Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31846 u jagħti lista tal-kumpaniji li l-Malta Enterprise qalet li investew €320 miljuni f'dawn l-aħħar erba' snin? Jista' jagħti breakdown tat-3,200 impjieg li qegħdin jgħidu li ħolqu dawn il-proġetti ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31846.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-mistoqsijiet parlamentari bil-miktub W349 (datata 2 ta' Settembru 2011), W403 (datata 5 ta' Settembru 2011), W506 (datata 21 ta' Diċembru 2011) u W519 (datata 27 ta' Diċembru 2011) ma ġewx imwieġba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-mistoqsija parlamentari W349 ġiet imwieġba f’seduta 413.
Il-Mistoqsija Parlamentari W403 ma jirriżultax li saret lill-Ministeru tiegħi.
Dwar il-mistoqsijiet W506 u W519 infurmat li kien għad fadal id-dettalji sabiex ngħatu risposta finali u dan se jsir f’waħda mis-seduti li jmiss.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-mistoqsijiet parlamentari bil-miktub W479 (datata 19 ta' Diċembru 2011), W480 (datata 19 ta' Diċembru 2011)?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid eżatt x'inhi l-mistoqsija tiegħu.
Peress li għall-mistoqsijiet parlamentari li għamilt, ngħatat risposta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra, jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex l-informazzjoni għadha ma ngħatatx? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawn il-mistoqsijiet parlamentari: 11281 (datata 8 ta' Ottubru 2009), 12282 (datata 5 ta' Novembru 2009), 29622 (datata 27 ta' Ottubru 2011), 31103 (datata 9 ta' Diċembru 2011), 31127 (datata 9 ta' Diċembru 2011), 32387 (datata 27 ta' Frar 2012) u 32388 (datata 27 ta' Frar 2012)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, Mistoqsija Parlamentari 11281 kienet imwieġba f'seduta 153 b'mistoqsija parlamentari Nru 11781.
Rigward il-Mistoqsijiet Parlamentari 12282 u 31127, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru kkonċernat.
Mistoqsija Parlamentari 32387 kienet imwieġba f'seduta 454.
Mistoqsijiet Parlamentari 29622, 31103 u 32388 twieġbu f'seduta 463.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-mistoqsija bil-miktub ma ġietx imwieġba? Jista’ jagħti l-informazzjni mitluba għall-mistoqsija parlamentari W523 (datata 27 ta' Diċembru 2011)?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru W 523.
Peress li għall-mistoqsijiet li għamilt ingħatajt risposta li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex l-informazzjoni għadha ma ngħatatx? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawn il-mistoqsijiet parlamentari: 31104 (datata 18 ta; Jannar 2012), 31846 (datata 9 ta' Frar 2012), 32377 (datata 27 ta' Frar 2012), 30602 (datata 28 ta' Novembru 2011), 29135 (datata 17 ta' Ottubru 2011), 29117 (datata 17 ta' Ottubru 2011), 29110 (datata 17 ta' Ottubru 2011) u 27661 (datata 18 ta' Lulju 2011)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsijiet parlamentari li qed jirreferi għalihom f’din il-mistoqsija parlamentari qed jiġu risposti f’seduti 464 u 465.
Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29110, ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien il-prezz medju internazzjonali ta' kull barmil żejt kull xahar minn Jannar 2005 sal-aħħar ta' Marzu 2012? Kemm kien il-prezz kull xahar tal-petrol (mingħajr ċomb), tad-diesel u tal-pitrolju, kif stabbilit mill-gvern minn Jannar 2005 sal-aħħar ta' Marzu 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf illi l-prezzijiet medji internazzjonali ta' kull barmil żejt kull xahar minn Jannar 2005 sal-aħħar ta' Marzu 2012, qedjitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-prezzijiet kwotati ta’ l-ICE Brent jirrapreżentaw il-medja tal-prezz li jgħalaq kuljum fil-futures market.
Il-prezz kull xahar tal-petrol (mingħajr ċomb), tad-diesel u tal-pitrolju, kif stabbilit mill-gvern minn Jannar 2005 sal-aħħar ta' Marzu 2012, ukoll qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Tenders għal Road Signage
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender ħarġet relatata ma' road signage fid-dekasteri tiegħu? Għal kull tender min kienu n-nies fuq il-bord tal-aġġudikazzjoni? Min kien is-segretarju/a? Kemm-il kumpanija tefgħet offerta? Min kienet il-kumpannja li rebħet it-tender? Jista' jagħti l-lista tax- xogħlijiet mitluba fit-tender u jgħid jekk it-tender kenitx relatata mar-riforma tat-trasport pubbliku? X'kien l-ammont finanzjarju tat-tender? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jipproġetta li joħrog tenders relatati ma' road signage fit-tliet snin li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba, għal tenders maħruġa matul l-2010 u l-2011, hija mehmuża.
Rigward il-mistoqsija ta’ kemm hemm proġettat li joħorġu tenders relatati ma'
road signage
fit-tliet snin li ġejjin, ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tistax tingħata minħabba li tali
tenders
jinħarġu skont l-eżiġenzi li jkollha fil-preżent l-awtorità.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kunflitt ta' interess
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tan-nies li ddikjaraw kunflitt ta' nteress fl-operat tagħhom mis-sena 2007 sal-lum fid-dekasteri tiegħu? Għal kull każ jista' jgħid min kien il-persuna? Meta ddikjara l-kunflitt ta' nteress? Lil min ingħatat id-dikjarazzjoni tal-kunflitt ta' nteress? Min kien/kienu n-nies li evalwaw l-kunflitt ta' nteress? X'azzjonijiet ittieħdu biex innaqsu lok ta' abbuż u jiggarantixxu trasparenza fl-operat? Jista' l-Ministru jipprovdi kopji tal-proċeduri operattivi relatati mal-funzjoni tat-tenders fid-dekasteri tiegħu li kienu/qed jintużaw mis-sena 2007 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — lista ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30888 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw minn Transport Malta lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx tender jew direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 32364 u Nru. 32388.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum?
Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx
tender
jew
direct order
?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — Xogħlijiet lill-Kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi l-kumpanija li jisimha Central Trading Co Ltd u li tindika liż-żewġ ismijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, ma ngħatat l-ebda xogħol mll-Ministeru Għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur minn mindu ġie mwaqqaf iktar kmieni din is-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31051 u jgħid kemm daħlu ilmenti fil-customer care tal-Isptar Mater Dei sena b’sena matul l-2008, 2009 u 2010 b’mod separat? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti? Kemm-il każ kien magħluq u kemm-il każ għadu miftuħ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar fiex jikkonsisti każ li seħħ fid-Dipartiment tal-VAT u li skont kif kien ikkwotat il-Ministru tal-Finanzi fil-gazzetta KullĦadd tal-Ħadd 18 ta' Marzu 2011, xi żmien ilu l-istess Dipartiment tal-VAT għaddih għall-investigazzjoni tal-Pulizija?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-allegazzjoni tikkonċerna l-avviċinament ta’ uffiċjal pubbliku li ġie offrut 100 ewro biex iħaffef proċess.
Dan l-istess uffiċjal informa lis-superjuri tiegħu fid-dipartiment li minnufih irreferew din l-allegazzjoni lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Peress li s-sena 2010 kienet is-sena ddedikata għall-faqar mill-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu allokati fondi lil Malta? Kif intefqu? X'kien l-ammont allokat lil NGOs?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta parlamentari 30815. L-Għaqdiet Volontarji ma ġew allokati ebda fondi diretti però setgħu japplikaw taħt kull sejħa li nħarġet mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali b’konnessjoni ma’ din is-Sena Ewropea 2010.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-mistoqsijiet bil-miktub W269 (datata 8 ta' Awwissu 2011), W272 (datata 8 ta' Awwissu 2011), W503 (datata 21 ta' Diċembru 2011) u W512 (datata 21 ta' Diċembru 2011) għadhom ma’ ġewx imwieġba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni li l- informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward mistoqsijiet W269 u W272 diġa ingħatat partikolarment dik għal W269 ingħatat għall-mistoqsija numru 30710 imressqa mill-istess interpellant u għal W272 nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 33258.
Rigward mistoqsijiet W503 u W512, fid-dawl tad-dettal mitlub u li mhux dejjem jaqbel ma kif jista’ joħroġ minn sistemi eletroniċi, kien meħtieg li l-informazzjoni tkun elaborata manwalment u allura kienet waħda li tieħu ż-żmien. Barraminhekk fid-dawl tal-fatt li l-parti l-kbira minn l-ispejjeż jgawdu minn rifussjoni tal-Unjoni Ewropea, preżentement il-figuri finali għadhom qed ikunu ivverifikati.
Peress li għall-mistoqsijiet parlamentari li għamilt, ngħatat risposta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra, jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex l-informazzjoni għadha ma ngħatatx? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawn il-mistoqsijiet parlamentari: 6445 (datata 18 ta' Frar 2009), 16065 (datata 25 ta' Marzu 2010), 25806 (datata 4 ta' Mejju 2011), 23222 (datata 31 ta' Jannar 2011), 28680 (datata 5 ta' Ottubru 2011), 29659 (datata 28 ta' Ottubru 2011), 29840 (datata 3 ta' Novembru 2011) u 30992 (datata 6 ta' Diċembru 2011)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tweġba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33387, ninfurmah li l-informazzjoni mitluba għall-mistoqsijiet 6445 u 29840 ingħatat fit-tweġbiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 25917 u 29840 imressqa mill-istess Interpellant.
Ninfurmaħ ukoll li t-tweġibiet għall-mistoqsija l-oħra msemmija ngħataw illum