Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38019 u jgħid għaliex il-katakombi tal-Imqabba ma nfetħux għall-pubbliku f'jum l-Imqabba? Veru li dawn il-Katakombi intlew bid-drenaġġ wara li saret ħsara mill-kuntrattur fuq xi katusi? Jista' jgħid meta se jitnadfu sabiex jerġgħu jinfetħu għall-pubbliku?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31127 u 30891 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?
Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33424 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li qiegħed jitlob ingħatat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34400 imressqa minnu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34491 u jgħid kemm kienu n-nies li kwalifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-2005 sal-lum? Jista' jagħti l-lista, lokalità b'lokalità?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f' seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34801 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi kkontrollata t-trobbija tan-nagħaġ? Jista' jgħid hux vera li hemm il-ħsieb li jiġu rtirati l-permessi preżenti kollha tat-trobbija tan-nagħaġ? Jista' jgħid jekk se jsir hekk, hux se jkun hemm xi kwota u kemm se tkun din il-kwota?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-trobbija tan-nagħag hija diġa kontrollata kemm minn regolamenti ewropej kif ukoll minn liġijiet Maltin. Bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika dwar l-introduzzjoni ta’ regolamenti li jirrigwardaw il-ġbejniet u l-promozzjoni tagħhom.
Dan se jfisser li li kull min għandu inqas minn 10 nagħġiet jrid bil-fors jikkumerċjalizza direttament lill-konsumatur il-ġbejniet tiegħu u ma jistgħax iqiegħdhom għall-bejgħ fis-suq organizzat jiġifieri fil-ħwienet u supermarkets. Minn-naħa l-oħra, il-produtturi li għandhom aktar min għaxra jkunu jistgħu jqiegħdu l-prodotti tagħhom fuq is-suq (fil-ħwienet) u jridu jkunu ttikketati b’konformità mal-liġi. Din it-tiketta ser tkun jew ovali, jekk il-produttur jkun laħaq il-livelli meħtiega mir-Regolament 853/2006, jew triangolari, jekk ser ikun licenzjat taħt ir-regolament 852/2006. Id-differenza bejn dawn hija li dawn tal-aħħar ma jkollhomx il-possibilita li jitqiegħdu għall-bejgħ fuq is-suq ewropew.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — entitajiet tal-internal audit
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35525 u jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38022, 37661, 36984 u 37254 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Jannar u Awwissu 2012 ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38023, 37660, 36983 u 37255 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Settembru u Diċembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38024, 37659, 36981 u 37256 u jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32187 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' enforcement cases pendenti għall-azzjoni diretta (direct action)? Jista' jara li din il-lista tinkludi l-enforcement number, data ta' meta nħareġ l-avviż tal-infurzar, id-data ta' meta l-każ ġie mgħoddi għad-direct action, lokalità u deskrizzjoni tal-illegalità?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — entitajiet tal-internal audit
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35529 u jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36164 u jgħid min kienu l-membri tad-delegazzjoni Maltija li attendiet għas-seminar ta' Rio? Kemm kienet in-nefqa totali?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-uffiċċju u d-dipartiment tan-nutar tal-gvern isirx telework u jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'tip ta' telework isir jew jista' jsir?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Bħalissa mhuwiex qed isir telework fl-Ufficcju tan-Nutar tal-Gvern. Dalwaqt però se jibda jsir telework minn impjegata f'dan id-Dipartiment li se jikkonsisti f'xogħol relatat ma' data entry. Minħabba n-natura tax-xogħol f'dan id-dipartiment, dan huwa l-uniku tip ta' telework li jista' jsir f'dan l-istadju.
Għawdex — uffiċċju u d-dipartiment tan-nutar - telework
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-uffiċċju u d-dipartiment tan-nutar tal-gvern f'Għawdex isirx xogħol ta' telework u jekk fl-affermattiv tista' tgħid x'tip ta' telework isir jew jista' jsir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s'issa mhu qed isir l-ebda xogħol b'telework fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern f'Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' KPMG dwar Sargas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif spjegat fl-Istqarrija 2454 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fl-20 ta’ Novembru li għadda, il-Gvern għandu bżonn l-awtorizzazzjoni ta’ Sargas SA biex jippubblika dawn ir-rapporti in vista tan-Non Disclosure Agreement li Sargas SA talbet mill-Enemalta f’Marzu 2011. Minn naħa tiegħu, il-Gvern m’għandu l-ebda problema li jippubblika dawn ir-rapporti jekk Sargas tagħti din l-awtorizzazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' ħaddiema full-time, fl-2011, li kellhom salarju mhux aktar minn: minimum wage, minimum wage + 5%, minimum wage + 10%, minimum wage + 15%, minimum wage + 20%, minimum wage + 50%, u minimum wage x 2?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38021u jgħid kemm kienet l-ispiża fl-2012 fuq għajnuna f'investiment f'sorsi alternattivi għall-operaturi ekonomiċi Għawdxin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-iStock Information and Management System (SIMS) hux qed titħaddem fil-Pharmacy of Your Own Choice? L-iStock Information and Management System (SIMS) tindegra direttament ma' ACCESS Financials? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq l-implementazzjoni tal-iStock Information and Management System (SIMS)? Il-kuntratturi għamlux user acceptance testing (UAT) tas-sistema SIMS u jekk dawn il-UAT ġew aċċettati mill-Isperżjar tal-Għażla Tiegħek? Kemm intefqu flus biex ġiet implementata din is-sistema SIMS?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-iSpiżerija tal-Għażla Tiegħek għandha sistema li jisimha Stock Information and Management System [SIMS]. Din is-sistema tintegra direttament mal-ACCESS Dimensions. Il-Kuntrattur ta’ din is-sistema hu Philip Toledo Limited u għamlu user acceptance testing (UAT) tas-sistema SIMS. In-nefqa fuq din is-sistema mill-2007 sal-2011 hi ta’ €113,532.30.
B'referenza għall-emendi fil-Liġi tal-Kera partikolarment rigward żieda fil-kera ta' fondi kummerċjali, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra fiex wasal il-proċess biex jitħejja indiċi li abbażi tiegħu se tiżdied il-kera ta' dawn il-kirjiet sa meta tispiċċa l-protezzjoni u cioè sas-sena 2028?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Liġi tal-Kera ma ġietx imfassla mill-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur, għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Membru biex iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.