Legislature:
Category:
Reset
Active:

Hold ups

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija 33758 u jgħid kemm twettqu hold-ups bejn l-2005 u llum sena b'sena? Jista' jgħid kemm minnhom kienu solvuti? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ġraw? Jista' jgħid kemm insterqu flus f'kull hold up fejn dan japplika? Jista' jgħid f'kemm minn dawn il-hold ups intużat il-vjolenza? Jista' jgħid f'kemm minn dawn il-hold ups intużaw armi tan-nar jew armi li jaqtgħu u bil-ponta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2005 u l-aħħar ta’ April ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 329 kaz ta’ serq aggravat bil-vjolenza. Infurmat ukoll illi 211 każ kien irrapurtat illi kienet intużat arma tan-nar, f’105 kien irrapurtat li ntuzat arma li taqta' u bil-ponta u fil-kumplament, xi tip ta’ arma oħra. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, Tabella li turi l-lokalitajiet ta’ fejn ġie rrapurtat li sehhew dawn ir-reati u fejn hemm l-ammonti allegati misruqa.

Life Science Park — spiża tal-proġett

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 33755 u jgħid x'wassal biex l-ispiża tal-proġett tal-Life Science Park tiżdied bi €12-il miljun u xi tħallas s'issa minn dan il-proġett? Jista' jgħid kemm kienet se toħroġ l-Unjoni Ewropea u kemm kin se joħroġ il-gvern Malti meta l-proġett kien se jiġi jiswa €16-il miljun, u x'se jkunu qed joħorġu issa li l-proġett se jiġi jiswa €32 miljun?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proġett tal-Life Sciences illum jinkorpora fih ‘business incubation facility’ li fil-pjan oriġinali ma kinitx inkluża. Sal-lum tħallsu madwar €1.6 miljuni. Il-kofinanzjament tal-Unjoni Ewropeja u l-Gvern Malti huwa ta’ 85% u 15% tal-ispejjeż eliġibbli rispettivament filwaqt li l-bilanċ tal-ispejjeż mhux eliġibbli jitħallas ukoll mill-Gvern Malti. Id-dettalji dwar dan qegħdin fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

informazzjoni dwar tender

Question

Jista' l-Ministu jgħid min rebaħ it-tender WSC/T/32/2012 Construction of concrete floor for blowers at North Sewage Treatment Plant? Jista' jgħid jekk dan il-kuntrattur għandux il-makkinarju kollu liċenzjat skont il-liġi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi din it-tender għada qed tigi evalwata, għal daqstant għada ma ngħatax.
Leg 11 PQ #34727 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Ministru jgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari 32372.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Ministru jgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mater Dei — pazjenti fil kurituri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33495 u 33113 u jgħid kemm irriżulta li kien hemm pazjenti li spiċċaw fil-kurituri tas-swali fl-Isptar Mater Dei, kawża li ma kienx hemm kmamar fejn jakkomodawhom matul l-2008, 2009 u 2010 ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont il-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, pazjenti bdew jiġu rreġistrati li ddaħħlu fil-Paediatric Corridor minn Frar tal-2010. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008 u 2009 ma tistax tingħata. Wara li saret analiżi dettaljata, anke b’mod manwali, fuq kull sodda li ntużat sa minn Frar 2010, jirriżulta hekk. Għas-sena 2010 kien hemm 283 pazjent iddaħħlu fil-Paediatric Corridor. 1,433 pazjent ddaħħlu fl-Area 2 li hija sala oħra fid-Dipartiment tal-Emerġenza. Għas-sena 2011, u b’referenza għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31551, tajjeb jiġi ikkjarifikat li minn numru ta’ pazjenti li jdher fit-Tweġiba msemmijja, kienu 2,583 il-pazjenti li ddaħħlu fil-Paediatric Corridor, filwaqt li l-4,865 l-oħra iddaħħlu fis-Sala msejjħa Area 2.

Tenders għall-parkings u riforma tal-parkers

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu t-tenders għall-parkings fil-kuntest tar-riformi tal-parkers? Jista' jgħid jekk fit-tender hux se tkun stabilita rata minima u massima li se jkollhom iħallsu s-sewwieqa? Jekk iva, x’se jkunu dawn ir-rati u kif se jiġu determinati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba jkunu jistgħu jingħataw wara li jingħalqu d-diskussjonijiet dwar ir-riforma tal-parkeġġi skedati mar-rappreżentanti tal-car park attendants.

Ikel tal-Unjoni Ewropea — lista

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu n-nies li kwalifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-2005 sal-lum? Jista' jagħti l-lista, lokalità b'lokalità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ikel tal-Unjoni Ewropea — lista

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienu n-nies li kwalifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-2005 sal-lum? Jista' jagħti l-lista, lokalità b'lokalità?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #34510 Sitting 483 2012-05-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — triq maġenb l-istadium

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se tkun lesta t-triq maġġura ta' maġenb l-istadium f'Għawdex? Tista' tgħid għaliex infetħet għat-traffiku meta din it-triq għadha mhix lesta? Għaliex inżebgħat bis-sinjali tat-traffiku meta wiċċ it-triq għadu ma sarx?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li dan ix-xogħol qed isir mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Għawdex — triq maġenb l-istadium

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta t-triq maġġura ta' maġenb l-istadium f'Għawdex? Jista' jgħid għaliex infetħet għat-traffiku meta din it-triq għadha mhix lesta? Għaliex inżebgħat bis-sinjali tat-traffiku meta wiċċ it-triq għadu ma sarx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Triq l-Imġarr li tinsab quddiem l-istadium f'Għawdex huwa pjanat li tkun lesta sal-aħħar ta' Lulju 2012 / bidu ta' Awwissu 2012. Din it-triq infetħet għat-traffiku fuq base course biex tintuża temporanjament bħala rotta alternattiva sakemm ikunu qed isiru ix-xogħlijiet f'partijiet oħra tal-istess proġett. Il-linji u s-sinjali tat-traffiku temporanji nżebgħu fuq dan il-wiċċ bħala miżura ta' sigurta għat-traffiku u sabiex jiġi llimitat l-lok għall-abbuż.

toroq ġodda — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'programm ta' manutenzjoni qed isir fuq it-toroq il-ġodda li saru fl-aħħar snin, b'mod partikolari t-toroq li saru bil-fondi tal-Protokol Taljan li ilhom bejn seba' u tmien snin lesti? Jista' jgħid kemm hemm flus allokati fuq il-manutenzjoni tat-toroq u dawn kif qed jintnefqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għandha programm kontinwu ta’ manutenzjoni ta’ toroq. Fil-fatt, il-budget allokat għall-manutenzjoni għal din is-sena jammonta għal madwar Eur3.8 miljun. It-toroq li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant huma nklużi f’dan il-programm ta’ manutenzjoni.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 33422 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Ninforma lill-Onor Interpellant li kemm l-Awtorita’ ta’ Malta tat-Turiżmu kif ukoll l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadhom qed jiġbru l-informazzjoni u din tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #34402 Sitting 482 2012-05-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Villa Francia — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-persuni kollha assenjati u/jew li għandhom konnessi u/jew li jieħdu ħsieb Villa Francia?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuni assenjati jew li għandhom konnessjoni jew jieħdu ħsieb Villa Francia huma: Joseph Gherxi : Uffiċjal Tekniku Saviour Bonnici : General Hand Marthese Fenech : Part-Time Cleaner Ir-residenza msemmija hija ukoll mgħassa 24 siegħa kuljum mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Leg 11 PQ #34403 Sitting 482 2012-05-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

applikazzjonijiet għal post ta' għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se joħorġu l-applikazzjonijiet għal post ta' għalliema mal-iskejjel tal-gvern, liema applikazzjonijiet normalment joħorġu f'Marzu jew April?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-proċess biex toħroġ is-sejħa beda. Is-sejħa mistennija toħroġ fil-futur qarib. Ta’ min jgħid li s-sena l-oħra l-applikazzjonijiet għal ingaġġ ta’ għalliema ħarġu f’nofs Mejju.

Facilità Korrettiva ta' Kordin — persuna mingħajr uniformi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilha għal żmien twil tmur il-ħabs mingħajr uniformi u bl-ilbies pajzan bi ksur tar-regolament tal-istess Facilità Korrettiva ta' Kordin? X'inhi r-raġuni li kontra din l-istess persuna, ma jitteħdux passi dixxiplinarji għal dan il-ksur sfaċċat tar-regolament kif normalment jittieħdu kontra uffiċjali oħra? Meta bdew u ġew konklużi ż-żewġ inkjesti maġisterjali li nfetħu dwar din l-istess persuna u x'kien l-eżitu tagħhom? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-prezzijiet tat-tuck shop li huwa mmexxi mill-istess persuna?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija inkarigata mit-tuck shop u kif ukoll ma xogħol ieħor estern li huwa realtat mal-Faċilita'. Ninsab infurmat ukoll li porprju minħabba n-natura ta’ xogħol din l-uffiċjal, id-Direttur tal-Faċilita' awtorizza li tidħol mingħajr uniformi. Rigward il-tieni mistoqsija, ninsab infurmat illi ma hemm ebda Inkjesta Maġisterjali fil-konfront tagħha. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-lista tal-prezzijiet ta’ tuck-shop.

priġunieri li jsibu flus neqsin

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnhu li l-priġunieri ġieli jsibu xi flus neqsin gratuity u works and pay tagħhom fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u jekk fl-affermattiv x'passi ttieħdu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ħlasijiet in konnessjoni ma’ gratuity u work and pay jiġu akkreditati fil-kontjiet tal-priġunieri perjodikament. Kien hemm xi okkażjoni meta bi żball priġunieri li isimhom u kunjomhom huwa l-istess ġew akkreditati lilhom ammonti ta’ xulxin. Naturalment, f’każijiet bħal dawn issir rettifika u l-fondi in kwistjoni jiħu irtirati mill-kont żbaljat u jitpoġġew fil-kont korrett. Kull priġunier huwa ntitolat li jitlob u jingħata account statement. Dan isir regolarment u permezz tiegħu l-priġunier konċernat jingħata sodisfazzjon li l-kont daħal u ħareġ minnhu (permezz ta’ xirjiet ta’ oġġetti) dak li kien dovut.
Leg 11 PQ #34310 Sitting 481 2012-05-28 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa globali fuq safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut huwa u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2009 u l-2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.