Awtoritajiet tal-ħabs — testijiet tad-droga fuq il-membri tal-istaff tal-ħabs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hix il-policytal-awtoritajiet tal-ħabs li minn żmien għal żmien isiru testijiet tad-droga fuq il-membri tal-istaff tal-ħabs?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Mhux il-policy tal-awtoritajiet tal-Faċilita’ li minn żmien għal żmien isiru testijiet għad-droga fuq l-istaff. Il-proċedura hi li meta jiġu impjegati membri ġodda, jsir test mediku fuq kull impjegat ġdid u dawk li jirriżultaw posittiv għal xi tip ta' droga jitwaqqaf l-ingaġġ immedjatament. Ninsab infurmat illi meta jkun hemm suspett li xi membru tal-istaff qed juża xi tip ta’ droga dan jiġi investigat bħal kull persuna oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-apparat li jagħmlu użu minnu l-awtoritajiet tal-ħabs biex jiġġieldu l-preżenza tad-droga fl-istess ħabs? Jista' jgħid meta nxtara l-aħħar minn dan l-apparat? Jista' jgħid hemmx il-ħsieb li fix-xhur li ġejjin jinxtara iktar apparat? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti lista ta' dan l-apparat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li attwalment fil-Faċilita’ Korrettiva ta' Kordin ma hemmx xi apparat speċifiku li jintuża sabiex tindika il-presenza ta’ xi tip ta’ droga.
Uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali — żieda għall-fuel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li kif ħareġ fl-aħħar rapport dwar il-kontijiet pubbliċi tas-sena 2010 ippublikati mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, fl-2009 saret talba lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex uffiċjal partikolari f'dan l-uffiċċju jibda jirċievi massimu ta' €250 minflok €175 fi fuel fix-xahar? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jippubblika l-korrispondenza kollha relatata ma' din it-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-imsemmija talba saret f’Ġunju 2009 u li l-arranġament in kwistjoni seħħ temporarjament sa Settembru 2010.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża li daħlet għaliha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq is-sitt fully expensed cars li kif irriżulta fl-aħħar rapport dwar il-kontijiet pubbliċi tal-2010 ippubblikat mill-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, qabżu l-limitu impost għal dak li hija spiża ta' kull xahar fuq fuel b'1,108 litru?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża tas-sitt fully expensed cars , li fl-2010 qabżu l-limitu impost għal dik li hija spiza ta’ kull xahar fuq fuel, kienet ta' € 12,797.40.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-gvern fuq riklamar relatat mal-Budget 2012 fuq il-gazzetti (jagħti breakdown gazzetta b’gazzetta), fuq it-televiżjoni (jagħti breakdown stazzjon bi stazzjon), fuq l-istazzjonijiet tar-radju (jagħti breakdown stazzjon bi stazzjon), fuq l-internet (jaghti breakdown website b’website) ? Jista' jgħid min ipproduċa dawn ir-riklami u kemm kien il-ħlas li rċieva għal dan ix-xogħol? Jista' jgħid kif intgħażel min ipproduċa dawn ir-riklami?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kumpanija li għamlet ix-xogħol ta’ produzzjoni kienet magħżula wara sejħa għal expression of interest f’Diċembru 2008 li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 18353 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li fiha l-Ministeru talab l-offerti għal tipi differenti ta’ produzzjoni (awdjo, viżwali, elettronika) għas-servizzi meħtieġa mid-Dipartimenti kollha tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, b’mod partikolari d-Dipartiment tat-Taxxi Interni, id-Dipartiment tal-VAT, id-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, id-Dipartiment tad-Dwana, l-Awtorità Maltija għall-Istandard u d-Dipartiment tal-Artijiet.
L-għażla tal-kumpanija saret wara sejħa għall-offerti.
ħlas għall-pubblikazzjoni tal-budget li ntbagħtet fid-djar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-gvern fuq pubblikazzjoni li ntbgħatet fid-djar f’Malta u Għawdex relatata mal-Budget 2012? Jista' jgħid min ipproduċa din il-pubblikazzjoni u kemm kien il-ħlas li rċieva għal dan ix-xogħol? Jista' jgħid kif intgħażel min ipproduċa din il-pubblikazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31615.
Tista' l-Ministru tgħid x’kienet ir-raġuni li għaliha sar ħlas ta’ €2,400 iktar minn kemm kien miftiehem lil konsulent partikolari, liema każ hemm riferenza għalih fl-aħħar rapport dwar il-kontijiet pubbliċi 2010 mhejji mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali? Tista' tgħid min awtorizza li jsir dan il-ħlas żejjed? Tista' tgħid jekk dawn il-flus intalbux lura?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi l-ħlas imsemmi sar għal xogħol addizzjonali fuq il-promenade tal-Qbajjar u l-car park tax-Xlendi.
Tista' l-Ministru tgħid min awtorizza l-ħlas ta’ €22,000 lil konsulent biex ifassal strategija ta’ komunikazzjoni dwar eko-Għawdex bi ksur tar-regolamenti, meta dan il-konsulent intagħżel b’direct order, mingħajr ebda sejħa pubblika u mingħajr l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, liema każ hemm riferenza għalih fl-aħħar rapport dwar il-kontijiet pubbliċi 2010 mħejji mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li dan il-ħlas sar a bażi ta' Paragrafi 20 (1)(b) u 20 (1)(c) tar-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi u għalhekk ma kienx hemm ksur tar-regolamenti.
Dipartiment tal-Customer Services — kwestjoni dwar ħlas lil uffiċjal
Question
Tista' l-Ministru tgħid min awtorizza l-ħlas ta’ €6,300 lil uffiċjal fid-Dipartiment tal-Customer Services li ntgħażel b’direct order u mingħajr l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, liema każ hemm referenza għalih fl-aħħar rapport dwar il-kontijiet pubbliċi 2010 mħejji mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ħatra ta' "College Principal Support Officer" saret fuq il-proċedura li ġiet addottata mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni sabiex kull College Principal ikollu Support Officer/s u ma kinitx xi ħaġa partikulari għall-Gozo College. Id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni ingaġġat diversi ex-Kapijiet u ex-Assistenti Kapijiet ta' skejjel li ġew irtirati bħala "College Principal Support Officer" u peress li l-operat tal-Gozo College huwa taħt il-Ministeru għal Għawdex, l-uffiċċjal irtirat (ex-Kap ta' Skola) kellu jitħallas mill-fondi tal-Ministeru għal Għawdex u għalhekk sar kuntratt għal dan il-għan bejn is-Segretarju Permanenti u l-ex-uffiċċjal.
L-ammont ta' €6,300 tħallas fuq żewġ kuntratti li kienu jkopru l-perjodu 25 ta' Mejju 2009 sa 24 ta' Diċembru 2010.
Skont il-Public Procurement Regulations 20 (1) (b) direct orders sa €6,000 jistgħu jsiru bl-approvazzjoni tal-uffiċċjal għoli fil-Ministeru li jkun awtorizzat jagħmel dan. F'dan il-każ kien hemm żewġ kuntratti li l-ammont tagħhom individwalment ma jaqbiżx €6,000 u li kull kuntratt kien iffirmat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru li kien awtorizzat biex japprova dan it-tip ta' kuntratt skont il-liġi.
informazzjoni dwar kuntratt li sar dwar iż-żamma u l-irranġar ta’ erba' roundabouts
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar dwar iż-żamma u l-irranġar ta’ erba' roundabouts, liema każ hemm referenza għalih fl-aħħar rapport dwar il-kontijiet pubbliċi 2010 mħejji mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali? Tista' tgħid kif ġie stabbilit il-ħlas ta’ €4,400 fix-xahar fuq dan il-kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ammont ġie miftiehem bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-ELC fl-2007 li jammonta għal ferm anqas mir-rati normali li l-ELC jitħallas għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jindika, mid-data tax-xiri ta' Dar Malta fi Brussell sal-lum, kemm huwa l-ispazju minn dan il-bini li nkera lil terzi? Kemm daħħal il-Gvern Malti kull sena minn dawn il-kirjiet lil terzi? Min kienu l-kerrejja? Għal kemm żmien hija l-kirja? Jista' jgħid jekk hux għaddejjin negozjati ma’ kumpaniji oħra li wrew interess biex jikru spazju f’Dar Malta? Jekk fl-affermattiv, kemm huma dawn il-kumpaniji?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19288.
F’Novembru tal- 2010 inkera nofs l-ewwel sular minn Epure għal disa’ snin b’possibilità li jitterminaw il-ftehim f’għeluq it-tielet sena jew inkella s-sitt sena. F’Jannar tal-2011 inkera n-nofs l-ieħor tat-tieni sular minn Vodafone, ghal disa’ snin b’possibilità li jitterminaw il-ftehim f’għeluq it-tielet sena jew inkella s-sitt sena.
Dan l-aħħar ġimgħat kien hemm negozjati għaddejin ma kumpanija li nteressata tikri n-nofs li fadal ta’ l-ewwel sular.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar safar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Prim Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar safar
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Viċi Prim Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2009?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 25234.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwra safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali kienet ta’ €71,398.62 u l-uffiċjali li akkumpanjaw lill-Ministru kienu dawn: Head of Secretariat, Private Secretary, Chief Officer Transport Malta, Policy Managers u ċ-Chairman tal-MITA.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — informazzjoni dwar safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2009?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — informazzjoni dwar safar
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kienet involuta l-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kienet involuta l-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2009?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar safar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Prim Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.