Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis mill-budget

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32235, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33202.

SR Technics — pjanijiet għall-espansjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjanijiet għall-espansjoni ta' SR Technics? Jista' jgħid jekk hux bi ħsiebu li jżomm il-ftehim li għandu mal-Malta International Airport għal kiri tal-art li fuqha kellha tkun ibbażata SR Technics?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-SR Technics qed tesplora l-potenzjal ta' espansjoni ġewwa Safi Aviation Park minn fejn din il-kumpannija diġa' qed tiġġestixxi l-operat tagħha. Dan minħabba l-infrastruttura avvanzata illi diġa' teżisti ġewwa dan il-park ta' l-avjazzjoni u anki minħabba titjib infrastrutturali ieħor illi ser jibda' jitwettaq fix-xhur li ġejjin. Naturalment, il-kirja illi għandha l-Malta Industrial Parks Ltd mingħand l-MIA hija direttament marbuta ma' l-iżvilupp ta' l-SRT ġewwa Park 4.

Qawra — informazzjoni dwar il-barracks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Barracks tal-Qawra humiex proprjetà tal-Gvern Ċentrali? Jekk iva, taħt liema Ministeru, Dipartiment jew Awtorità jaqgħu? Hemm xi kuntratti jew obligazzjonijiet pendenti?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jekk qed issir referenza għal dawk il-binjiet tal-eks-servizzi Ingliżi li jinstabu ħdejn is-Salini, dawn jaqaw taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern u huma kollha mikrijin. M'hemm l-ebda każ ta’ kirja li huwa pendenti.

Ikel tal-klieb — Royal Canin u Science Plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ikel tal-klieb bħal ma huwa Royal Canin u Science Plan mhumiex disponibbli għal bejgħ f'pet shops? Minn liema liġi jew regolament joħroġ dan id-divjet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur hu responsabbli mill-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur

Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ Ta' Barkat — ilmenti dwar l-operat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex ilmenti dwar l-operat tal-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ Ta' Barkat fir-rigward ta' irwejjaħ u ħsejjes iġġenerati mill-istess impjant? Jista' jispjega għaliex mhux it-tankijiet kollha tal-istess impjant għandhom għatu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ Ta' Barkat — ilmenti dwar l-operat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeview ilmenti dwar l-operat tal-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ Ta' Barkat fir-rigward ta' irwejjaħ u ħsejjes iġġenerati mill-istess impjant? Jista' jispjega għaliex mhux it-tankijiet kollha tal-istess impjant għandhom għatu?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Ministru ikkonferma mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) li irċevew ilmenti dwar irwejjaħ li allegatament qed joriġinaw mill-impjant f’ Ta’ Barkat. Ma ġew imressqa l-ebda ilmenti dwar ħsejjes lill-KSI jew għand il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura. Il-Ministru infurmat wkoll li l-KSI qegħda f’kuntatt kontinwu mall-Kunsill Lokali tax-Xgħajra biex tidentifika aħjar, l-oriġini ta’ dawn l-irwejjaħ. Il-KSI stqarrew li diġa bdew jittieħdu miżuri biex jitnaqqas l-inkonvenjent tal-irwejjaħ matul it-trasport. Fil-frattemp il-KSI qegħda tevalwa xi miżuri li jistgħu jittieħdu sabiex dawn l-irwejjaħ jiġu ikkontrollati aħjar fuq l-impjant u fl-iqsar żmien possibli. Il-MEPA ukoll se tevalwa il-proposti tal-KSI biex dawn jiġu implimentati bħala parti mill-obbligi tal-permess ambjentali li qed jiġi ipproċessat. Il-Ministru nfurmat mill-KSI li mhux it-tankijiet kollha huma mgħottija minħabba il-fatt li mhux kull struttura tal-impjant (u il-process rispettiv li tħaddan) għanda il-potenzjal li tiġġenera irwejjaħ. Bħala parti mill-permess ambjentali, il-MEPA se tkun qed tevalwa liema proċessi jistgħu jwasslu għal irwejjaħ u tniedi l-aħjar miżuri biex dawn jitnaqqsu.

Santa Venera — Triq il-Kanun - problema ta' parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li mill-inqas parti minn Triq il-Kanun f'Santa Venera ssir b'parking għal ħin limitat biex titaffa l-problema maħluqa minn karozzi pparkjati minn dealers li qed jagħmluha problematika ħafna biex residenti u persuni oħra jsibu parking?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dealers tal-karozzi huma pprojbiti mil-liġi li jipparkjaw fit-triq karozzi għal skop ta' negozju.

Enemalta — Corporate Services - inġinier

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi skala u grad għandu l-inġinier fil-Corporate Service tal-Korporazzjoni Enemalta, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li għandu uffiċċju lussuż u modern bis-segretarja, jiffirma l-attendenza tiegħu minflokk jikklokkja, idaħħal il-vettura fil-power station b'parkeġġ riservat għalih u għandu l-faċilità li jidħol u joħroġ mill-istallazzjoni kif jixtieq u li għandu ukoll senior professional executives jirrispondu lejh?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Inġinier in kwestjoni għandu il-grad ta’ Professional Executive II.

Bormla — San Ġwann t'Għuxa - servizz ta' trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-residenti li joqogħdu San Ġwann t'Għuxa f'Bormla jekk hux se jkollhom trasport mill-Belt iktar spiss? Jista' jgħid jekk minn San Ġwann t'Għuxa jkunux jistgħu jaqbdu karozza tal-linja lejn il-pjazza ta' Bormla jew lejn il-Kalkara?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li mis-27 ta’ Mejju 2012, ir-residenti ta’ San Ġwann t’Għuxa se jkollhom l-istess frekwenza ta’ servizz minn u lejn il-Belt Valletta, jiġifieri servizz ta’ kull 30 minuta. Permezz tar-rotta 2, ir-residenti ta’ dawn l-inħawi se jkollhom konnessjoni mal-pjazza ta’ Bormla. Fir-rigward ta’ konnessjoni minn San Ġwann t’Għuxa għall-Kalkara, wieħed jista’ jaqbad ir-rotta numru 3 bi frekwenza ta’ kull 30 minuta minn Triq Għajn Dwieli.

Ħaż-Żabbar — residenti ta' St. Peter's - servizz ta' trasport pubbliku bħal ta' qabel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fir-residenti ta' St. Peter's f'Ħaż-Żabbar jekk hux se jkollhom servizz għall-Belt jew għax-Xgħajra bħalma kellhom qabel ma bdiet ir-riforma tat-trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-iskeda tas-sajf 2012, se jkun ipprovdut servizz bejn il-Qasam St Peter's u x-Xgħajra u l-Belt Valletta.

Sptar Mater Dei — pazjenti fil kurituri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33113 u jgħid kemm irriżulta li kien hemm pazjenti li spiċċaw fil-kurituri tas-swali fl-Isptar Mater Dei, kawża li ma kienx hemm kmamar fejn jakkomodawhom matul l-2008, 2009 u 2010 ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #33516 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Learning Support Assistants — Diploma Course - ħlas ta' arretrati

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu maħtura l-learning support assistants fil-gradi tagħhom, dan meta spiċċaw id-Diploma Course f'Diċembru 2011? Tista' tikkonferma li dawn il-ħaddiema se jitħallsu l-arretrati back dated bħalma sar ma' sħabhom fi skejjel tal-knisja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proċess biex il-learning support assistants li spiċċaw id-Diploma Course f’Diċembru 2011 jinħatru bħala Learning Support Assistants II għadu għaddej. Kif jiġi ppublikat ir-riżultat, u wara li tiġi l-ittra tan-notifika mill-PAHRO (Public Administration Human Resource Office), jibda l-proċess biex jiġu impjegati. Minħabba li dan mhux eżerċizzju ta’ assimilazzjoni, l-paga ta’ learning support assistants li diġà qiegħdin jaħdmu fi skejjel tal-istat tibda tgħodd mid-data tal-approvazzjoni.
Leg 11 PQ #33562 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — programm Bijografiji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il edizzjoni tal-programm Bijografiji fuq il-Public Broadcasting Services, ixxandru minn Ottubru tas-sena l-oħra sal-lum? Kemm minnhom kienu edizzjonijiet li xxandru għall-ewwel darba u kemm kien hemm li kienu ripetizzjonijiet ta’ edizzjonijiet li diġà kienu xxandru darba oħra mill-Public Broadcasting Services fix-xhur li għaddew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

TVM ixandar kemm edizzjonijiet oriġinali kif ukoll repetizzjonijiet tal-programm Bijografiji. S’issa xxandru 24 programm li 8 minnhom kienu repetizzjonijiet. Dawn jixxandru skont il-vijabilità kummerċjali tal-ġranet rispettivi li fihom jixxandru l-programmi.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2011 il-Ministeru tal-Ġustizzja l-Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja ma kienx jeżisti.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazjzoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #33425 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33426 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33415 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.