Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema tat-tined u Dairy Restructuring Aid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-iskema tat-tined u Dairy Restructuring Aid?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 23782 u 23783.

Residenti li joqogħdu tal-Ħawli l-Birgu — servizz ta' trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta r-residenti li joqogħdu tal-Ħawli l-Birgu se jkollhom servizz tat-Trasport Pubbliku għall-Belt u għall-Isptar Mater Dei bħalma għandhom lokalitijiet oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li jeżisti servizz bejn il-Birgu u l-Isptar Mater Dei. Mhux fattibbli li jkun provdut servizz dirett lejn Mater Dei minn kull triq jew grupp ta' djar f'kull lokalità.

Kalkara — Santa Liberata - Servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta r-residenti ta' Santa Liberata fil-Kalkara se jkunu moqdijin bis-servizz tat-trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li preżentament mhux qed isiru tibdil fir-rotot sabiex jingħata ċans lis-servizz jistabbilizza ruħu. Infurmat ukoll li Transport Malta hija konxja ta’ din it-talba u qed taħdem biex issib soluzzjoni.

Transport Malta — toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru toroq minn Transport Malta f'kull lokalità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi l-ġbir ta' informazzjoni mitluba jirrikjedi ammont kbir ta' ħin u riżorsi. Madankollu nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari nru. 24717, 25243, 27923, 31256, 31656, 31658 u 31659, fejn hemm informazzjoni dwar xogħol fuq toroq.

Sptar Mater Dei — sodod mhux okkupati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sigħat li fihom is-sodod tal-Isptar Mater Dei ma kenux okkupati matul l-aħħar sena? Kemm minn dawn is-sigħat kienu ta' sodod f'single rooms?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Każijiet ta' ittapjar tat-telefown

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx investigati xi każijiet rigward ittapjar tat-telefown bħal każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ġieli kellha rapporti dwar ittapjar ta' telefonati, però l-eżitu ta' dawn l-investigazzjonijiet kien wieħed negattiv.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — tnaqqis mill-budget

Question

B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 32236, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis mill-budget

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32235, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — tnaqqis mill-budget

Question

B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 32234, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32237 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32239 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #32590 Sitting 455 2012-03-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 32230 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Birgu — tal-Ħawli - servizz tat-trasport pubbliku

Question

Peress li qabel ma bdiet topera s-servizz tat-trasport pubbliku l-Arriva, ir-residenti tal-Qasam tad-Djar fuq tal-Ħawli, Birgu kienu moqdija kull nofs siegħa sal-għaxra ta' filgħodu lejn il-Belt u kull siegħa matul il-jum kollu mill-Belt sal-Birgu, jikkunsidra l-Ministru li jagħmel rappreżentazzjoni mal-management tal-kumpanija biex terġa' tintroduċi dan is-servizz utli għaliex fin-nuqqas tiegħu, l-istess residenti, f'xemx tiżreġ tas-sajf jew f'jiem kiesħa xitwin u fix-xita jkollhom imorru bil-mixi sa Ħaż-Żabbar jew sa fejn kien it-terminus tal-Birgu, distanza ta' mil f'kull direzzjoni? Jaf il-Ministru li qabel il-karozzi bl-iskeda tat-trasport wara l-Ħawli kienu jgħaddu minn Verdala Bormla, liema servizz għadu jsir bla ma jgħaddi mill-Ħawli u għalhekk it-traġitt żejjed għall-kumpanija huwa minimu, imma essenzjali għar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li preżentament mhux qed isiru tibdil fir-rotot sabiex jingħata ċans li s-servizz jistabbiliżża ruħu. Madankollu, infurmat ukoll li Transport Malta hija konxja ta’ din it-talba u qed taħdem biex issib soluzzjoni u jingħata servizz f’din iż-żona.

xogħol mogħti lil kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx tender jew d irect order ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

xogħol mogħti lil kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw minn Transport Malta lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx tender jew direct order?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

kumpaniji li ngħataw xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw lil kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' l-Ministru jispeċifika jekk kenitx tender jew direct order?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32364.

xogħol mogħti lil kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx tender jew direct order ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Apparat ta' Vide Telemetry għal nies li jbatu bl-epilepsija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm apparat ġdid tal-video telemetry għal nies li jbatu bl-epilepsija li ilu snin li nxtara imma qatt ma ntuża? Kemm ġie jiswa dan l-apparat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #32240 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Familja — tnaqqis mill-budget

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tagħha bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Tista' tagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #32241 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — tnaqqis mill-budget

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tagħha bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Tista' tagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.