Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise — investiment u impjieg

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31846 u jagħti lista tal-kumpaniji li l-Malta Enterprise qalet li investew €320 miljuni f'dawn l-aħħar erba' snin? Jista' jagħti breakdown tat-3,200 impjieg li qegħdin jgħidu li ħolqu dawn il-proġetti ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żabbar — manutenzjoni fuq toroq

Question

Peress li Triq iż-Żagħrun f’Ħaż-Żabbar hemm bżonn ta’ manutenzjoni, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jitneħħa l-periklu? Jista’ l-Ministru jara li jitneħħa l-periklu li jinħoloq kull meta tagħmel ix-xita billi jsiru spralli fin-naħa ta’ fuq tat-Triq il-Kapuċċini l-Kalkara sabiex ma jibqax jinżel ammont kbir ta’ ilma tax-xita fi Pjazza Arcisqof Gonzi l-Kalkara?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.31658. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interrpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kumpanija Go — art fil-Qawra

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21747, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija GO? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija GO, jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21747.

Art fil-Qawra — Kumpanija Go

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21747 u 29693, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija GO? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija GO, jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21747.

Kumpanija Go — negozjati dwar l-art tal-Qawra

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21747, 29693 u 30702, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija Go? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija Go jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21747.

kuntratti u servizzi relatati ma' perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti u servizzi relatati lill-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw sepatarament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li ngħataw xi kuntratti u servizzi relatati mal-perit li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant.

Smoking Shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew lill-Kaxxa ta' Malta is-smoking shelters?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kuntrattur għadu kif issottometta l-kont ta’ wieħed u tletin elf, mitejn u ħamsa u ħamsin Ewro u tmenin ċenteżmu (€31,255.80) għax-xogħlijiet li għamel fuq l-ismoking shelters. Bħalissa dan qed jiġi verifikat mit-tekniċi tal-Isptar Mater Dei. Għaldaqstant l-ammont finali ta’ kemm ġew jiswew lill-Kaxxa ta' Malta l-ismoking shelters ma jistax jinata għalissa.

Malta Enterprise — Investiment u impjieg

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-kumpaniji li l-Malta Enterprise qalet li nvestew €320 miljuni f'dawn l-aħħar erba' snin? Jista' jagħti breakdown tat-3,200 impjieg li qegħdin jgħidu li ħolqu dawn il-proġetti ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ċentri tas-saħħa — servizz ta' ambulanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma ċ-ċentri tas-saħħa koperti mis-servizz ta' ambulanza? Liema lokalitajiet ikopru dan is-servizz? X'inhuma l-ħinijiet li fihom joperaw dawn l-ambulanzi? X'jiġri fejn m'hemmx servizz ta' ambulanza, meta pazjent li jżur ċentru tas-saħħa partikolari, jkollu bżonn jagħmel użu minn ambulanza?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-servizz ta’ ambulanza jingħata biss miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta. Din l-ambulanza tkopri l-lokalitajiet tan-naħa ta’ fuq ta’ Malta, jiġifieri dawk li jkopri l-istess iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta li huma; Mosta, Naxxar, Rabat, Mdina, Dingli, Għargħur, Mellieħa, Mġarr, Armier, Baħrija, Bidnija, Buġibba, Burmarrad, Buskett, Ċirkewwa, Ġnejna Bay, Għadira, Għajn Tuffieħa, Golden Bay, Landrijiet, Kunċizzjoni, Magħtab, Manikata, Mtaħleb, Mtarfa, Qawra, Pwales, Ta’ Qali, Wardija, Xemxija, Zebbieħ, Salina Coast Road. Għall-lokalitajiet mhux imsemmija hawn fuq, is-servizz jingħata mill-ambulanza tal-Isptar Mater Dei. Il-ħinijiet li fihom topera din l-ambulanza huma mis-7.15 a.m sas-6.45 p.m Wara dan il-ħin u fiċ-ċentri tas-saħħa fejn m'hemmx servizz ta' ambulanza, din tiġi mitluba mill-isptar Mater Dei.

Enemalta — vacancy notice tal-managers

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-vacancy notice li kienet dehret, tal-managers li hemm preżentament fis-Sezzjoni tal-Corporate Services fil-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — salary band ta' impjegata

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema kategorija jew salary band tpoġġiet l-impjegata, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tal-Korporazzjoni Enemalta li riċentament ingħatat din il-ħatra?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-impjegata, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, tpoġġiet fil-kategorija ta’ bejn €29,500 - €33,000.

Budget 2012 — breakdown tal-ispiża fuq riklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-gvern fuq riklamar relatat mal-Budget 2012 fuq il-gazzetti (jagħti breakdown gazzetta b’gazzetta), fuq it-televiżjoni (jagħti breakdown stazzjon bi stazzjon), fuq l-istazzjonijiet tar-radju (jagħti breakdown stazzjon bi stazzjon), fuq l-internet (jagħti breakdown website b’website) ? Jista' jgħid min ipproduċa dawn ir-riklami u kemm kien il-ħlas li rċieva għal dan ix-xogħol? Jista' jgħid kif intgħażel min ipproduċa dawn ir-riklami?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq id-disinn u l-produzzjoni ta’ din il-pubblikazzjoni kienet ta’ €3,717. L-iżpiża għall-istampar kienet ta’ €32,130, filwaqt li dak tal-pustaġġ kien €5,058.14. Il-produzzjoni tal-pubblikazzjoni saret minn Lighthouse Communications. Il-kumpanija ntgħażlet abbażi ta’ expression of interest li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 18353 tat-12 ta’ Diċembru 2008. Ix-xogħol ta’ stampar sar mill-kumpanija Print It peress li l-istamperija tal-Gvern ma setgħetx tagħmel ix-xogħol fil-kwantitajiet u ż-żmien rikjest, filwaqt li d-distribuzzjoni fid-djar saret mill-Maltapost plc.

Nefqa fuq pubblikazzjoni fuq il-Budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-gvern fuq pubblikazzjoni li ntbagħtet fid-djar f’Malta u Għawdex relatata mal-Budget 2012 ? Jista' jgħid min ipproduċa din il-pubblikazzjoni u kemm kien il-ħlas li rċieva għal dan ix-xogħol? Jista' jgħid kif intgħażel min ipproduċa din il-pubblikazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31615.

Fabbriki u kumpaniji li ma baqgħux joperaw f'pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 29367 u jgħid kemm kien hemm fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna matul l-ewwel għaxar xhur tal-2010 u kemm kienu jħaddmu ħaddiema magħhom kull fabbrika/kumpanija?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29367.

Proġettn tal-Baċir Numru 1 — tlestija tal-proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-proġett tal-Baċir No 1 waqax lura? Jista' jgħid jekk jekk il-gvern għadx għandu l-mira li dan il-proġett jitlesta sa April ta’ din is-sena ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett inkwistjoni issa huwa mmirat li jitlesta sal-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena minħabba dewmien minn kuntrattur partikolari.
Leg 11 PQ #31343 Sitting 438 2012-01-24 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — paga, perkaċċi u kundizzjonijiet tad-diretturi

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-paga, perkaċċi u kundizzjonijiet ta' dawk kollha fi grad ta' director u deputy director fl-MCAST kif ukoll ir-rwol ta' kull direttur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30891 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — sentenza maqtugħa

Question

In vista tas-sentenza li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu fil-konfront ta' uffiċjal għoli tal-awtorità li nstab li ħalef falz?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lil Onor Interpellant, li fil-kaz imsemmi, f’ebda stadju tas-sentenza l-Onor. Imhallef ma intima jew ta xi hjiel li kien hemm xhieda falza minn xi ufficjal tal-MTA

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — proposta biex jinqasam il-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta li qed issir biex il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern jinqasam fi tnejn? Jista' jgħid jekk qattx kien ikkonsultat qabel ma din il-proposta saret pubblika meta fil-bidu ta’ Diċembru 2011 il-Prim Ministru tkellem dwarha fuq it-televiżjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Jiena nirrispetta l-provvediment kostituzzjonali li jistipolaw li t-tqassim tal-Ministeri huwa l-prerogattiva esklussiva tal-Prim Ministru.
Leg 11 PQ #31296 Sitting 437 2012-01-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru tal-Ġustizzja — deċiżjoni dwar diviżjoni tal-ministeru

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema bażi wasal għad-deċiżjoni tiegħu li jaqsam fi tnejn il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern? Jista' jgħid jekk qabel ma ħabbar din id-deċiżjoni fuq it-televizjoni, ikkonsultax lill-Ministru attwali tal-Ġustizzja u l-Intern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skont id-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna, id-deċiżjonijiet dwar il-komposizzjoni u l-formazzjoni tal-Kabinett huwa l-prerogattiva assoluta tal-Prim Ministru.