Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #34311 Sitting 481 2012-05-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħolqien ta' impjiegi ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown tal-20,000 impjieg li pubblikament kemm-il darba qal li inħolqu mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum? Kemm minnhom kienu impjiegi ġodda? Kemm minnhom huma ħaddiema li tkeċċew mix-xogħol u rnexxielhom isibu post ieħor? Kemm minnhom kienu ħaddiema li biddlu l-post tax-xogħol? Kemm minnhom kienu full-time? Kemm minnhom kienu part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ impjiegi ġodda huwa kkalkolat billi ż-żieda netta fin-numru ta’ nies jaħdmu bi qliegħ, part-time u full-time, tiġi miżjuda bin-numru ta’ redundancies għaliex persuna li tkun sfat redundant u sabet xogħol tfisser post tax-xogħol ġdid. B’dan il-kejl naslu għal figura ta’ aktar minn 20,000 post tax-xogħol ġdid skont it-tabella murija hawn taħt. 2008 2009 2010 2011 TOTAL Redundancies1 1,922 2,597 1,888 1,564 7,971 Żieda fil-postijiet tax-xogħol full-time 2 2,882 -345 2,328 2,328 7,193 Żieda fil-postijiet tax-xogħol part-time 2 1,945 1,780 2,104 2,946 8,775 TOTAL 6,749 4,032 6,320 6,838 23,939 Sorsi: 1ETC 2Gainfully Occupied, NSO Dawn ir-riżultati pożittivi huma wkoll konfermati mill-fatt li fl-istess perjodu, l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ kellha aktar minn 43,000 vacancy irreġistrati magħha u għamlet aktar minn 15,000 placement . 2008 2009 2010 2011 TOTAL Vacancies 12,506 7,791 9,477 13,653 43,427 Placements 3,839 4,027 4,043 3,428 15,337 Sors: ETC Jista’ jingħad ukoll li dawn ir-riżultati pożittivi huma konfermati wkoll mill-fatt li f’dawn l-aħħar erba snin, l-ETC kellha aktar minn 60,000 engagement form reġistrata magħha kull sena. Engagement form tintela kull darba li persuna tidħol f’impjieg jew tbiddel l-impjieg jew tirreġistra bħala self-employed . 2008 2009 2010 2011 Engagements 66,843 60,556 64,561 60,893 Sors: ETC

Immigranti irregolari — attentati ta' ħarbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ħarbiet jew attentat ta' ħarbiet minn immigranti irregolari detenuti matul l-2008, l-2009, l-2010, l-2011 u mill-1 ta' Jannar sal-lum? Jekk jirriżulta li kien hemm, kemm kien in-numru ta' drabi? Meta ġraw (data) u ta' liema nazzjonalità kienu l-immigranti involuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant in-numru ta' ħarbiet minn immigratni illegali detenuti kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- 2008 61 2009 73 2010 5 2011 9 2012 7 Infurmat ukoll illi dawn l-immigranti kienu mill-Alġerija, Benin, Burkina Faso, Cameroon, Chad, Eġittu, Etiopja, Gabon, Gambja, Ghana, Guinea, Indja, Kosta tal-Avorju, Kurdistan, Liberja, Libja, Mali, Marokk, Niger, Niġerja, Palestina, Senegal, Sierra Leone, Somalja, Sudan, Sirja, Togo u Tunesija.
Leg 11 PQ #34398 Sitting 481 2012-05-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija 33415 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33415.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija 33419 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz, inghatax b'direct order jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija 33424 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #34300 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ktieb — Ħidma tal-Gvern 2008-2013

Question

B'referenza għall-ktieb ta' 160 paġna maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bit-tema Ħidma tal-Gvern 2008-2013: a) jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa dan il-ktieb; b) jista' jgħid jekk dan ġiex ipprintjat l-istamperija tal-gvern jew le; ċ) jista' jgħid jekk dan hux qed jintbagħat f'kull dar f'Malta u Għawdex; u d) jista' jgħid jekk mhux qed jintbgħat lil kulħadd, b'liema kriterji ġie magħżul min qed jirċevieh?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-pubblikazzjoni informattiva dwar il-ħidma tal-Gvern fl-ewwel erba’ snin ta’ din il-leġislatura u li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma tqassmitx f’kull dar. Ġew stampati 5,000 kopja li tqassmu fost l-oħrajn lil nies interessati u lill-media. L-istamperija tal-Gvern ma kinitx f’pożizzjoni li tistampa din il-pubblikazzjoni u għalhekk l-istampar sar minn min ta’ l-orħos prezz li kien ta’ €6,200. L-ogħla prezz kien ta’ €10,502.

Qawra — Proġett tal-Aquarium - parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu mill-gvern sabiex joffri alternattiva għat-telf ta' madwar 340 parkeġġ biex jitwettaq il-proġett tal-aquarium ġewwa l-Qawra, liema nuqqas diġà qed jinħass u li se jinħass aktar fil-ġimgħat li ġejjin meta eluf ta' Maltin u turisti jkunu alloġġjati f'dawk l-akkwati?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġgett tal-Akkwarju Pubbliku fil-ponta tal-Qawra huwa proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja b’investiment ta’ aktar minn 15 il-miljun Euro. Dan il-proġett qed isegwi eżatt id-Development Brief kif maħruġa mill-MEPA u s-sit li ntagħżel kienet biċċa art mal-kosta li kienet diġa’ ddisturbata. Il-parkeġġ fil-ponta tal-Qawra, li jifforma parti mill-iżvilupp, kien jesa’ 88 karozza u mhix 340 parkeġġ kif erroneament indikat fil-mistoqsija parlamentari u issa ser ikun żviluppat fuq żewġ livelli biex jesa’ madwar 166 karozza.
Leg 11 PQ #34306 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar uffiċjali tal-Gvern jew Parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul l-2008, l-2009, l-2010, l-2011 u l-ewwel erba' xhur tal-2012, jekk qattx kien akkumpanjat mis-sinjura tiegħu jew xi membru ieħor tal-familja tiegħu waqt safar uffiċjali tal-gvern jew Parlamentari? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm-il darba, min kienu l-membri tal-familja u fejn marret din id-delegazzjoni? X'kien l-iskop tas-safra? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull okkażjoni u kemm damet kull safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-unika persuna mill-familja tiegħi li akkumpanjatni fuq xogħol uffiċjali kienet il-mara tiegħi f’dawn l-okkażjonijiet li għalihom kienet mistiedna Sena Post Skop tas-safra minn meta sa meta 2008 Germany 25 anniversarju ta’ Frosch Touristic 01/08/2008 03/08/2008 2008 France Inawgurazzjoni ta’ Esebizzjoni - ‘Between the Battlesword and the Cross: Masterpieces of the Armoury of Malta’ 19/10/2008 21/10/2008 2009 Trinidad & Tobago CHOGM 2009 26/11/2009 29/11/2009 2012 UK Investiment fil-Promozzjoni ta’ Malta f’Harrods ‘This is Malta’ 13/03/2012 14/03/2012 Dwar l-ispiża ta kull safra, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghas-segwenti: Spiża 2008: Risposta ġa ingħatat f’mistoqsija parlamentari nru: 6452. Spiża 2009: Risposta ser tingħata f’mistoqsija parlamentari nru: W 497 Spiża 2012: Risposta ġa ingħatat f’mistoqsija parlamentari nru: 33161 F’dawn l-okkażjonijiet hija ma rċevitx Subsistance Allawance u fl-ebda każ ma ntużaw fondi pubbliċi għall-akkomodazzjoni tagħha.

Proġetti ta' Bieb il-Belt, bini tal-Parlament il-Ġdid u Teatru Rjal — self ma' banek lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar self sal-lum mill-Grand Harbour Regeneration Consortium ma' banek lokali b'rabta mal-proġett ta' Bieb il-Belt, il-bini tal-Parlament il-ġdid u t-Teatru Rjal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Grand Harbour Regeneration Corporation għandha total ta’ € 33.6 miljun f’self ma’ banek lokali b'rabta mal-proġett ta' Bieb il-Belt, il-bini tal-Parlament il-ġdid u t-Teatru Rjal.

Smart City — kumpaniji - ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kumpaniji joperaw bħalissa f'Smart City? Min huma? F'liema settur joperaw u kemm huma l-ħaddiema li kull waħda minn dawn il-kumpaniji timpjega fi Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22589.
Leg 11 PQ #34309 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Smart City — kumpaniji - ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kumpaniji joperaw bħalissa f'Smart City? Min huma? F'liema settur joperaw u kemm huma l-ħaddiema li kull waħda minn dawn il-kumpaniji timpjega fi Smart City?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li kien ingħata għall-mistoqsija parlamentari numru 22589.

każini tal-banda — stallazzjoni tal-pannelli fotovoltajci

Question

Peress li kienu bosta l-każini tal-banda li kienu wrew interess mal-Uffiċċju li qabel kien tal-Onor. Chris Said, li jistallaw il-pannelli fotovoltajci u sal-lum għadhom ma ngħataw ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għadux bil-ħsieb li jgħinhom jistallaw l-apparat? Jekk iva, meta se jsiru l-ewwel istallazzjonijiet? Kemm każini wrew interess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onor.Interpellant jressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru konċernat.

Dairy Restructuring Aid-Animal Housing Scheme

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 32620, 23782 u 23783, jista' l-Ministru jgħid meta tqassmet din l-għajnuna, jekk tqassmitx kollha u jekk jafx li għad hemm numru ta' bdiewa li għadhom ma ħadu xejn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern, taħt il-programm Special Marketing Policy Programme for Maltese Agriculture għas-settur tal-ħalib, liema programm jinkludi fih ir-ristrutturar tal-irziezet, kien hemm ivvutati pakkett ta' €13.17 miljuni. Jien infurmat li din l-għajnuna tqassmet kollha. Barraminhekk, ħarġu għajnuniet oħra taħt il-programm tal-Iżvilupp Rurali għal-istrutturar tal-istess irziezet skont kif kont indikajt fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23783.

Emissjonijiet tad-diossidu karboniku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W272 datata 8 ta' Awwissu 2011 u cioè jgħid b'kemm naqsu l-emissjonijiet ta' diossidu karboniku min-naħa ta' pajjiżna mill-2008 għall-2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari kienet ingħatatlu nhar it-28 ta’ Novembru li għadda għall-mistoqsija identika mressqa minnu stess, numru 29658.
Leg 11 PQ #34297 Sitting 479 2012-05-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mistoqsijiet parlamentari bil-miktub pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W286 datata 8 ta' Awwissu 2011 u W74 datata 14 ta' Lulju 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija parlamentari numru W286 ġiet imwieġba permezz tal-mistoqsija parlamentari numru 29653 u l-mistoqsija parlamentari numru W74 ġiet imwieġba permezz tal-mistoqsija parlamentari numru 19268.

Xiri tal-Isptar St Philips

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W78 datata 23 ta' Lulju 2010 u cioè ladarba l-Gvern qed jinnegozja x-xiri tal-isptar St Philips, għaliex ma saritx sejħa pubblika għall-interess jew sejħa għall-offerti għal dawk interessati li jipprovdu servizz simili, jew anke bejgħ ta' faċilitajiet simili, ta' dak l-isptar St Philips

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — funds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu funds (kwantità u ammonti) u kienu approvati mill-Malta Enterprise bejn 2009 sa 2012? Kemm min dawn il-kumpaniji (kwantità u ammonti għal kull sena li ġew approvati) kienu kompluti? Kemm min dawn ġew imħallsa (kwantità u ammonti għal kull sena li ġew approvati)? Min dawk li għadhom ma tħallsux, kemm minnhom għandhom garanzija li jitħallsu u meta? Min dawk li għadhom ma tħallsux u l-ebda ħlas għadu ma ġie approvat, x'qed iżomm milli jsir dan il-ħlas? Kien hemm xi pagamenti li kienu approvati mill-Malta Enterprise u li issa qed jiġu evalwati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Malta Enterprise tapprova assistenza taħt tliet kategoriji ta’ għajnuna: - Inċentivi fiskali - Għotjiet lokali - Għotjiet taħt fondi Ewropej Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dettaljata tal-assistenza kollha approvata u mogħtija mill-Malta Enterprise. Matul il-perjodu 2009 – 2012 (sa l-aħħar ta Marzu 2012), il-Korporazzjoni approvat 5,143 proġett għal total ta’ madwar €200 miljun, li fil-maġġor parti tagħhom kienu assistenza fiskali li tiġi approvata wara li l-investiment ikun diġà sar. Il-krediti ta’ taxxa imbagħad jitnaqqsu mit-taxxa dovuta mill-kumpanija lid-dipartiment tat-taxxa. L-assistenza għar-riċerka u żvilupp, u proġetti li jagħmlu użu minn Access to Finance (li jinkludu soft loans, loan guarantees u interest subsidies) normalment jingħataw fuq perjodu ta’ bejn sentejn u seba’ snin u għalhekk dawk elenkati ikunu għadhom qed jitwettqu. Assistenza taħt inċentivi oħra fuq-proġetti li jiġu approvati, normalment titlob li l-proġetti għandhom jitlestew fuq medja ta’ 24 xahar. Wara il-31 ta’ Marzu 2012, il-Malta Enterprise għandha impenn li tħallas assistenza approvata imma pendenti ekwivalenti għal €18,368,055. F’dawn il-każi, it-talbiet jiġu imħallsa wara li l-proġett ikun komplut u għaldaqstant din l-assistenza hi maqsuma fuq numru ta’ snin. Fir-rigward tal-proġetti li qed jiġu implimentati bħala benefiċjarji tal-fondi ERDF, dawn ser jitħallsu fl-24 xahar li ġejjin u jammontaw għal €21,805,671. Uħud minn dawn il-proġetti għadhom fi stat ta’ implimentazzjoni filwaqt li oħrajn qegħdin fil-proċess li jiġu verifikati qabel jitħallsu. Il-Malta Enterprise bħalissa qeda tevalwa 156 talba taħt dawn l-iskemi li flimkien jammontaw għal €6,657,919. Dawn it-talbiet jagħddu minn proċess ta’ verifikazzjoni li jinkludi numru ta’ żjarat fuq is-sit li fih ġie implimentat il-proġett, kumpilazzjoni ta’ rapport dwar kull proġett, kif ukoll kontroll finanzjarju tad-dokumenti kollha sottomessi. Infakkar ukoll li r-rimborżi tal-fondi ERDF ma jitħallsux mill-Malta Enterprise direttament iżda mit-Teżor. Ta’ min jinnota illi diġà ġew imħallsa proġetti li flimkien ammontaw il-fuq minn €12–il miljun ewro.

Malta Enterprise — perkaċċi liċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi li se jingħataw lill-persuna li tħabbret li intagħzlet bħala chairman tal-Malta Enterprise?

Response (FENECH, TONIO)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi ċ-Chairman il-ġdid tal-Malta Enterprise għandu remunerazzjoni ta’ €16,305.61 fis-sena, u għandu allowance għall-użu ta’ vettura.
Leg 11 PQ #34103 Sitting 478 2012-05-24 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — nies appuntati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jasal fit-tmiemu t-term ta' dawk appuntati fil-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea peress li n-nominazzjonijiet minn Malta kienu biss għall-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li kienet miċħuda u l-persuna li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament għadha tirrapreżenta lil Malta fil-Qorti Ġenerali u li jidher li m'hemmx nominazzjoni waħda għal din il-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-terminu tal-Imħallef Malti fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2012. It-terminu tal-Imħallef Malti fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kien intiż li jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2014, iżda fuq bażi ta’ talba personali, l-Imħallef Malti fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea irreżenjat fl-1 ta’ Marzu 2012. Fir-rigward tal-Imħallef Malti fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-gvern ħareġ sejħa pubblika għal applikazzjonijiet għall-kariga ta’ Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Fir-rigward tal-Imħallef Malti fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-gvern irtira n-nomina tal-Imħallef li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament. Il-Gvern ħareġ sejħa pubblika għal applikazzjonijiet għall-kariga ta’ Mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea .

Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — nies appuntati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barrnin jgħidilna meta se jasal fit-tmiemu t-term ta' dawk appuntati fil-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea peress li n-nominazzjonijiet minn Malta kienu biss għall-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li kienet miċħuda u l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għadha tirrapreżenta lil Malta fil-Qorti Ġenerali u li jidher li m'hemmx nominazzjoni waħda għal din il-kariga?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija mill-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari 34103