Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Viċi Prim Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2010?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 25234.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali kient ta’ € 72,786.72 u l-uffiċjali li akkumpanjaw lill-Ministru kienu dawn: Head of Secretariat, Private Secretary, Policy Managers, Chief Officer Transport Malta, Head Air Navigation Services u l-Permanent Secretary fil-Ministeru.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — informazzjoni dwar safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba
Leg 11 PQ #513 Sitting 436 2012-01-18 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — informazzjoni dwar safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kienet involuta l-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #514 Sitting 436 2012-01-18 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — informazzjoni dwar safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kienet involuta l-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2010?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #515 Sitting 436 2012-01-18 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni dwar transfers u re-deployments

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont xahar b' xahar bejn 1 Jannar 2011 u 31 Dicembru 2011 ta': 1. Kemm ingħataw transfers u re-deployments internament u bejn id-dipartimenti u entitajiet li għalihom huwa responsabbli; 2. Kemm ingħataw transfers u re-deployments minn dipartimenti u entitajiet li għalihom huwa responsabbli għal dipartimenti u entitajiet oħra; u 3. Kemm ingħataw transfers u re-deployments minn dipartimenti u entitajiet li għalihom mhux responsabbli lejn dipartimenti u entitajiet li għalihom huwa responsabbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Deċiżjoni dwar l-għeluq tal-Ambaxxata Portugiża f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-gvern Malti dwar id-deċiżjoni tal-gvern tal-Portugall li jagħlaq l-ambaxxata tiegħu f’pajjiżna? Jista' jgħid x’raġuni wasslet lill-gvern Portugiż biex jieħu din id-deċiżjoni? Jista' jgħid għaliex Malta hija l-uniku pajjiż membru taż-żona Ewro li fih il-Portugall se jkun qed jagħlaq l-ambaxxata tiegħu fih? Jista' jgħid kienx hemm laqgħat bejn il-gvern Malti u dak Portugiż qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni? Jista jgħid x’arranġamenti alternattivi se jkunu qed isiru għal dawk li huma relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Portugall?

Response (BORG, TONIO)

Ir-raġunijiet għall-egħluq tal-ambaxxata tal-Portugall f'Malta huma riflessi f'Note Verbale 75/2011 datat 21 ta' Novembru 2011. F'dan in-Note Verable, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Portugiż ikkonferma li kien se jagħlaq temporanjament l-Ambaxxata tal-Portugall f'Malta minħabba dak li sejjaħ 'restrizzjonijiet konsiderevoli tal-Budget nazzjonali' kif ukoll 'il-bzonn sabiex, l-Portugall jaderixxi għall-obbligi ntrodotti mill-Unjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali u l-pjan ta' awsterita li ġie ntrodott fl-isfond ta' dawn l-obbligi.' Dana ġie konfermat kemm mill-Ambaxxatur Portugiż, kif ukoll mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Portugall. Tajjeb wieħed jinnota li minbarra l-għeluq tal-Ambaxxata tiegħu f'Malta, il-Portugall se jagħlaq ukoll l-Ambaxxata tiegħu f'Andorra, l-Estonja, l-Latvja, l-Litwanja, l-Kenja u l-Bosnija. Barra minn hekk, il-Viċi Konsolati li l-Portugall għandu fi Frankfurt, Osnabruck, Clermont-Ferrant, Nantes u Lille se jkun amalgamati mal-Konsolati li hemm fi Stuttgart, Dusseldorf, Lyon u Pariġi. Il-Portugall se jkopri relazzjonijiet dipolmatiċi tiegħu mill-ambaxxata tiegħu f'Ruma.

Faċitlità Korrettiva ta’ Kordin — affarijiet li mhumiex permessibbli

Question

Jista l-Ministru jghid kemm saru tfittxijiet f’ċelel fil-Faċitlità Korrettiva ta’ Kordin bejn l-1999 u llum, sena b’sena b’mod separat? Jista' jgħid kemm kienu l-okkażjonijiet sena b’sena b’mod separat meta nstabu affarijiet li mhumiex permessibbli? Jista' jagħti lista ta’ x’kienu dawn l-affarijiet mhux permessibbli? Jista jgħid x’passi ttieħdu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi tali informazzjoni, flimkien ma' kull okkorrenza ta' matul il-jum u l-lejl, tkun reġistrata sekwenzjalment b'mod manwali. Għaldaqstant, meta wieħed jikkonsidra kemm jiġu reġistrati okkorrenzi li jikkonċernaw numru sostanzjali ta' divizjonijiet u priġunieri, mhix faċli sabiex tali informazzjoni tinġabar f'qasir żmien. Apparti minn dan, numru ta' dokumenti kienu ġew distrutti bin-nirien waqt irvellijiet li seħħew fl-2004 u l-2005, jew inkella tgħarrqu minħabba l-kundizzjoni tal-ambjent fejn kienu miżmuma. L-affarijiet li mhumiex permissibbli huma kif jidher hawn taħt:- · Sustanzi illegali – eroina, kannabis, kokaina, steroids u affarjiet relatati ma' teħid ta' dawn is-sustanzi bħal citric acid , foil , karti irrumblati forma ta' kanna irqiqa · Armi irregulari – magħmulin minn biċċiet tal-injam, plastik, perspex, ħadid u material ieħor e.g. toothbrushes bi xfafar imwaħħlin. · Inbid magħmul minn frott iffermenta · Mediċina e.g. pilloli u methodone · Apparat ta' tpinġija (tattoos) magħmulin minn biros u mutur zgħir ta' xi cassette player . · Mobile Phones , chargers u sim cards · DVDs pornografiċi · Pen drives u internet keys · Sigaretti, tabakk u telecards aktar minn dak permess · TV sets , DVD players , laptops , radios u fannijiet li ma mhux suppost kienu fiċ-ċellel. · Karti tal-logħob. Fil-każi ta’ sejba ta' sustanza illegali il-pulizija dejjem giet infurmata sabiex tinvestiga u sussegwement tressaq nies il-Qorti. Fil- każijiet l-oħra ttieħdu passi dixxiplinari skont Ir-Regollamenti tal-Habs tal-1995. Fil-preżent qed isir studju strateġiku ta' kif id-dokumentazzjoni eżistenti tkun tista' tigi maqluba għal-sistema digitali.
Leg 11 PQ #519 Sitting 436 2012-01-18 Written · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta’ karozzi mixtrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u minn dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, aġenziji eċċ li jaqgħu taħtu mill-2008 sal-2011 għal uffiċjali fil-gradi ta’ chairpersons, diretturi ġenerali, kapijiet eżekuttivi u diretturi? Jista' jgħid x’mudell kienet kull karozza? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull karozza? Jista' jgħid f’liema grad kienu l-uffiċjali li għalihom inxtrat kull karozza? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel fuq kull waħda minn dawn il-karozzi, sena b’sena b’mod separat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Brranin — karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta’ karozzi mixtrija mill-Ministeru tiegħu u minn dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, aġenziji eċċ li jaqgħu taħtu mill-2008 sal-2011 għal uffiċjali fil-gradi ta’ chairpersons, diretturi ġenerali, kapijiet eżekuttivi u diretturi? Jista' jgħid x’mudell kienet kull karozza? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull karozza? Jista' jgħid f’liema grad kienu l-uffiċjali li għalihom inxtrat kull karozza? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel fuq kull waħda minn dawn il-karozzi, sena b’sena b’mod separat?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi t-tweġiba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ karozzi mixtrija mill-Ministeru tiegħu u minn dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, aġenziji eċċ li jaqgħu taħtu mill-2008 sal-2011 għal uffiċjali fil-gradi ta’ chairpersons, diretturi ġenerali, kapijiet eżekuttivi u diretturi? Jista' jgħid x’mudell kienet kull karozza? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull karozza? Jista' jgħid f’liema grad kienu l-uffiċjali li għalihom inxtrat kull karozza? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel fuq kull waħda minn dawn il-karozzi, sena b’sena b’mod separat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-2008 ma nxtrawx karozzi mill-Ministeru u d-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħtu. L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-snin 2009, 2010 u 2011 hija s-segwenti:-

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ karozzi mixtrija mill-Ministeru tiegħu u minn dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, aġenziji eċċ li jaqgħu taħtu mill-2008 sal-2011 għal uffiċjali fil-gradi ta’ chairpersons, diretturi ġenerali, kapijiet eżekuttivi u diretturi? Jista' jgħid x’mudell kienet kull karozza? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull karozza? Jista' jgħid f’liema grad kienu l-uffiċjali li għalihom inxtrat kull karozza? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel fuq kull waħda minn dawn il-karozzi, sena b’sena b’mod separat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fl-2009 inxtrat karozza għall-Acting Director General Civil Aviation tal-għamla Renault Megane għall-prezz ta' €15,370. L-ispiża tal-fuel fl-2009 kienet ta' €394.01, fl-2010 kienet ta' €643.39 u fl-2011 kienet ta' €542.41.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ karozzi mixtrija mill-Ministeru tiegħu u minn dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, aġenziji eċċ li jaqgħu taħtu mill-2008 sal-2011 għal uffiċjali fil-gradi ta’ chairpersons, diretturi ġenerali, kapijiet eżekuttivi u diretturi? Jista' jgħid x’mudell kienet kull karozza? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull karozza? Jista' jgħid f’liema grad kienu l-uffiċjali li għalihom inxtrat kull karozza? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel fuq kull waħda minn dawn il-karozzi, sena b’sena b’mod separat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ karozzi mixtrija mill-Ministeru tiegħu u minn dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, aġenziji eċċ li jaqgħu taħtu mill-2008 sal-2011 għal uffiċjali fil-gradi ta’ chairpersons, diretturi ġenerali, kapijiet eżekuttivi u diretturi? Jista' jgħid x’mudell kienet kull karozza? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull karozza? Jista' jgħid f’liema grad kienu l-uffiċjali li għalihom inxtrat kull karozza? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel fuq kull waħda minn dawn il-karozzi, sena b’sena b’mod separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #526 Sitting 436 2012-01-18 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famija — karozzi mixtrija

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta’ karozzi mixtrija mill-Ministeru tagħha u minn dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, aġenziji eċċ li jaqgħu taħtha mill-2008 sal-2011 għal uffiċjali fil-gradi ta’ chairpersons, diretturi ġenerali, kapijiet eżekuttivi u diretturi? Tista' tgħid x’mudell kienet kull karozza? Tista' tgħid x’kienet l-ispiża fuq kull karozza? Tista' tgħid f’liema grad kienu l-uffiċjali li għalihom inxtrat kull karozza? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel fuq kull waħda minn dawn il-karozzi, sena b’sena b’mod separat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #527 Sitting 436 2012-01-18 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — karozzi mixtrija

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta’ karozzi mixtrija mill-Ministeru tagħha u minn dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, aġenziji eċċ li jaqgħu taħtha mill-2008 sal-2011 għal uffiċjali fil-gradi ta’ chairpersons, diretturi ġenerali, kapijiet eżekuttivi u diretturi? Tista' tgħid x’mudell kienet kull karozza? Tista' tgħid x’kienet l-ispiża fuq kull karozza? Tista' tgħid f’liema grad kienu l-uffiċjali li għalihom inxtrat kull karozza? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel fuq kull waħda minn dawn il-karozzi, sena b’sena b’mod separat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30889 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.