Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — lista ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30888 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30887 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
MEPA — nies responsabbli li jinforzaw deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istruttura u min huma n-nies responsabbli fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jinforzaw id-deċiżjonijiet tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (DEMARCO, MARIO)
Wara li tittieħed id-deċiżjoni tat-Tribunal tar-Revizjoni, l-applikazzjoni tintbagħat lis-Segretarjat ta' l-Environment and Planning Commission (EPC) biex minn hemm jittieħdu l-passi neċessarji. Id-deċiżjoni tiġi ttrattata qisha ġiet mill-EPC u jittieħdu l-passi kollha meħtieġa skond il-kundizzjoniijet magħmula mit-Tribunal. Din it-taqsima taqa' taħt it-tmexxija tas-Segretarju tal-Bord tal-MEPA.
MEPA — deċiżjonijiet tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont fuq ir-riforma li suppost seħħet fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar speċifikament fuq id-deċiżjonijiet tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (Bord tal-Appell) li mhumiex jiġu enforzati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar skont l-obbligazzjonijiet li timponi fuqha l-liġi? Peress li fil-każ tal-Appell li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, f’din id-deċiżjoni t-tribunal identifika fost l-oħrajn, nuqqasijiet serji, ksur ta’ policies u traskuraġni kbira min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ta’ natura teknika li kkawżat sfreġju meta nħareġ dan il-permess, għaliex l-awtorità mhix tieħu azzjoni minkejja li s-sentenza imponiet li jsiru emendi fil-permess biex dawn jiġu skont il-policies? Għaliex l-awtorità baqgħet ma ħaditx azzjoni wara talbiet b’ittri uffiċjali liċ-Chairman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, lit-Tribunal u lill-Kap ta’ Infurzar fi ħdan l-awtorità? Għaliex qiegħda tħalli l-kostruzzjoni tiela' b’mod illegali bħallikieku s-sentenza tat-Tribunal qatt ma eżistiet? F’każijiet bħal dawn fejn in-nuqqas tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jista’ jikkawża danni sostanzjali, x’inhuma l-istrutturi ta’ accountability u contingency f’dan ir-rigward fi ħdan il-Ministeru?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-konfront tad-deċiżjoni meħuda mit-Tribunal tar-Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (Kaz numru PAB 176/06 CF), ġie rregistrat rikors quddiem il-Qorti tal-Appell sede Inferjuri. Għalldaqstant il-każ għadu subjudice u ċerti azzjonijiet min-naħa tal-MEPA jridu jistennew l-eżitu tad-deċiżjoni tal-Qorti. Ninforma li l-kwistjoni tinvolvi 'projections' ta' galleriji li t-Tribunal iddeċieda li jridu jiċkienu minn kemm ġew approvati fil-permess. Iż-żewġ galleriji tas-sulari t'isfel kienu laħqu tlestew skont il-permess qabel it-Tribunal ta d-deċiżjoni tiegħu. Ninsab infurmat li x-xogħol baqa' għaddej skont il-permess validu fuq is-sit fuq dawk il-partijiet li mhumiex ikkontestati.
MCAST — BTEC Diploma in Business - ħlas addizzjonali għall-eżamijiet
Question
Tista' l-Ministru tispjega għaliex studenti li qed isegwu l-kors tal-BTEC Diploma in Business fl-MCAST intalbu ħlas addizzjonali meta marru biex iħallsu għall-eżamijiet tagħhom fl-MCAST stess, iżda ma ntalbu l-ebda ħlas addizzjonali meta marru biex iħallsu fl-uffiċini tal-Maltapost? Ma taħsibx li dan huwa piż żejjed fuq l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) għandu arranġamenti mal-Maltapost biex l-istudenti jkunu jistgħu jħallsu f’waħda mill-fergħat tagħhom fil-ġranet indikati fuq l-applikazzjoni. Dan huwa ta’ konvenjenza kbira għall-istudenti li jużaw dan is-servizz.
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni li għalkemm l-MCAST iħallas lill-Maltapost għal dan is-servizz, hu ma jżomm l-ebda ħlas lill-istudenti. Anzi bil-kuntrarju, biex l-MCAST jinkoraġġixxi lill-istudenti jużaw dan is-servizz, jeżenta lill-istudenti mill-ħlas amministrattiv li jiġi mitlub.
Fid-dawl tal-fatt li fl-aħħar xhur tħabbru mill-anqas ħames tibdliet fis-sistema tat-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jagħti d-dati tal-bidliet u jgħid x'effett finanzjarju kellha kull bidla fuq Transport Malta u/jew il-Gvern u x'effett finanzjarju kellha kull bidla fuq l-Arriva? Jista' jgħid ukoll x'effett kellha kull bidla fuq l-ammont ta' karozzi fil-flotta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-dati tal-bidliet li saru fir-rotot tat-trasport pubbliku s’issa kienu:
31 ta’ Lulju , 11 ta’ Settembru , 2 ta’ Ottubru , 6 ta’ Novembru.
Infurmat ukoll li l-maġġor parti ta’ l-ispejjeż għat-tibdil fir-rotot qed jiġu mħallsa minn Arriva hekk kif ġie mħabbar fit-22 ta’ Lulju 2011 u l-Onor Interpellant jifhem illi l-effett finanzjarju fuq l-Arriva hi kwistjoni privata. Transport Malta wkoll ser tkun qed tiffinanzja xi tibdil fir-rotot oħra skont kif stipulat fil-kuntratt bejn l-istess Transport Malta u Arriva Malta Ltd. Dawn l-ispejjeż li għadhom qed jiġu diskussi huma meqjusa ferm aktar baxxi mis-sussidju li kien jingħata lill- Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku.
L-Ammont ta’ karozzi għandu jiżdied b’36.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24990, jista' l-Prim Ministru jagħti aġġornament tal-informazzjoni għall-perjodu ta' bejn Frar u Settembru 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ispiża li ntefqet fuq il-Proġett ta’ Bieb il-Belt sal-aħħar ta’ Settembru 2011 tammonta għal €21,910,353. Rigward il-bus terminus il-Ġdid, l-ispiża għall-istess perjodu kienet dik ta’ €1,858,590.
Fabbriki u kumpaniji li ma baqgħux joperaw f'pajjiżna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna matul l-ewwel għaxar xhur tal-2010 u kemm kienu jħaddmu ħaddiema magħhom kull fabbrika/kumpanija?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30717.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ingaġġ ta' persuni
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tan-nies (grad ta' manager 'il fuq) li ġew ingaġġati mad-dekasteri tiegħu f'dawn l-aħħar tliet snien, filwaqt li jinkludi l-pożizzjoni offruta, it-tip ta' kuntratt (definit, indefinit), il-livell ta' edukazzjoni, in-numru ta' snin li l-kuntratt huwa validu (fil-każ ta' definite contract),
is-salarju u l-benefiċċji l-oħra li ġew offruti? Jista' jindika wkoll jekk hemmx pjan li jiġu ngaġġati aktar nies fit-tliet snin li gejjin? Jekk fl-affirmativ,
taħt liema dekasteru u x'pożizzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' ħaddiema fis-settur pubbliku, kemm full-time u part-time, maqsuma kif ġej:
a) dawk li jaħdmu mal-ministeri u dipartimenti tal-gvern;
b) dawk li jaħdmu ma' dawk l-entitajiet imsejjħa extra budgetary units;
ċ) dawk li jaħdmu mal-kunsilli lokali; u
d) dawk il-kumpaniji pubbliċi li ma jaqgħux taħt ebda waħda minn dawn il-kategoriji, bħall-Korporazzjoni Enemalta, Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Air Malta u Transport Malta?
Jista' jagħti din l-informazzjoni fuq quarterly frequency basis li tkopri l-perjodu 1998 quarter 1 sa possibbilment 2011 quarter 2 u/jew jekk hi disponibbli ukoll 2011 quarter 3?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 29955.
Jista' l-Ministru jgħid għala r-riċevituri tal-lottu qed jinżammu fl-għama dwar x'qed jiġi pjanat fir-riforma peress li r-riċevituri tal-lotto huma l-aktar li se jiġu milquta? Jista' jgħid min se jkunu dawk li se jkunu qed ibigħu l-isports Betting Keno eċċ.? Jaf il-Ministru li hemm ħafna riċevituri tal-lottu li investew bil-kbir sabiex jiftħu ħwienet ġodda u issa qed jitħallew fl-għama? Għaliex il-gvern ma kkonsultax ma' dawn ir-riċevituri dwar ir-Request for Proposal u għaliex qed jipprovaw iżommu kollox sigriet u saħansitra infurzaw ftehim ta' kunfidenzjalità għal min jieħu l-Request for Proposal? Hemm xi interess ta' xi ħadd x'jipproteġu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li qabel ma nħarġet ir-request for proposal għall-konċessjonijiet għad-drittijiet tal-Lotterija Nazzjonali, saru diskussjonijiet ma’ kull min kien interessat u dawn inkludew ukoll ir-regolamenti tar-riċevituri tal-lottu tramite il-Lotto Receivers Union u l-UĦM. Filwaqt li l-gvern jagħmel minn kollox sabiex jagħti l-aħjar opportunitajiet lil kull min jaħdem f’dan is-settur, wieħed irid jifhem li l-konċessjoni dejjem hija għal terminu definit.
Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, kull tender ikun marbut bi ftehim ta’ kunfidenzjalità u kull min ikollu x’jaqsam ma’ xi
tender
, huwa fid-dover li jżomm din il-kunfidenzjalità. Dan isir sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni żejda waqt il-proċess. Din it-tip ta’ serjetà biss tiggarantixxi li ħadd ma jieħu xi tip ta’ vantaġġ fuq ħaddieħor u mhux kif ipprova jallega l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jispjega kif se titħaddem il-miżura mħabbra fil-Budget għas-sena d-dieħla peress li meta n-nies qed jistaqsu fuq il-help line 188, dawk li jirrispondu għadhom ma jafux x'se jsir? Jista' jispjega ukoll kif se ssir ir-rifużjoni għal dawk li diġà ħallsu din is-sena u li l-pagament li għamlu jkopri perjodi tas-sena 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 30936.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti fil-customer care tal-Isptar Mater Dei sena b’sena matul l-2008, 2009 u 2010 b’mod separat? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti? Kemm-il każ kien magħluq u kemm-il każ għadu miftuħ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Kiri ta' tagħmir mediku lill-isptarijiet u kliniċi privati
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30439, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-mistoqsija tiegħi kienet dwar kirjiet u mhux self. Ghaldaqstant jista l-Ministru b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 29365 jgħid kemm kienet l-ispiża fil-każ ta’ kull kirja?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferei lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 29365, u nikkonferma li l-lista mehmuża tkopri self u mhux kiri ta’ apparat mediku.
Kif indikat bin-nota taht it-tabella mehmuza mal-istess Mistoqsija Parlamentari (Nru 29365) ma kien hemm l-ebda apparat mediku li gie mikri mill-Isptar Mater Dei lil sptarijiet jew kliniċi privati bejn Ottubru 2010 u Settembru 2011. Kien hemm imma self ta’ apparat mediku li joħroġ min ftehim reċiproku bejn l-isptar Mater Dei u l-isptarijiet u kliniċi privati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mgħoddija Appelli minn kontijiet tal-Income Tax lill-Qorti tal-Ġustizzja Amministrattiva meta ġie xolt il-Bord li kien jisma dawn l-Appelli qabel? Kemm daħlu appelli ġodda minn meta sar dak it-trasferiment? Kemm-il każ kien beda jinstema' sat-30 ta' Novembru 2011? Kemm-il sentenza ngħatat mill-imsemmija Qorti f'Appelli tal-Income Tax minn meta bdiet taħdem?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ġew mgħoddija tnejn u tmenin (82) appell mill-Income Tax lit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva meta ġie xolt il-Bord li kien jisma’ dawn l-appelli qabel. Minn meta sar dan it-trasferiment, jiġifieri mill-1 ta’ Ġunju 2010, kien hemm tmintax-(18) il każ ġdid. Sat-30 ta’ Novembru 2011, il-kazijiet kollha, kemm dawk trasferiti u kemm dawk introdotti ġodda bdew jinstemgħu mit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva.
Infurmat ukoll illi sallum ingħatat sentenza waħda in parte u sbatax-(17) il appell ġew ċeduti.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21747, 29693 u 30702, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija Go? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija Go jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'referena għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29836 fejn il-Ministru qal li ma setax isir iċ-ċertifikar permezz tal-VMS fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-Aġġustament tal-Isforz tas-Sajd taħt l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (2004 - 2006), jista' l-Ministru jgħid kif saret il-klassifikazzjoni jekk mhux minn fuq il-VMS?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — lista ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-Tenders ta' 'l fuq minn miljun ewro li kienu ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kienu 3 kif jidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — lista ta' tenders
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtha u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Tista' tagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Tista' tgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.