Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #30893 Sitting 430 2011-12-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' tenders

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtha u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Tista' tagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Tista' tgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Enemalta — Gas Division - privatizzazzjoni

Question

In vista tal-fatt li l-Gas Division tal-Korporazzjoni Enemalta ġie privatizzat, jista' l-Ministru jispjega għaliex ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta qed jiġu assenjati għax-xogħol li għandu x'jaqsam ma' dan il-qasam? Jista' jgħid kemm huma l-persuni involuti f'dan ix-xogħol u kemm laħqet l-ispiża tagħhom kemm ilu li dan il-qasam ingħata lill-kumpanija privata? Jista' jgħid min qed iħallas dawn l-ispejjeż?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-operat tad-Diviżjoni tal-Gas fi ħdan il-Korporazzjoni Enemalta, li jinkludi l-ibbottiljar tac-cilindri, għadu jaqa’ taħt ir-responsabilità tal-Enemalta sakemm ikun operattiv l-impjant ta’ Bengħajsa. Għal din ir-raġuni ix-xogħol għadu jsir mill-ħaddiema tal-Enemalta li jammontaw għal 28 impjegat. L-ispiża ta’ salarji hi ta’ madwar €428,173 rikorrenti kull sena għall-korporazzjoni.

Transport Malta — ħlas amministrattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29899 u ċioe: B'referenza għall-fatt li Transport Malta qed iżżomm €46.50 għal tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan għal 10 snin, flimkien ma' €6 bħala ħlas amministrattiv, jista' l-Ministru jippubblika l-kalkoli speċifiċi li permezz tagħhom waslu għall-ammont tal-ħlas amministrattiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħlas ta' €6 bħala ħlas amministrattiv joħrog mir-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur, Leġislazzjoni sussidjarja 65.18 u ilu hemm is-snin, tant li qabel kien jitħallas ammont ta' Lm2.50 u issa dan l-ammont sar ta' €6.

Injection 5 in 1 tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-injection 5 in 1 li tingħata lit-tfal qegħda out of stock? Jista' jgħid meta se terġa tkun in stocku tinsab fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li r-raġuni għaliex l-injection 5 in 1 kienet out of stock kienet kkawzata minn dewmien minn naħa tal-aġent sabiex jissuplixxi din il-vial. Id-Dipartiment ipprova jieħu miżuri oħra, iżda ż-żmien li kien ser jittiehed sabiex jitwasslu kien xorta ser jieħu fit-tul. Madankollu l-injection 5 in 1 waslet Malta l-bieraħ (1,560 vials) u għandha tasal konsenja oħra ta’ 8,000 vial il-ġimgħa d-dieħla.
Leg 11 PQ #30885 Sitting 429 2011-12-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Nixtieq ninfurmah li s’issa ma kien hemm l-ebda tender minn dawk indikati li fuqu tħallas aktar mill-ispiża oriġinali.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barrani jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul iż-żmien imsemmi fil-mistoqsija ma ngħatawx tendersli l-valur tagħhom ammonta għal aktar minn miljun ewro.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Persentaġġ tal-enerġija ġġenerata minn sorsi alternattivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari W269 u 29657 u ċioe: jgħid kemm kien il-persentaġġ tal-enerġija ġġenerata minn sorsi alternattivi fl-2008, 2009 u 2010 u bejn Jannar u Awwissu 2011 rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-perċentwal ta’ enerġija minn sorsi alternattivi huma kif ġej: 2008: 0.47% 2009: 0.88% 2010: 0.90% Għas-sena 2011 għad m’hemmx ċifri uffiċjali. Dawn il-perċentwali kkwotati huma kollha fuq bażi ta’ stimi

Kumpanija Palumba — Trasferiment tal-proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29089 li saret mill-Onor. Sant u cioè: Peress li r-riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament dwar it-trasferiment tal-propjetà tat-Tarzna ta’ Bormla lill-kumpanija Palumbo tinkludi pjan li jorbot lil Palumbo jinvesti €5.45 miljun fl-ewwel sena u €5.3 miljun fit-tieni sena fit-tarzna ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jinforma: a) kemm attwalment hija n-nefqa totali sal-lum minn Palumbo f’investiment fit-tarzna ta’ Bormla; b) liema huma l-proġetti attwali ta’ investiment minn Palumbo u kemm intnefaq s'issa fuq kull wieħed minnhom; ċ) b’liema mod il-gvern qiegħed jassigura li l-impenn ta’ Palumbo li jinvesti qed jitwettaq skont il-ftehim; u d) jekk Palumbo qiegħed jagħmel xi spejjeż għall-manteniment tal-impjant, dawn l-ispejjeż hux qed jiġu mgħoddija bħala investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29518.

Enemalta — kwestjoni dwar persuna sekondata jew on loan

Question

Billi riċentament fil-Korporazzjoni Enemalta, persuna fil-grad ta' manager li jinsab sekondat mal-korporazjoni kellu applikazzjoni għal vakanza interna aċċettata, jista' l-Ministru jikkonferma li ż-żmien li persuna tkun sekondata jew on loan mal-Korporazzjoni Enemalta qed jitqies bħala li hu impjegat mal-korporazzjoni skond il-Ligijiet tal-Impieg?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuni li huma sekondati jew on loan mal-Korporazzjoni Enemalta qegħdin jitqiesu bħala impjegati mal-Korporazzjoni skond il-Liġijiet tal-impieg.

fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29367 u 30077 u jgħid kemm kien hemm fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna matul l-ewwel għaxar xhur tal-2010 u kemm kienu jħaddmu ħaddiema magħhom kull fabbrika/kumpanija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kumpaniji li fir-rigward tagħhom ir-Reġistratur tal-Kumpaniji irreġistra n-notifika ta’ xoljiment is-sena l-oħra, bejn l-1 ta’ Jannar u il-31 t’ Ottubru, kien ta’ 790.

Transport Malta — ħlas amministrattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29899 u ċioe: B'referenza għall-fatt li Transport Malta qed iżżomm €46.50 għal tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan għal 10 snin, flimkien ma' €6 bħala ħlas amministrattiv, jista' l-Ministru jippubblika l-kalkoli speċifiċi li permezz tagħhom waslu għall-ammont tal-ħlas amministrattiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sar id-dejn ta €41.6 miljun li għandha Transport Malta mal-banek sabiex tħallas il-kumpens li ngħata lix-xufiera tal-karozzi tal-linja antiki u jekk sar fl-2010 kemm minnu tħallas lura lill-bank matul dik is-sena? Jista jgħid kemm kien id-dħul u l-infiq ta' Transport Malta fl-2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-loan ta’ €41.6 miljun ittieħdet bejn Lulju u Novembru ta’ din is-sena. L-ebda pagament ma' tħallas lura lill-bank s’issa. Skont il- financial statements awditjati tal-awtorità, d-dħul matul l-2010 kien ta’ €33,743,271 u l-infiq ta’ €31,734,122, b’ surplus ta’ €2,009,149.

informazzjoni dwar childcare centers

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' childcare centres li għandna joperaw f'pajjiżna llum? Kemm minn dawn huma tal-gvern u kemm tal-privat? Fejn jinsabu dawn iċ-childcare centres? Hemm xi applikazzjoni pendenti biex jinfetħu childcare centres ġodda? Jekk iva, fejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mad-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali hemm tlieta u ħamsin (53) Childcare Facilities fejn erbatax (14) minnhom huma tal-Gvern. Hemm ukoll għaxar (10) Childcare Facilities li huma reġistrati temporanjament mal-istess Dipartiment. Listi ta’ dawn iċ-childcare facilities qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Bħalissa hemm applikazzjoni tal-ERDF 136 Grant Scheme ‘The Regeneration of Childcare Facilities in Malta’ li fetħet fis-16 ta’ Ottubru u għalqet fl-14 ta’ Novembru 2011. F’dan l-istadju qiegħed isir il-proċess tal-Għażla u għaldaqstant ma tistax tingħata informazzjoni.

Birżebbuġa — ground tal-futbol u pitch tal-waterpolo

Question

Jista' l-Ministru tgħid x'kien l-investiment li sar matul din is-sena biex isiru ground tal-futbol u pitch tal-waterpolo ġewwa Birżebbuġa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fir-rigward tar-raised waterpolo pitch kellu jsir ‘core investigation’ biex jigi stabbilit il-livell tal-blat fl-inħawi. Dan kien jirrikjedi wkoll t-tneħħija tat-turġien tal-‘pitch’ eżistenti permezz ta’ ‘excavator’ . Dan ix-xogħol sar minn kuntrattur (J.Vella) li għandu period contract għall-kiri ta’ inġenji ma’ dan il-Ministeru, u l-valur jammonta għal €1,620 (VAT inkluza). Il-Core Investigation sar mis-Solidbase Laboratory Ltd. u giet tiswa total ta’ €5,800 (VAT inkluza). Fir-rigward tal-progett tal-grawnd tal-futbol li qed jiġi propost għal Birżebbuġa, sal-lum tlestew id-disinji u pjanti marbutin ma’ dawn iż-żewġ proġetti. Fil-kaz tar-‘raised waterpolo pitch’ tlestiet ukoll it-tfassil tat-tender għax-xogħolijiet meħtieġa. Wieħed ikun jista’ jitkellem biss dwar dati ta’ tlestija ta’ dawn iż-żewġ proġetti wara li jkunu nħarġu t-tenders relatati. Rigward l-istima tal-ispiża għall-kostruzzjoni tar- raised waterpolo pitch , hija ta’ €1,079,894 (VAT inkluza), filwaqt dwar l-istima għall-grawnd tal-futbol din tammonta għal €991,399.50 (VAT inkluza)

Birżebbuġa — ground tal-futbol u pitch tal-waterpolo

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-investiment li sar matul din is-sena biex isiru ground tal-futbol u pitch tal-waterpolo ġewwa Birżebbuġa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29496
Leg 11 PQ #30707 Sitting 424 2011-12-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inkjesta rigward ċirkolazzjoni ta' ritratti kompromettenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk talabx spjegazzjoni mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija dwar il-konklużjoni ta’ inkjesta li kienet ippubblikata fil-ġimgħat li għaddew u li sabet li f’Jannar tal-2010 kien sar rapport mal-pulizija kontra l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar ċirkolazzjoni ta’ ritratti kompromettenti tal-ex partner tiegħu u minkejja li sa xahrejn wara l-pulizija kienet lestiet ir-rapport tagħha dwar dan il-każ, ma wriet l-ebda għaġġla partikolari biex tikkomunika mal-persuna, tant li l-ewwel kuntatt miegħu dam biex sar ħmistax-il xahar, u fejn l-istess inkjesta rrimarkat ukoll li l-pulizija ppreżentat iċ-ċitazzjoni fil-qorti kontra l-individwu indikat separatament, għaxar t’ijiem wara li dan irriżenja mill-Partit Nazzjonalista u ingħaqad mal-Partit Laburista?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

M'għandi xejn x'inżid mal-konklużjoni tal-Bord tal-Inkjesta maħtur biex jinvestiga l-allegazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #30708 Sitting 424 2011-12-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inkjesta rigward ċirkolazzjoni ta' ritratti kompromettenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni dwar il-konklużjoni ta’ inkjesta li kienet ippubblikata fil-ġimgħat li għaddew u li sabet li f’Jannar tal-2010 kien sar rapport mal-pulizija kontra l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar ċirkolazzjoni ta’ ritratti kompromettenti tal-ex partner tiegħu u minkejja li sa xahrejn wara l-pulizija kienet lestiet ir-rapport tagħha dwar dan il-każ, ma wriet l-ebda għaġġla partikolari biex tikkomunika mal-persuna, tant li l-ewwel kuntatt miegħu dam biex sar ħmistax-il xahar, u fejn l-istess inkjesta rrimarkat ukoll li l-pulizija ppreżentat iċ-ċitazzjoni fil-qorti kontra l-individwu indikat separatament, għaxar t’ijiem wara li dan irriżenja mill-Partit Nazzjonalista u ingħaqad mal-Partit Laburista?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

M'għandi xejn x'inżid mal-konklużjoni tal-Bord tal-Inkjesta maħtur biex jinvestiga l-allegazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant.