Legislature:
Category:
Reset
Active:

Makkinarju fil-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25042 u jgħid kemm–il darba sar tibdil fil-makkinarju fil-biċċerija tal-gvern bejn l-2004 u llum? Jista jagħti d-dati ta’ kull meta sar dan it-tibdil, jgħid x’kien it-tibdil li sar u jagħti raġuni għaliex sar dan it-tibdil? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża kull darba li sar xi tibdil u lil min ingħata x-xogħol neċessarju li kellu jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Servizz Pubbliku — Accrual Accounting - Project Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 26732 u jgħid x’sar mill-Project Board dwar id-dħul tas-sistema tal-accrual accounting fis-Servizz Pubbliku, ix-xogħol ta’ liema bord kemm-il darba rrefera għalih meta wieġeb mistoqsijiet dwar meta se tidħol din is-sistema? Jista’ jagħti d-dati tal-laqgħat tal-bord minn meta ġie ffurmat s’issa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26732.

Servizz Pubbliku — Accrual Accounting - Project Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26732 u 27482 u jgħid x’sar mill-Project Board dwar id-dħul tas-sistema tal-accrual accounting fis-Servizz Pubbliku, ix-xogħol ta’ liema bord kemm-il darba rrefera għalih meta wieġeb mistoqsijiet dwar meta se tidħol din is-sistema? Jista’ jagħti d-dati tal-laqgħat tal-bord minn meta ġie ffurmat s’issa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26732.

Fond tal-qmugħ u ċ-ċereali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W407, jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat kif mitlub ta' fejn, kif u b'liema mod konkret intnefqu dawn il-flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nerġa’ ifakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-għan ew lieni ta’ dan il-Ministeru ma kienx biss li tittafa momentanjament il-problema tal-prezzijiet tal-qmugħ u ċereali, iżda ħarisna aktar il-quddiem b’mod strateġiku lejn soluzzjonijiet li joffru benefiċji aktar dejjiema. Għaldaqstant il-pjan addottat kien mibni fuq tlett miri: 1. li jiżdied ir-rendiment fil-piż tal-laħam prodott għal kull unità ta’ għalf għal rendiment aktar effiċjenti permezz kemm ta’ prattiċi aktar effiċjenti kif ukoll permezz ta’ titjib fil-ġenetika tal-merħla, 2. li jittejjeb il-kwalità tal-prodott, 3. li jonqsu l-ispejjeż ta’ produzzjoni u l-operat isir aktar kompetitiv. Għalhekk sa’ illum ammont ta’ €320,000 ġie allokat sabiex titkompla skema li bdiet titwettaq fl-2010 mill-koperativa ta' min irabbi l-majjal (KIM) bl-iskop li s-settur ikun aktar vijabbli kif għidt aktar qabel. Sa llum ingħataw €250,000 Din l-iskema għadha għaddejja u għalhekk baqa’ €80,000 oħra minn dan il-Fond mmirat għal dan il-għan. Fuq is-settur għat-trobbija tat-tiġieġ kienu allokati €70,000. Hawnhekk ukoll l-emfażi kien fuq l-effiċjenza fl-użu tal-ġwież. Il-pjan li kien imfassla kien immirat li joffri taħriġ individwalizzat lill-produttori minn konsulenti speċjalizzati. Waqt dan l-eżerċizzju ttieħdet l-opportunità biex ġew indirizzati kwistjonijiet ta’ compliance ma’ regoli agro-ambjentali.

Riġenerazzjoni tal-Magħtab, Wied Fulija u l-Qortin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenari W403 u cioè: jgħid kemm intnefqu flus matul l-2011 fuq ir-riġenerazzjoni tal-Magħtab? Kemm intnefqu fuq ir-riġenerazzjoni ta' Wied Fulija u fuq ir-riġenerazzjoni tal-Qortin? Jista' jagħti d-data ta' meta l-famliji se jkunu jistgħu jibdew igawdu kull wieħed minn dawn il-family parks?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel tmin xhur ta’ 2011, l-ammont li ntefqu fuq ir-riġenerazzjoni tas-siti msemmija huma kif ġej: Magħtab € 484,667.12 il-Qortin €43,521 Wied Fulija € 3,393 Filwaqt li r-riġenerazzjoni tal-Magħtab u dik tal-Qortin hija maħsuba li titlesta sa nofs is-sena 2013, ix-xoghol fuq Wied Fulija huwa wiehed ta natura rikurrenti.

Enemalta — kumpanija Sargas - proposta għall-bini ta' impjant li jiġġenera l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il studju sar s'issa mill-Korporazzjoni Enemalta fuq il-proposta għall-bini ta’ impjant li jiġġenera l-elettriku f’pajjiżna mill-kumpanija Sargas? Jista' jgħid x’aspetti kienu jkopru dawn l-istudji? Jista' jgħid min wettaq dawn l-istudji u x’kienet l-ispiża marbuta ma’ kull studju?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi wara l-verifiki interni li saru mill-Korporazzjoni Enemalta dwar il-pre-feasibility study ta’ Sargas, fejn kienu identifikati numru ta’ kwistjonijiet ta’ tħassib, ġie deċiż li dan it-tħassib kif ukoll l-assunzjonijiet li saru mill-iżviluppatur tal-proġett jiġu evalwati permezz ta’ eżerċizzju analatiku. L-Enemalta qed twettaq b’mod serju l-evalwazzjoni teknika ta’ din il-proposta, u dan kien ikkonfermat fil-mezzi tax-xandir lokali mill-Kap Eżekuttiv ta’ din il-kumpanija Henrik Fleisher f'intervista li ta f'ġurnal lokali fejn qal li “Enemalta has shown great interest in the project and we have also presented the proposal to the Government.” Jgħid ukoll, “They asked us several questions and we are delighted with their feedback, the questions and the seminars. They really looked at it from all angles”. Minn dak li diġà ntqal, l-impjant mhuwiex renewable energy iżda impjant ta' enerġija konvenzjonali li juża biopaste (taħlita ta’ żejt, faħam u biomass), b’sistema elaborata jiġbor l-emissjonijiet, u jiddisponi minnhom. Bħalissa għaddej studju wkoll minn KPMG dwar din il-proposta.

Aġġustament tal-Isforz tas-Sajd — budget allokat

Question

B'referena għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29836 fejn il-Ministru qal li ma setax isir iċ-ċertifikar permezz tal-VMS fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-Aġġustament tal-Isforz tas-Sajd taħt l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (2004 - 2006), jista' l-Ministru jgħid kif saret il-klassifikazzjoni jekk mhux minn fuq il-VMS?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex ikun eliġibbli bastiment rid ikollu tal-anqas ħamsa u sebgħin (75) ġurnata f’kull perjodu ta’ tnax-il xahar ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni. Peress li t-tul tan-numru ta’ ġranet fuq sajda huwa relatat mad-daqs tal-bastiment għall, fl-assenza tas-sistema tal-VMS, in-numru ta’ ġranet fuq il-baħar ġew maħduma skont il-qbid ta’ ħut li kienet mdaħħla il-pixkerija u minn bejgħ dirett kif sossnut b’irċevuti fiskali. Għal dan il-għan, bħala parti mid-dokumenti mitluba kif speċifikat f’paġna 4 paragrafu 6 (it-tmin dokument), l-applikanti kienu mitluba jissotomettu dokument li juri d-dati tal-bejgħ tagħhom tul is-sentejn ta’ qabel. Għalhekk kull bastiment taħt l-għaxar (10) metri ingħata ġurnata ta’ xogħol fuq il-baħar għal kull qabda mdaħħla l-pixkerija jew riċevuti fiskali, filwaqt li bastiment akbar minn għaxar (10) metri ingħata medja ta’ tlett (3) ġranet ta’ xogħol fuq il-baħar għal kull qabda mdaħħla l-pixkerija jew irċevuti fiskali.

xogħol mogħti lil kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx tender jew d irect order ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32388.
Leg 11 PQ #33395 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Mistoqsija li għadha mhux imwieġba

Question

Peress li għall-mistoqsija li għamilt ingħatajt risposta li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra, tista’ l-Ministru tagħti raġuni għaliex l-informazzjoni għadha ma ngħatatx? Tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba għal din il-mistoqsija parlamentari 16067 (datata 25 ta' Marzu 2010)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mistoqsija li għadha mhux imwieġba

Question

Peress li għall-mistoqsija li għamilt ingħatajt risposta li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra, jista’ l-Ministru jagħti raguni għaliex l-informazzjoni għadha ma ngħatatx? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari 32187 (datata 21 ta' Frar 2012)?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li fiha l-lista ta' każijiet li kienu meqjusa bħala eżegwibbli, bir-riferenza tagħhom, meta nħareġ l-Avviż, il-lokalità u x'inhi l-kontravenzjoni, hekk kif rikjest mill-Onorevoli Interpellant. Irrid ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Att igħid illi l-Awtorita` " tista' " twettaq azzjonijiet diretti meta jgħaddu ċertu skadenzi legali. Pero' mhux bil-fors li t-teħid t'azzjoni diretta hija l-unika soluzzjoni. Dik hija deċiżjoni interna u amministrattiva, u l-lista li qed tingħadda fil-fatt hija l-lista li l-uffiċċjali li joħorġu l-Avviżi kkunsidraw li kienu saru esegwibbli. Għal din ir-raġuni, mhux qed tingħata data ta' meta l-każijiet "ġew mgħoddija għal direct action " għax din mhix fissa. Sfortunatament, fil-passat peress li kien hemm qasma bejn ħafna uffiċċjali li joħorġu l-Avviżi u l-waħdiet li jwettqu l-Azzjonijiet Diretti, l-uffiċċjali li joħorġu l-Avviżi kienu jibagħtu l- files kollha li jkunu għaddewlhom l-iskadenzi legali sabiex tittieħed azzjoni diretta fuqhom. Dan wassal biex matul dawn l-aħħar 20 sena, baqgħu jiżdiedu dawn il-każijiet, li ħafna drabi l-anqas kienu jiġu aġġornati. Dan l-aħħar, qegħdin jiġu kkunsidrati mezzi alternattivi oħrajn kif jiġu indirizzati dawn il-każijiet, per eżempju permezz ta' multi, limitazjonijiet fuq possibiltajiet ta' ħruġ ta' permessi u liċenzji, u ta' prosekuzzjoni kriminali.
Leg 11 PQ #33397 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Mistoqsija li għadha mhux imwieġba

Question

Peress li għall-mistoqsija li għamilt ingħatajt risposta li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra, tista’ l-Ministru tagħti raġuni għaliex l-informazzjoni għadha ma ngħatatx? Tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari 16063 (datata 25 ta' Marzi 2010)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33400 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Prim Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Nixtieq ninfurmah li n-nefqa mhiex finali peress li għad iridu jsiru xi refużjonijiet.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barraninjgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Viċi Prim Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Servizz Pubbliku — Accrual Accounting - Project Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-Project Board dwar id-dħul tas-sistema tal-accrual accounting fis-Servizz Pubbliku, ix-xogħol ta’ liema bord kemm-il darba rrefera għalih meta wieġeb mistoqsijiet dwar meta se tidħol din is-sistema? Jista’ jagħti d-dati tal-laqgħat tal-bord minn meta ġie ffurmat s’issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-kumitat ġie mwaqqaf bl-iskop li jipprepara abbozz ta’ dokument ta’ tender. Dan tlesta u għadda għand il-MITA. Għaldaqstant ma kienx hemm raġuni għalfejn ikompli jiltaqa’. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-laqgħat kollha li saru.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Entitajiet pubbliċi — dejn

Question

Fir-rigward tad-dejn li għandhom l-entitajiet pubbliċi u li għalihom jagħmel tajjeb il-gvern, jista' l-Ministru jagħti sena b'sena kif dan id-dejn akkumula mis-sena 2000 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fuq id-dejn garantit tal-Korporazzjonijiet Pubbliċi mis-sena 2000 ’il hawn qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi lista ta’ tenders maћruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti, bid-dettalji kif mitluba, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30887 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30887.

Malta Enterprise — Investiment u impjieg

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-kumpaniji li l-Malta Enterprise qalet li nvestew €320 miljuni f'dawn l-aħħar erba' snin? Jista' jagħti breakdown tat-3,200 impjieg li qegħdin jgħidu li ħolqu dawn il-proġetti ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ dawn il-kumpaniji ma tistax tingħata minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità kif stabbilit fil-Business Promotion Act. Madanakollu qed inpoġġi fuq il-Mejda tl-Kamra lista ta’ setturi li fihom investew dawn il-127 kumpanija. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirefferi lill-Onor. Interpellant għall-Ministru resposabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.