn is-sitt klassijiet ta’ gassijiet peress li huma kollha magħrufa li għandhom l-effett ta’ gass serra. Il-kalkoli jsiru bl-applikazzjoni ta’ potenzjal ta’ tisħin b’effett serra.
Leg 11 PQ #29659 Sitting 414 2011-11-28 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali

Riġenerazzjoni tal-Magħtab, Wied Fulija u l-Qortin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenari W403 u ċioe: jgħid kemm intnefqu flus matul l-2011 fuq ir-riġenerazzjoni tal-Magħtab? Kemm intnefqu fuq ir-riġenerazzjoni ta' Wied Fulija u fuq ir-riġenerazzjoni tal-Qortin? Jista' jagħti d-data ta' meta l-famliji se jkunu jistgħu jibdew igawdu kull wieħed minn dawn il-family parks?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tigħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #29692 Sitting 414 2011-11-28 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' ħaddiema fis-settur pubbliku, kemm full-time u part-time, maqsuma kif ġej: a) dawk li jaħdmu mal-ministeri u dipartimenti tal-gvern; b) dawk li jaħdmu ma' dawk l-entitajiet imsejjħa extra budgetary units; ċ) dawk li jaħdmu mal-kunsilli lokali; u d) dawk il-kumpaniji pubbliċi li ma jaqgħux taħt ebda waħda minn dawn il-kategoriji, bħall-Korporazzjoni Enemalta, Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Air Malta u Transport Malta? Jista' jagħti din l-informazzjoni fuq quarterly frequency basis li tkopri l-perjodu 1998 quarter 1 sa possibilment 2011 quarter 2 u/jew jekk hi disponibbli ukoll 2011 quarter 3?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kumpanija Go — art fil-Qawra

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21747, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija GO? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija GO, jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

informazzjoni dwar il-konsulenti fil-Ministeru tal-Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29110 u jagħti lista tal-konsulenti kollha li hemm mal-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu flimkien mal-ħlas tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Aġġustament tal-Isforz tas-Sajd — budget allokat

Question

B'referenza għall-applikazzjoni għall-Aġġustament tal-Isforz tas-Sajd taħt l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (2004 - 2006), Miżura 3.3 - Sajd, Sotto-Miżura 3.3.1 - Flotta, jista' l-Ministru jikkonferma kemm ingħataw fondi lil kull applikant li ġie aċċettat? Jista' jikkonferma li kull applikant li ġie aċċettat kellu 75 jum fuq il-baħar iċċertifikat bis-sistema tal-Vessel Management System? Jista' jgħid kemm kien il-budget kollu allokat, kif ġie mqassam u jekk kien hemm xi flus li ma tqassmux fejn ġew allokati u kif ġew accounted for?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-obbligu tal-istallar tal-VMS permezz tal-Avviż Legali 407 tal-2004 ġie fis-seħħ għal bastimenti akbar minn 15-il metru b’mod obligatorju fl-1 ta’ Jannar tal-2006 u għal dawk iżgħar minn 15-il metru iżda ikbar minn12-il metru fl-1 ta’ Marzu 2010, ma setax isir iċ-ċertifikar permezz tal-VMS fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-Aġġustament tal-Isforz tas-Sajd taħt l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (2004 - 2006). L-allokazzjoni oriġinali kienet ta’ €673,333. Iżda peress li it-talba kienet għola u peress li kien għad baqa’ fondi minn progetti u skemi oħra taħt l-istess programm tal-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (2004 - 2006) li ma kienux utilizzati totalment, dawn ġew ri-indirizzati biex ikunu utilizzati għall-Aġġustament tal-isforz tas-Sajd sabiex eventwalment tqassmu €874,929. Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #29652 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjonijiet tal-Gvern Malti fil-Libja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W434 u ċioe: jgħid f'dawn l-aħħar 25 sena kemm-il żjara għamlu fil-Libja delegazzjonijiet tal-Gvern Malti inkluzi: Presidenti/Prim Ministru/Ministri/Speaker?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari W434.
Leg 11 PQ #29653 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' Artists Village

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W286 u ċioe: jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jwaqqaf Artists Village? Jekk fl-affermattiv, fiex se jkun jikkonsisti dan il-proġett, fiex wasal ix-xogħol, x’kienet l-ispiża magħmula s'issa fuq dan il-proġett sena b’sena b’mod separat, fl-2008, 2009 u 2010 u jekk hemmx data ta’ meta huwa maħsub li jibda jopera dan l-Artists Village?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern fis-6 ta’ Settembru 2007 kien issottometta applikazzjoni sabiex jintużaw fondi Ewropej għall-proġett tal-bini tal-Artist Village. Dan il-proġett ma ntagħżilx għall-finanzjament. Minħabba n-nuqqas ta’ fondi il-proġett ma nbediex. Il-proġett għadu fil-ħsieb tal-gvern iżda wieħed issa jrid jistenna li ssir applikazzjoni oħra għall-finanzjament Ewropew jew li jinstabu finanzi lokali.
Leg 11 PQ #29654 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

rapport analitiku dwar il-kompetittività nazzjonali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W349 u ċioe: jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport analitiku dwar il-kompetittività nazzjonali li kellu jitħejja minn kull Awtorità u jindika liema minn dawn ir-rapporti ġew diskussi mill-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi r-rapport imsemmi ġie ppubblikat bħala parti mid-Dokument ta’ qabel il-Budget tal-2011.
Leg 11 PQ #29655 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

fondi għar-reklamar ta’ Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W368 u ċioe: jista' jgħid kemm intuzaw fondi fir-reklamar ta’ Għawdex bħala destinazzjoni separata tul din is-sena? Il-Gvern ikejjel l-effett ta’ dan ir-reklamar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru W 368.
Leg 11 PQ #29656 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — permessi mhux approvati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W423 u ċioe: jgħid kemm hemm min applika għal permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, il-permess tiegħu ma ġiex approvat u għandu jieħu l-flus li ħallas lura? Kemm ilhom jistennew biex jieħdu l-flus lura u kemm hu l-ammont ta' flus? Kemm huwa n-numru ta' każijiet li applikaw għal xi permess ieħor u ġew imġiegħla jerġgħu jħallsu minflok li l-ħlas tnaqqas mir-refund li kellu jieħu? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ma tħallsux refunds? Jista' jgħid fejn marru l-flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sa issa ġew ikkalkulati r-refużjonijiet ta' madwar elf applikazzjoni u aktar ta' dawk l-applikazzjonijiet li ġew rifjutati, miġbura lura jew mħallsa ammonti aktar milli kien jinħtieġ. L-ammont ta' dawn l-applikazzjonijiet huwa ta' €661,261.34 (06/10/11). Hemm numru ta' applikazzjonijiet oħra li għadhom ma ġewx maħduma minħabba l-kwantita' ta’ xogħol involut. Ir-refużjonijiet dovuti huma mid-data tas-6 ta' Awwissu 2010. Ma nafu bl-ebda każ fejn applikant li għandu jieħu refużjoni ġie imġiegħel iħallas għall-applikazzjoni ġdida meta kellu jieħu rifużjoni fuq applikazzjoni oħra. Il-flus tar-rifużjonijiet qegħdin għand il-MEPA li qed tħallashom f'batches kull xahar.

Persentaġġ tal-enerġija ġġenerata minn sorsi alternattivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W269 u ċioe: jgħid kemm kien il-persentaġġ tal-enerġija ġġenerata minn sorsi alternattivi fl-2008, 2009 u 2010 u bejn Jannar u Awwissu 2011 rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tigħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ingaġġ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista tan-nies (grad ta' manager 'il fuq) li ġew ingaġġati mad-dekasteri tiegħu f'dawn l-aħħar tliet snien, filwaqt li jinkludi l-pożizzjoni offruta, it-tip ta' kuntratt (definit, indefinit), il-livell ta' edukazzjoni, in-numru ta' snin li l-kuntratt huwa validu (fil-każ ta' definite contract), is-salarju u l-benefiċċji l-oħra li ġew offruti? Jista' jindika wkoll jekk hemmx pjan li jiġu ngaġġati aktar nies fit-tliet snin li gejjin? Jekk fl-affirmativ, taħt liema dekasteru u x'pożizzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Lista ta' xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista tax-xogħlijiet li ngħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol offruta, jista' l-Ministru jindika kienx hemm sejħa pubblika? Kemm hu l-ammont finanzjarju tax-xogħol u x'inhi n-natura tax-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 30198.

Flus li ntnefqu f'ristorant

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-flus li ntnefqu fir-ristorant, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, mid-dekasteri tiegħu? Għal kull kont, jista' l-Ministru jindika min kienu n-nies li marru jieklu fil-post imsemmi? X'kienet l-attività li saret l-ikla, id-data meta marru jieklu u kemm kien l-ammont ta' flus li nefqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W431 u ċioe: jgħid fil-każ ta' kull kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, kemm ingħatat xogħol mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2004 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid jekk hux kuntratt jew direct orders? Meta ngħata?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub W431.

PriceWaterhouseCoopers — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W347 u ċioe: jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru lill-PriceWaterhouseCoopers mill-2008 'l hawn? Għal liema xogħlijiet ingħataw? Kemm kienu l-valuri ta' kull xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

pjan t’azzjoni dwar it-titjib fl-effiċjenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W350 u ċioe: jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan t’azzjoni dwar it-titjib fl-effiċjenza li kellu jitħejja minn kull dipartiment u entità pubblika u jindika liema huma dawk id-dipartimenti u/jew entitajiet pubbliċi li tejbu l-effiċjenza tagħhom bi tnejn fil-mija (2%) jew aktar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Financial Management and Monitoring Unit ġie inkarigat bir-responsabbilita’ li jikkoordina l-implimentazzjoni ta’ din il-miżura. Il-proċedura segwita kienet kif ġej: 1. Ħruġ ta’ ċirkolari; 2. Is-sottomissjonijiet ġew miġbura; 3. Is-sottomissjonijiet ġew riveduti; 4. Issejħet laqgħa mas-Segretarju Permanenti MFEI li ġiet segwita b’laqgħat mad-DCSs ta’ kull ministeru rispettiv; 5. Kull DCS ġie mitlub li jsegwi kull sottomissjoni pendenti jew kull sottomissjoni li ma kienetx titqies adekwata. Ġew ukoll informati dwar id- deadlines rispettivi; 6. Segwejna ma kull Segretarju Permanenti rispettiv kull sottomissjoni pendenti jew kull sottomissjoni li ma kinitx titqies adekwata u li ma kinitx għada ġiet riveduta; 7. Wara li nġabret l-informazzjoni, kull ministeru/entita’ ġie/ġiet mitluba tibgħat rapport kull tlett xhur bil-progress li jkun qed issir fl-implimentazzjoni tal-mizuri proposti. Fil-każ tal-Ministeri, ġew indirizzati :- Tnejn fil-mija tal-Ispejjeż Operattivi u ta’ Manutenzjoni ( Operational & Maintenance Costs ), filwaqt li fil-każ tal-entitajiet ġew indirizzati tnejn fil-mija tas-sovvenzjoni li jieħdu mingħand il-Gvern. Għal dawk l-entitajiet li ma jirċievux sovvenzjoni, t-tnejn fil-mija ġiet ikkalkulata fuq l-ispejjeż Operattivi tagħhom. Dan il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri proposti għal aktar effiċjenza huwa proċess li qed issir kontinwament u li r-riżultat aħħari tiegħu (i.e. jekk intlaħqux il-miri) jkun rifless fis-sottomissjoni li kull dipartiment/entita’ trid tagħmel f’Jannar tal-2012, li tkun tirrifletti r-riżultati milħuqa għall-2011. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-entitajiet u Ministeri li ndirizzaw din l-inizjattiva.