Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #30709 Sitting 424 2011-12-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inkjesta mill-Kummissarju tal-Pulzija fuq pusses ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-konklużjoni ta’ inkjesta li kienet ippubblikata fil-ġimgħat li għaddew u li sabet li l-Kummissarju tal-Pulizija għamel sew meta m’aċċettax li jagħmel kuntatt ma’ avukat ta’ persuna li kien qed jiġi investigat b’rabta ma pussess ta’ droga, kif talbu l-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

M'għandi xejn x'inżid mal-konklużjoni tal-Bord tal-Inkjesta maħtur biex jinvestiga l-allegazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Help Line — Budget 2012

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif se titħaddem il-miżura mħabbra fil-Budget għas-sena d-dieħla peress li meta n-nies qed jistaqsu fuq il-help line 188, dawk li jirrispondu għadhom ma jafux x'se jsir? Jista' jispjega ukoll kif se ssir ir-rifużjoni għal dawk li diġà ħallsu din is-sena u li l-pagament li għamlu jkopri perjodi tas-sena 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

PBS — spejjeż ta' ġurnalisti barra min Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża totali mħallsa mill-Public Broadcasting Services b’rabta ma’ rapporti li xxandru fuq numru ta’ jiem minn żewġ ġurnalisti tiegħu minn Spanja u mill-Greċja? Tista' tagħti l-ispejjeż b’mod separat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ispiża tal-Greċja kienet ta’ €1270 għat-titjira u l-akkomodazzjoni tal-ġurnalista u l-cameraman. L-ispiża ta’ Spanja kienet ta’ €940 għat-titjira u l-akkomodazzjoni tal-ġurnalista u l-cameraman. Ingħatat ukoll €100 per diem lil kull persuna. Is-servizzi li saru mill-ġurnalisti ma ntużawx biss fl-aħbarijiet imma wkoll fi progammi oħra ta’ attwalità.

Enemalta — laqgħat mal-kumpanija Sargas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-laqgħat li saru bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-kumpanija Sargas? Jista' jagħti d-dati tal-laqgħat kollha? Jista' jgħid x’kienu t-temi diskussi f’dawn il-laqgħat? Jista jgħid min kien preżenti għal dawn il-laqgħat għan-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta u għan-naħa tal-kumpanija Sargas?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi saru erba’ laqgħat bejn Uffiċjali mill-Korporazzjoni Enemalta u Sargas. Dawn saru fit-30 t’Awwissu 2010, fil-15 ta’ Novembru 2010, fis-7 ta’ Diċembru 2010 u fis-7 t’April 2011. Waqt il-laqgħat ġew diskussi l-proposti ta’ Sargas u l-aspett finanzjarju tal-proġett, kif ukoll l-aspett tekniku tal-impjant. Uffiċjali għolja miż-żewġ kumpaniji attendew il-laqgħat.

Enemalta — kumpanija Sargas - proposta għall-bini ta' impjant li jiġġenera l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il studju sar s'issa mill-Korporazzjoni Enemalta fuq il-proposta għall-bini ta’ impjant li jiġġenera l-elettriku f’pajjiżna mill- kumpanija Sargas? Jista' jgħid x’aspetti kienu jkopru dawn l-istudji? Jista' jgħid min wettaq dawn l-istudji u x’kienet l-ispiża marbuta ma’ kull studju?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Art fil-Qawra — Kumpanija Go

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21747 u 29693, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija GO? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija GO, jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #30703 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

każijiet ta’ vjolenza fuq l-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ vjolenza fuq l-anzjani ġew rapportati lill-pulizija bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, xahar b’xahar? X’tip ta’ kategoriji ta’ abbużi kienu? Jista’ jgħid jekk dawn il-każijiet ġewx referuti lill-ħaddiema soċjali tad-Dipartiment tal-Anzjani sabiex dawn jippruvaw jgħinu lill-vittmi ta’ dawn l-allegati abbużi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-każijiet ta’ vjolenza fuq persuni ta’ sittin sena jew aktar li ġew irrapurtati lill-Pulizija bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena skont il-kategorija tal-każ huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt :- Kategorija ta' abbuż Jan Feb Mar Apr May Jun Jul Aug Sep Oct Total Bodily Harm 3 3 3 3 4 6 3 9 9 6 49 Domestic Violence 2 3 9 9 5 3 3 5 4 5 48 Homicides 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 Armed Robbery 0 0 0 1 1 0 0 0 0 0 2 Mugging 0 1 2 1 0 2 0 1 0 1 8 Snatch & Grab 5 7 2 6 0 0 5 1 12 1 39 Sakemm dawn ir-reati ma jkunux xi każ ta’ natura soċjali, mhix il-proċedura li l-Pulizija tinforma lid-Dipartiment tal-Anzjani b’dawn ir-rapporti. Madankollu, vittmi ta’ reati jiġu offruti l-għajnuna tal- victim support, dejjem jekk ikunu jixtiequ.

bridge tal-breakwater — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jigi jiswa b'kollox il-bridge tal-breakwater u jindika l-ammonti tal-bini tal-pont inkluż, operazzjoni ta' trasport, operazzjoni ta' tqegħid (inkluż id-drabi li ġiet imwaqqfa), il-kummissjonament, xogħlijiet oħra, sigurtà u spejjeż oħra relatati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispiża għall-pont tal-breakwater ta’ Sant’Iermu hi stmata li se tkun ta' madwar €2,700,000. Dawn l-ispejjeż jinkludu ix-xogħlijiet kollha msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Kiri ta' tagħmir mediku lill-isptarijiet u kliniċi privati

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 29365, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fil-każ ta’ kull kirja?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li is-self ta’ apparat mediku bejn l-isptarijiet pubbliċi u privati huwa mingħajr ħlas.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ingaġġ ta' security personnel

Question

Jista' l-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jikkonferma jekk din l-istess korporazzjoni ingaġġatx security personnel magħha, jew jekk hux qed tippjana biex tingaġġhom aktar 'il quddiem?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma ngaġġatx security personnel u qed isiru proċeduri sabiex timla l-vacancy ta’ Head of Security.

riċevituri tal-lottu — pjan ta' riforma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala r-riċevituri tal-lottu qed jinżammu fl-għama dwar x'qed jiġi pjanat fir-riforma peress li r-riċevituri tal-lotto huma l-aktar li se jiġu milquta? Jista' jgħid min se jkunu dawk li se jkunu qed ibigħu l-isports Betting Keno eċċ.? Jaf il-Ministru li hemm ħafna riċevituri tal-lottu li investew bil-kbir sabiex jiftħu ħwienet ġodda u issa qed jitħallew fl-għama? Għaliex il-gvern ma kkonsultax ma' dawn ir-riċevituri dwar ir-Request for Proposal u għaliex qed jipprovaw iżommu kollox sigriet u saħansitra infurzaw ftehim ta' kunfidenzjalità għal min jieħu l-Request for Proposal? Hemm xi interess ta' xi ħadd x'jipproteġu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — Gas Division - ħlas ta' overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset sahra (overtime) sena b'sena, lill-persuni responsabbli mit-tmexxija tal-Gas Division (Korporazzjoni Enemalta) mis-sena 2000 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li mis-sena 2000 sal-lum ma tħallset l-ebda sahra lill-persuni responsabbli mit-tmexxija tal-gas division tal-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 11 PQ #30194 Sitting 416 2011-11-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Teatru Manoel — pantomima tal-Milied

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inħarġitx sejħa għall-interess/offerti mit-Teatru Manoel għall-produzzjoni tal-Pantomima tal-Milied għall-istaġun 2012/2013 peress li l-ftehim preżenti jagħlaq din is-sena? Jekk le, meta se tinħareġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi sejħa għall-interess għall-produzzjoni tal-pantomima tal-Milied għall-istagun 2012/2013 se toħroġ dalwaqt.

Servizz kummerċjali ta' Maltapost — VAT exempt

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex is-servizz kummerċjali tal-Maltapost (bħal tqassim ta' unaddressed material) li m'għandhomx x'jaqsmu mal-obbligi tat-tqassim ta' posta, huma VAT exempt meta operaturi oħra huma suġġetti għal din it-taxxa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tqassim ta’ unaddressed mail ma jaqax taħt l-obbligu tal-licenzja ta’ universal service obligation maħruġa lill-Maltapost plc u għaldaqstant dan is-servizz mhux eżentat mill-VAT. Dan jgħodd ukoll għal servizzi kummerċjali oħra kemm il-darba tali servizzi ma jaqgħux taħt l-obbligi tal-liċenzja ta’ universal service obligation.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — konsulenzi

Question

B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 23973, jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol ta’ konsulenza li sar għal Transport Malta minn Aequitas Legal u Halcrow Group Ltd fl-2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kumpanija Aequitas Legal provdiet dawn is-servizzi matul is-sena 2010 hekk kif ġej: - Bejn Jannar u Frar, assistew fil-proċess tat-tender billi rrivedew u wieġbu għall-klarifikazzjonijiet relatati mad-dokumentazzjoni tat-tender u l-kuntratt li Transport Malta kienet irċeviet mingħand dawk kollha li kienu issottomettew l-offerti tagħhom; - Bejn Frar u Lulju, ipprovdew konsulenza legali neċessarja sabiex ġew evalwati s-sottomissjonijiet mibgħuta, inkluża rappreżentazzjoni legali għall-appell magħmul minn wieħed minn dawk li ssottomettew it-tender tagħhom, mad-Dipartiment tal-Kuntratti; - Bejn Lulju u Novembru, ipprovdew konsulenza legali sabiex ġie finalizzat il-kuntratt li ġie ffirmat nhar l-20 ta’ Novembru 2010. Fir-rigward ta’ Halcrow Group, dawn provdew servizzi u konsulenzi tekniċi fuq it-trasport pubbliku matul is-sena 2010 hekk kif ġej: - Bejn Jannar u Frar, assistew fil-proċess tat-tender billi pprovdew assistenza teknika fil-klarifikazzjonijiet relatati mad-dokumentazzjoni tat-tender u l-kuntratt li Transport Malta kienet irċeviet mingħand dawk kollha li kienu issottomettew l-offerti tagħhom; - Bejn Frar u Lulju, ipprovdew konsulenza teknika neċessarja sabiex ġew evalwati is-sottomissjonijiet mibgħuta, inkluża assistenza teknika fl-appell magħmul minn wieħed minn dawk li ssottomettew it-tender tagħhom, mad-Dipartiment tal-Kuntratti; - Bejn Lulju u Novembru, ipprovdew konsulenza teknika sabiex ġie finalizzat il-kuntratt li ġie ffirmat nhar l-20 ta’ Novembru 2010.

-amnestija tal-Income Tax

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-amnestija tal-Income Tax li ħarġet fl-2010 għadhiex miftuħa jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-sskema dwar ħlas ta’ income tax se ddum miftuħa sat-30 ta’ Novembru 2011.

programm Eurostars — informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29530, jista' l-Ministru jgħid min kienet din il-kumpanija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-kumpanija hija Seasus Ltd.

MEPA — Park tal-Majjistral

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jingħalqu t-toroq ta' madwar il-Park tal-Majjistral fil-Mellieħa? Jista' jgħid x'inhu t-titlu li tagħti l-liġi meta xi ħadd ikun ilu jgħaddi minn mogħdija jew triq, jew jagħmel użu minn art għal aktar minn 30 sena? Jista' jgħid għaliex il-partijiet l-oħra tal-park (naħa ta' Għajn Tuffieħa) ma ġewx magħluqa? Jista' jgħid jekk din il-parti tal-park ġietx magħluqa biex dak li ma sarx bil-korsa tal-golf isir bl-iskuża tal-park? Jista' jgħid jekk din il-parti tal-park ġietx magħluqa biex issir azzjoni negattiva ma' dawk il-bdiewa u nies li s'issa għadhom jiffrekwentaw il-post talli pprotestaw kontra l-korsa tal-golf?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Transport Malta — ħlas amministrattiv

Question

B'referenza għall-fatt li Transport Malta qed iżżomm €46.50 għal tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan għal 10 snin, flimkien ma' €6 bħala ħlas amministrattiv, jista' l-Ministru jippubblika l-kalkoli speċifiċi li permezz tagħhom waslu għall-ammont tal-ħlas amministrattiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #29955 Sitting 415 2011-11-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni dwar ħaddiema fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' ħaddiema fis-settur pubbliku, taħt id-definizzjoni ta’ Gvern Ġenerali, maqsumin f'full-time u part-time, u ukoll maqsuma bejn dawk li jaħdmu mal-ministeri, dipartimenti tal-gvern u kunsilli lokali, u dawk li jaħdmu ma' dawk l-entitajiet imsejħa extra budgetary units, u li din l-istatistika tingħata fuq quarterly frequency basis li tkopri l-perjodu 1998 Quarter 1 sa 2011 Quarter 2?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba hija pubblika u tiġi ppubblikata kull xahar mill-NSO. Għall-benefiċċju tal-Onorevoli Interpellant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-aħħar ċifri li ġew ippubblikati. Inżid ngħid li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata ftit ta’ xhur wara sabiex il-korporazzjoni tal-Impiegi u t-Taħriġ li hija s-sors ewlieni ta’ din l-informazzjoni, tingħata ċans sabiex tirċievi mingħand min iħaddem kif ukoll mingħand l-impjegati, l-formoli apposta tal-bidu u t-tmiem tal-impieg.