Legislature:
Category:
Reset
Active:

Monument tal-Gwerra — eternal flames

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew l-eternal flames li hemm biswit il-Monument tal-Gwerra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru.

konsum ta’ gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li huwa l-konsum ta’ gass f'kilogrammi (Kg) kuljum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Mhux ċar għalxiex qed jirreferi l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu, imma peress li din qed issir wara Mistoqsija Parlamentari nru 34162 qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-eternal flames. F’dak il-każ nirreferih għat-tweġiba mogħtija fil- Mistoqsija Parlamentari nru.34162.

Enemalta — stock tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx fadal x’imkien fil-Korporazzjoni Enemalta, stock (drum jew tnejn) tal-mercaptan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

qtugħ ta’ dawl estensiv — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

għażla ta’ designate consultant surgeon

Question

Jista' l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-għażla ta’ designate consultant surgeon wara sejħa li kienet saret fil-Gazzetta tal-Gvern f’Lulju 2010 ? Jista' jgħid min kienu dawk li applikaw u min intgħażel? Jista' jgħid fuq liema bażi saret din l-għażla? Jista' jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għażla?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #33949 Sitting 477 2012-05-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

għażla ta’ designate consultant surgeon

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku b’rabta mal-għażla ta’ designate consultant surgeon wara sejħa li kienet saret fil-Gazzetta tal-Gvern f’Lulju 2010 ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-20 ta’ Lulju tal-2010 ġew riklamati żewġ karigi ta’ designate consultant surgeon permezz ta’ avviżi fil-Gażżetta tal-Gvern. Dawn kienu: § il-kariga ta’ Designate Consultant Surgeon li twassal għal ħatra bħala Consultant Surgeon b’interess speċjali fil- hepato pancreato biliary surgery ; u § il-kariga ta’ Designate Consultant Surgeon li twassal għal ħatra bħala Consultant Surgeon b’interess speċjali fl- upper gastro-intestinal surgery . Dehru wkoll, fl-istess xahar, avviżi għal xi karigi oħra ta’ Consultant jew Consultant Surgeon . Ninsab infurmat ukoll, mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li d-dokumenti tagħha dwar il-proċess tal-għażla għall-karigi msemmija jinkludu dettalji dwar kull min applika għal dawn il-karigi, kif ukoll korrispondenza bejn uħud mill-applikanti u l-Kummissjoni dwar il-proċess tal-għażla. Il-Kummissjoni, li hija korp indipendenti li tirregola l-proċedura tagħha stess skont l-artikolu 121 tal-Kostituzzjoni, hija tal-fehma li ma jkunx etikament xieraq li tiġi żvelata tali informazzjoni.
Leg 11 PQ #33950 Sitting 477 2012-05-23 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — użu ta’ helicopter

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta’ helicopter tal-Forzi Armati mill-Prim Ministru? Jista' jgħid kemm kienu d-drabi bejn Marzu 2008 u April 2012 li l-Prim Ministru għamel użu minn helicopter tal-Forzi Armati u x’kienu l-okkazjonijiet li għalihom sar dan l-użu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — ilmenti fil-customer care

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33168 u 31051 u jgħid kemm daħlu ilmenti fil-customer care tal-Isptar Mater Dei sena b’sena matul l-2008, 2009 u 2010 b’mod separat? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti? Kemm-il każ kien magħluq u kemm-il każ għadu miftuħ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

toroq ġodda — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'programm ta' manutenzjoni qed isir fuq it-toroq il-ġodda li saru fl-aħħar snin, b'mod partikolari t-toroq li saru bil-fondi tal-Protokol Taljan li ilhom bejn 7 u 8 snin lesti? Jista' jgħid kemm hemm flus allokati fuq il-manutenzjoni tat-toroq u dawn kif qed jintefqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Prodott Gross Domestiku

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-valur miżjud tal-Korporazzjoni Enemalta għal fini ta' kumpilazzjoni tal-Prodott Gross Domestiku jiġi klassifikat taħt sezzjoni D tan-Nace Rev. 2? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur miżjud, il-kumpens lill-ħaddiema u l-qliegħ nett fuq l-operat ta' sezzjoni D tal-PGD għal kull kwart tas-sena mill-2005 sal-2011? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur miżjud, il-kumpens lill-ħaddiema u l-qligħ nett fuq l-operat tal-Korporazzjoni Enemalta hekk kif stmat fil-PGD għal kull kwart tas-sena mill-2005 sal-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li peress li l-Korporazzjoni Enemalta żżomm kontijiet separati għall-ġenerazzjoni u distribuzzjoni ta’ elettriku, u għall-importazzjoni ta’ fjuwils u gass, huwa possibbli li l-informazzjoni ta’ din l-entità tkun klassifikata skont il-funzjoni speċifika għall-finijiet ta’ statistika, inkluż il-Prodott Domestiku Gross. Fil-fatt, il-Korporazzjoni Enemalta fin-NACE Rev.2 hija kklassifikata skont il-funzjonijiet differenti kif spjegat hawn taħt: - NACE Sezzjoni D: Ġenerazzjoni u Distribuzzjoni tal-Elettriku - NACE Sezzjoni G: Importazzjoni ta’ Fjuwils u Gass Peress li fis-Sezzjoni D tan-NACE Rev.2 hemm biss il-Korporazzjoni Enemalta, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jistax jiżvela aktar dettalji minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, u konformi mal-Att tal-2000 dwar l-Awtorità Maltija tal-Istatistika (MSA).

Theddid ta' bombi fil-bini tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bomb scares/theddid ta' bombi fil-bini tal-Qorti matul l-2008, l-2009, l-2010, l-2011 u l-ewwel erba' xhur tal-2012? Kif kienu mqassma xahar b'xahar? X’jiġri f’każijiet bħal dawn u kif ikun affetwat ix-xogħol tal-qorti ?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li d-dettalji mitluba rigward numru ta bomb threat calls fiergħa relattivi għall-Qrati Maltin jinstabu aktar 'l isfel. Id-Direttur Ġenerali jiġi nfurmat b'din it-theddida permezz ta' telefonata mil-control room tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija jew inkella jekk it-telefonata tiġi mehudha minn impjeġat tal-Qorti jinforma lid-Direttur Ġenerali. Il-Bomb Disposal Unit jiġu infurmati mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija jew mill-Qorti stess skont fejn tkun saret it-telefonata. L-Amministrazzjoni tieħu ħsieb li tevakwa lill-impjegati u l-pubbliku li jkun prezenti fil-bini tal-Qorti. Kull awla tirregola hija stess l-andament tax-xogħol peress li filwaqt li f’ċerti awli x-xogħol jiġi sospiż temporanjament hemm awli oħra fejn is-seduti jitkomplew.

provvista tad-dawl u l-ilma sospiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li s-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom kienu sospiżi min-naħa tal-ARMS Ltd minħabba kontijiet pendenti bejn Settembru 2011 u April 2012? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provista tal-elettriku u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

kumpaniji, lukandi, u fabbriki — qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi, u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet bejn Settembru 2011 u April 2012? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti ta’ dawn il-kumpaniji, lukandi u fabbriki tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

notifika dwar qtugħ ta' dawl u ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn Mejju 2011 sa’ April 2012 kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li rċevew notifika uffiċjali min-naħa tal-ARMS Ltd li kienu se jissospendulhom il-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom jekk ma jħallsux l-ammont mitlub fi żmien għaxart ijiem u kemm ircevew it-tieni notifika ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ kontijiet domestiċi li bejn Mejju 2011 u April 2012 rċevew notifika uffiċċjali min-naħa tal-ARMS Ltd dwar sospensjoni tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom jammonta għal-54,380. Dawn in-notifiki jitolbu għall-ħlas tal-ammonti dovuti u li fl-eventwalita’ li dawn ma jitħallsux l-ewwel tinħareġ it-tieni notifika, u mbagħad tiġi sospiża l-provista tal-elettriku. In-numru ta’ kontijiet domestiċi li rċevew it-tieni notifika uffiċjali min-naħa tal-ARMS Ltd fil-perjodu bejn Mejju 2011 u April 2012 jammonta għal 4,342 . Dawn it-tieni notifika m’humiex neċessarjament relatati kollha mal-ammont ta’ 54,380.

Ċimiterju tat-Torok fil-Marsa — irranġar ta' Triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sar ix-xogħol biex ġiet irranġata t-triq li minn ħdejn iċ-Ċimiterju tat-Torok fil-Marsa, twasslek sa ħdejn ir-roundabout fil-parti ta' isfel nett ta' Triq l-Imdina f'Ħal Qormi? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża oriġinali fuq dan ix-xogħol u kemm kienet l-ispiża finali? Jista' jgħid min wettaq dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #33768 Sitting 475 2012-05-21 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Isptar Ġenerali t'Għawdex — Central Sterile Supply Department

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi s-sitwazzjoni fiċ-Central Sterile Supply Department tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Tista' tgħid x'kien l-investiment li sar f'dan id-dipartiment mill-2004 sal-lum sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fis-Central Sterile Supply Department tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex jiġi sterillizzat materjal mediku li jintuża ġewwa l-Isptar. Ta' kuljum isiru t-testijiet kollha meħtieġa fuq il-magni li jintużaw. Matul dawn l-aħħar snin inxtraw għal dan id-dipartiment: (a) Ultrasonic cleaner li jintuża sabiex jitnaddfu strumenti tal-għajnejn peress li dawn huma fini u jeħtieġu kura meta jitnaddfu; u (b) Havo Sealing Machine li tintuża biex tissiġilla l-pakketti li se jiġu sterilizzati.
Leg 11 PQ #33854 Sitting 475 2012-05-21 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni għadux disponibbli għal ħaddiema Maltin li jispiċċaw bla xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li Malta hija eliġibbli għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF), skont il-kundizzjonijiet li hemm f’Artiklu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006.

Engineering Profession Act — definizzjoni tal-professjoni tal-inġinerija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern jikkonsidrax li għal fini tal-Engineering Profession Act, iwessa' d-definizzjoni tal-professjoni tal-inġinerija minn dik kurrenti ta’ mechanical engineering u electrical engineering għal oqsma oħra bħal chemical engineering biex dawn il-professjonisti jingħataw ir-rikonoxximent mistħoqq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant diġà preżentement dan il-Ministeru qiegħed jevaluta r-rikomandazzjonijiet imressqa lil dan il-Ministeru mill-Engineering Board rigward din il-materja.
Leg 11 PQ #33858 Sitting 475 2012-05-21 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Access to HE Diploma Humanities/Social Sciences

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-kwalifika Access to HE Diploma Humanities/Social Sciences provduta minn Newcastle College mhux qed tiġi rikonoxxuta mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki minkejja li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament preżentat korrispondenza mill-Office of the Qualifications and Examinations Regulator (Ofqual) li turi li din il-kwalifika hija rikonoxxuta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.