Legislature:
Category:
Reset
Active:

SIMS

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-iStock Information and Management System (SIMS) hux qed titħaddem fil-Pharmacy of Your Own Choice? L-iStock Information and Management System (SIMS) tindegra direttament ma' ACCESS Financials? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq l-implementazzjoni tal-iStock Information and Management System (SIMS)? Il-kuntratturi għamlux user acceptance testing (UAT) tas-sistema SIMS u jekk dawn il-UAT ġew aċċettati mill-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek? Kemm intefqu flus biex ġiet implementata din is-sistema SIMS?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 38223.

Air Malta — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telqu nies minn mal-Air Malta bis-somma jew b'post alternattiv s'issa? Kemm ġew impjegati nies part-time? Kemm ġew impjegati nies full-time? Kemm-il promotion ingħatat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Chairman u CEO ta' kull dekasteru — pakketti finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji supplimentari li qed jingħataw liċ-Chairman u lis-CEO ta' kull dekasteru? Jista' jindika ukoll x'kien il-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji supplimentari li kienu jingħataw liċ-chairman u lis-CEO preċedenti? Jista' jikkonferma jekk ingħatawx xi flus jew benefiċċji oħra liċ-chairman u lis-CEO's preċedenti b'relevanza tar-riżenja tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-benefiċċji/flus li ngħataw filwaqt li jindika jekk ir-riżenja kenitx b'mod volontarju u mingħajr pressjoni politika/ministerjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Transport Malta — Rotta għal Pembroke Park and Ride nurmu 202

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala per eżempju r-rotta 202 għal Pembroke Park and Ride, meta tasal Pender Place iġġiegħel lil kulħadd jinżel għax tkun ħames minuti tard bħal każ li ġara fit-8 ta' Novembru 2012 bin-numru tat-trakk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi l-vettura msemmija, nhar it-8 ta' Novembru ma kenitx qed taħdem fuq ir-rotta 202 u għaldaqstant, Transport Malta ma setgħetx tinvestiga aktar dan il-każ partikolari. Infurmat ukoll illi l-Arriva ma tat l-ebda struzzjoni lix-xufiera sabiex iniżżlu l-passiġġieri minn fuq il-vetturi tat-trasport pubbliku meta l-vjaġġ ikun kmieni jew tard.

Persuni li ġew naturalizzati għaċ-ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħarraf lil din il-Kamra kemm persuni ġew naturalizzati għaċ-ċittadinanza Maltija fis-sena 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37660, 36983 u 37255 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Settembru u Diċembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

qtugħ fil-provista tal-elettriku — kumpens għall-ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37659, 36981 u 37256 u jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Global Medi-Science Fund — Proċess tat-tnedija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37683 u fiex wasal il-proċess tat-tnedija tal-Global Medi-Science Fund ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Global Medi-Science Fund huwa fond ta’ investiment privat li ġie rreġistrat mal-Malta Financial Services Authority.

Spiża fuq ix-xogħol tal-BioMalta Campus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37682 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-BioMalta Campus u x’kienet l-ispiża minfuqa biex sar dan ix-xogħol ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kuntratt għax-xogħlijiet, skavar u t-tneħħija ta’ l-asbestos issa ġie kważi konkluż u kull ma fadal huma xogħlijiet ta’ irfinar ta’ l-aħħar (snagging works). Ix-xogħlijiet relatati mal-bini ser jibdew immedjatament wara. S’issa ntefqu madwar €2.8m, VAT eskluża. Dan l-ammont ikopri s-servizzi ta’ project management u l-kuntratt tax-xogħlijiet, skavar u tneħħija ta’ l-asbestos li huma koperti mill-fondi ERDF, kif ukoll spejjeż relatati ma’ MEPA u preparazzjoni għall-elettriku li huma responsabbiltà tal-Malta Enterprise.
Leg 11 PQ #38084 Sitting 524 2012-11-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Triq ġdida quddiem il-Gozo Stadium — parking spaces

Question

Fir-rigward tat-triq li qed tinbena mill-ġdid quddiem il-Gozo Stadium, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm parking spaces qabel il-proġett (minħabba li l-wiesgħa tat-triq kien jippermetti parking fuq iż-żewġ naħat), u wara li jintemm il-proġett bi triq idjaq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36234.

Casino Dragonara — operaturi privata

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li intlaħaq mal-operaturi privati tal-Casino Dragonara dwar dan l-istess casino?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li peress li dan il-ftehim huwa ta' natura kummercjali d-dokument mitlub ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

għajnuna lill-ħaddiema bla impjieg

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37778, jista' l-Ministru jgħid ir-raġunijiet u jingħataw ċifri għal dan il-qtugħ?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li in konnessjoni ma Mistoqsija Parlamentari 37778 irrid inzid dan li gej: Skond l-informazzjoni li għandna, b’kollox twaqqfu 1,666-il talba ta’ l-Għajnuna tal-Qgħad bejn Jannar – Settembru 2012. Tajjeb li tkun infurmat ukoll li dawn l-1,666 fil-verita’ jirrapreżentaw 1,609 persuna għax kien hemm minnhom li kellhom aktar minn talba waħda għal Għajnuna tal-Qgħad li twaqqfet. Raguni Ghadd Ircevew Pensjoni 6 Sabu mpjieg 29 Qabzu l-iskala tal-mezzi stabbilita 17 Inqatghu mir-registrar 15 Mhux aktar intitolati 119 Waqfu jirregistraw 1449 Sospizi ghal investigazzjoni 4 Sospizi temporanjament 27 TOTAL 1666

National Accounts — breakdown - diskrepanza

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 37327, jista’ l-Ministru jispjega kif iċ-ċifri mogħtija lilu juru li fit-tieni kwart tas-sena 2012 in-nefqa kapitali tal-gvern kienet ta’ €49m, filwaqt li ċ-ċifri tal-finanzi pubbliċi ppubblikati ġimgħa ilu mill-NSO qed juru nefqa kapitali ta €9m biss, li jfisser diskrepanza ta' €40m? Din id-diskrepanza ta’ €40m fi n-nefqa kapitali hija dovuta għall-inkluzjoni tad-dħul tal-konċessjoni tal-lottu lill-Maltco, li qed titnaqqas min-nefqa kapitali tal-gvern fit-tieni kwart tal-2012? Jekk din mhiex ir-raġuni ta' din id-diskrepanza jista' l-Ministru jagħti spjega ċara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Katakombi tal-Imqabba — tindif tal-katakombi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-katakombi tal-Imqabba ma nfetħux għall-pubbliku f'jum l-Imqabba? Veru li dawn il-Katakombi intlew bid-drenaġġ wara li saret ħsara mill-kuntrattur fuq xi katusi? Jista' jgħid meta se jitnadfu sabiex jerġgħu jinfetħu għall-pubbliku?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dental Specialisation Commission

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġunijiet li wasslu biex ordna li jitwaqqaf Bord tal-Inkjesta dwar id-Dental Specialisation Commission? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' inkjesta? Jista' jgħid għaliex dan ir-rapport ma sarx pubbliku qabel? Jista' jgħid x'passi ttieħdu wara din l-inkjesta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li wara li f’Jannar il-Ministeru irċieva ilment mir-rapreżentanti tal-Universita’ fuq il-Kumitat għall-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti fid-Dentistrija li applikant li kien ġie akkreditat seta’ma kellux il-kwalifiki kollha meħtieġa kif ukoll li seta’ kien hemm xi membri fuq il-kumitat li seta’ kellhom kunflitt ta’ interess kien inħatar Bord ta’ Inkjeta skont L-Att dwar l-Inkjesti biex jisħarreġ l-allegazzjonijiet. Il-Bord issottometta ir-rapport tiegħu fl-24 ta’ Mejju ta’din is-sena liema rapport jindika li seta’ kien hemm xi membri b’kunflitt ta’ interess u għalhekk il-proċess ta’ evalwazzjoni tal-kwalifiki seta’ kien ivvizzjat. Il-Bord evelwa ukoll il-kriterji użati biex saret l-akkreditazzjoni u wera il-fehema li dawn ma kienux kriterji tajba għal tali evalwazzjoni. Ir- rapport intbagħat lill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti fid-Dentistrija għar-rejazzjonijiet tagħhom u il-Kumitat intalab jinforma lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika x’passi kien bi ħsiebu jieħu. Kopja tar-rapport intbagħtet ukoll lill-Kunisll Mediku. M’hix il-prassi li r-rapporti kollha ta’ inkjesti li jsiru fid-Dipartiment li jsiru pubbliċi jew li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Minħabba n-natura sensittiva tal-każ in kwistjoni kif ukoll minħabba il-fatt li il-process għadu ma intemmx, ma jinħassx li dan ir- rapport għandu jsir pubbliku iżda inkun lest li nagħti kopja tar-rapport b’mod kunfidenzjali lill-Onor. Interpellant.

Sorsi alternattivi għall-operaturi ekonomiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fl-2012 fuq għajnuna f'investiment f'sorsi alternattivi għall-operaturi ekonomiċi Għawdxin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37661, 36984 u 37254 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Jannar u Awwissu 2012 ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Salarju ta' persuni li jaħdmu fid-deskasteru

Question

Jista' l-Ministru, għal kull dekasteru, jipprovdi lista ta’ nies lis-salarju (jeskludi il-performance bonus) tagħhom ġie revedut mil-anqas darbtejn mis-sena 2007 sal-lum? Jista' jinkludi ż-żieda fis-salarju, il-pożizzjoni l-ġdida, id-data ta’ meta dan seħħ, min kienu dawk il-persuna/i li approvaw u kienu parti min dan il-proċess, filwaqt li jindika jekk kienx hemm call for application?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall Mistoqsija Parlamentari Nru. 37250.

Spiża fuq ix-xogħol tal-BioMalta Campus

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-BioMalta Campus u x’kienet l-ispiża minfuqa biex sar dan ix-xogħol ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.