Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32588 u 32237 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32636.

informazzjoni dwar smart meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jitwaħħlu smart meters? Kemm twaħħlu s'issa? Meta beda x-xogħol ta' twaħħil? Meta huwa stmat li fil-fatt se jitlesta x-xogħol ta' twaħħil? Kemm huwa n-numru ta' meters mwaħħla li kellhom jidbiddlu? X'kienet il-ħsara fil-meters mibdulin? Min qed jagħmel tajjeb għal din il-ħsara? It-trasmissjoni ta' data mill-meters għaċ-ċentru kkomputerizzat ġiet ippruvata? Jekk iva, x'kienu r-riżultati? Jeżistu problemi fit-trasmissjoni tad-data? Jekk jeżistu, x'inhuma dawn il-problemi, x'inhi l-kawża, u kif qed/se tiġi indirizzata din il-problema?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi b’kollox se jiġu nstallati 267,356 smart meter f’Malta u Għawdex. S’issa ġew installati 135,361 meter, u l-kumplament huwa ppjanat li jitlestew sal-bidu tal-2013. Bl-installazzjoni ta’ l-ismart meters, se tissaħħaħ l-effiċjenza tas-sistema ta’ l-elettriku, jitnaqqas is-serq u jingħata servizz aħjar lill-konsumatur. Il-proġett ta’ l-ismart meters beda b’pilot project ta’ 5,000 meter f’April tal-2009. Ix-xogħol ta’ installazzjoni beda mbagħad fit-tieni kwart tal-2010. Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta’ meters irrapurtati bil-ħsara kien ta’ 594. Il-ħsarat ġew irrapurtati jew għax jinqraw ħażin, għax waqfu jaħdmu jew għaliex imkissrin. Dawn il- meters se jiġu rritornati lis- supplier biex jiġu mibdulin mingħajr ħlas. It-trasmissjoni ta’ data mill- meters għaċ-ċentru kkomputerizzat ġiet ppruvata u ttestjata. Infatti hemm (aktar minn 5,000 meter) li qed jinħarġilhom il-kont fuq l-informazzjoni li jitrasmettu. Ninsab infurmat illi hemm numru ta’ problemi li huma relatati ma’ komunikazzjoni li jaffetwaw individwalment jew numru ta’ meters . Dawn jinkludu: 1. Storbju minħabba l-infrastruttura tal- electricity network li jintuża’ bħala l- medium tal-komunikazzjoni, u li s’issa kien hemm ftit każijiet minnhom. Setups alternattivi ġew ippruvati biex jingħelbu l-limitazzjonijijet tal-infrastruttura; u 2. Distribuzzjoni tal-infrastruttura fejn il-lokalità tas- signal repeater tal- meters hija bżonnjuża biex tiżgura li jkun hemm komunikazzjoni tajba. Il-Korporazzjoni Enemalta identifikat is-soluzzjonijiet għal dawn il-problemi.

użu ta' punteġjatura Maltija fl-ismijiet mogħtija lit-tfal

Question

B’referenza għall-istorja li kien hemm fl-aħbarijiet fir-rigward ta’ koppja li xtaqet tagħti lil wild tagħha isem li jinkiteb b’ittri tal-alfabett Malti, jista’ l-Ministru jikkonferma li din il-problema se tiġi solvuta? F’każ li huwa hekk, jista’ l-Ministru jagħti data sa meta dan se jsir? F’każ li dawn il-ġenituri jirreġistraw lil wild tagħhom bis-sistema preżenti, se tingħata l-opportunità li jbiddlu l-isem mingħajr spejjeż addizzjonali hekk kif tiddaħħal il-punteġjatura Maltija?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jiftaħ l-istaġun tar-rebbiegħa 2012 għall-kaċċa?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-gvern ikun jista’ jwieġeb din il-mistoqsija ġaladarba jirċievi, jistudja u jiddeċiedi fuq il-parir tal-Kumitat Ornis dwar jekk u taħt liema kundizzjonijiet għandu jinfetaħ l-istaġun tar-Rebbiegħa għall-kaċċa. Il-parir tal-Kumitat Ornis mistenni li jgħaddi għand il-gvern fil-ġranet li ġejjin.

standards tal-lifts — moniteraġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'għadux għaddej il-proċess ta' moniteraġġ tal-istandards tal-lifts kif stabbilit mil-Unjoni Ewroeja bil-għan li tipproteġi lill-konsumaturi?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li skond LN 231 ta' 2007 - Spezzjoni ta' Liftijiet, hija l-persuna responsabli mil-lift li jrid jara li dan jiġi perjodikament spezzjonat minn Korp Awtorizzat għall-Valutazzjoni ta’ Konformità u għalhekk tkun assigurata l-protezjoni ta' min juzaħ. Barra min hekk l-Awtorita' Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur għanda programm anwali ta' moniteraġġ ta' lifts li jifforma parti minn programm iżjed vast ta' sorveljanza tas-suq.

Għawdex — direct orders mogħtija mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-kunsilli lokali f'Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament għal kull kunsill, d-dettalji dwar ix-xogħol u l-pagamenti relattivi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-Onorevoli Interpellant jifhem u japprezza li kull ammont taħt il-€1,164.69 hu permess li jingħata minn Kunsill Lokali permezz ta’ direct order. Għaldaqstant dan ifisser li x-xiri anke ta’ oġġetti żgħar, bħal stationery isir permezz ta’ direct order. Japprezza għalhekk li l-ammont ta’ xiri li jsir b’dan il-mod huma ferm voluminuż. L-Onorevoli Interpellant hu għaldaqstant ġentilment mitlub jindika x’valur u x’tip ta’ xogħol, servizz jew oġġetti qed jistaqsi dwarhom.

Sptar Mater Dei — sodod mhux użati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32825 u jgħid kemm sigħat ta' okkupanza ta' sodod li ma ġewx utilizzati fl-Isptar Mater Dei s-sena l-oħra? Fost dawn kien hemm minnhom li huma single rooms?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li din l-informazzjoni li qed tintalab ma tistax tingħata skont in-numru ta’ siegħat li s-sodod ma ġewx okkupati fl-Isptar mater Dei is-sena l-oħra. L- informazzjoni li tista’ tingħata hija tal- average percentage bed occupancy, li hija ta’ 91% għas-sena 2011. Din l- istatistika ma’ tinkludix sodod li jintużaw għall- day cases. Din l-informazzjoni ma tistax tingħata għall-‘ single rooms ’.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm daħlu impjegati u l-informazzjoni l-oħra mitluba. Rigward kemm irtiraw, irriżenjaw, tkeċċew, eċċ., ninsab infurmat li dawn kienu 566.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32589 u 32239 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32587 u cioè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32234, jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.32627.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32586 u cioè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32235, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32585 u cioè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32236, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura wkoll qed jaghmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l- overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħal promozzjoni turistika ta’ Malta, il-programmi u attivitajiet kulturali u inizjattivi ambjentali li ġew imħabbra fil- budget jew ta’ għajnuniet differenti.
Leg 11 PQ #32977 Sitting 458 2012-03-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — tnaqqis fil-budget

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32241, tista' l-Ministru tagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f'pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa' jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa' jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru għal Għawdex ukoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f'investiment kapitali, ta' servizzi essenzjali bħal saħħa u edukazzjoni jew ta' għajnuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b'ebda mod m'huma se jimpattaw fuq professjonijiet kruċjali fosthom dawk fil-qasam mediku.
Leg 11 PQ #32978 Sitting 458 2012-03-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — tnaqqis fil-budget

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3224o, tista' l-Ministru tagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32678.
Leg 11 PQ #32844 Sitting 457 2012-03-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Outdoor Gym Equipment — tender

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’kienet ir-raġuni sabiex tender li kienet ħarġet għax-xiri ta’ outdoor gym equipment li d-dettalji tat-tender qed jintbagħtu separatament ġiet kanċellata? Tista' tgħid jekk dan imurx kontra l-Avviż Legali 296/2010 ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kumitat tal-Kuntratti Dipartimentali (DCC) kien tal-fehma li l-imsemmija offerta msejħa mill-Kunsill Malti għall-iSport tiġi kanċellata. Ma jirriżultax li nkisru xi regolamenti stabbiliti fl-Avviż Legali 296/2010.
Leg 11 PQ #32845 Sitting 457 2012-03-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar impjegata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kariga tokkupa l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li taħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata tokkupa l-pożizzjoni ta’ chairwoman u messaġġiera fis-segretarjat tiegħi.

Ħsarat tal-ismart meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' ħsarat fuq l-ismart meters tad-dawl li ġew imwaħħla s'issa? Jista' jgħid ukoll kemm se tiswa din il-ħsara?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn 135,361 smart meters li ġew istallati hemm 594 każijiet ta’ ħsarat. Dawn il-meters għandhom jiġu rritornati lis-supplier biex jiġu mibdulin b’xejn.
Leg 11 PQ #32968 Sitting 457 2012-03-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kera tal-premises tal-Continental Business Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se tiswa l-kera tal-premises il-ġodda f'Continental Business Centre, Old Railway Track f'Santa Venera? Min se jħallas għalihom u min huma s-sidien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kera tal-premises il-ġodda f’Continental Business Centre ser tiswa €31,860 annwalment. Se tħallas l-aġenzija u s-sidien huma Cutrico Services Ltd.
Leg 11 PQ #32971 Sitting 457 2012-03-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 32590 u 32230 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jagħmel minn kollox biex jonqsu l-ispejjeż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jagħmlu parti minn dan id-dekasteru. Inizjattivi relatati qed jittieħdu billi jitnaqqas ir-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda u fejn meħtieġ dak ta’ l- overtime mingħajr ma’ tonqos l-effiċjenza fl-operat. Min-naħa l-oħra mhux qed isir tnaqqis fl-investiment kapitali.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32588 u 32237 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.