Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Mobile phones u fixed lines

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jirriżulta li hemm 3 każi fejn hemm aktar minn linja waħda mħallsa mill-Gvern kif qed nuri fit-Tabelli A, B u C li qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali — Mobile phones u fixed lines

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8692 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Mobile phones u fixed lines

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-tagħrif mgħoddi lili, fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, ma jirriżultax li hemm xi persuna impjegata mal-Gvern, inkluż fis–Segretarjat tal-Ministeru, li għandha aktar minn mobile wieħed jew aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-Gvern. Għaldaqstant ma tħallas l-ebda ammont relatat ma’ dawn it-tipi ta’ servizzi tul l-2008 sa’ llum.
Leg 11 PQ #8693 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Mobile phones u fixed lines

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Eureka Services Ltd. — ħlas mingħand il-gvern

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd., jista' l-Mininstru jinforma kemm kien l-ammont ta' ħlas li l-Gvern ħallas lil kumpannija għas-servizzi li din tat lill-Gvern matul is-sena 2001 sas-sena 2009 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Eureka Services Ltd. — impjegati tal-gvern

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd., jista' l-Ministru jinforma x'passi qegħdin jittieħdu biex il-kumpannija tħarreġ impjegati tal-Gvern biex dawn eventwalment iħaddmu din is-sistema meta jiskadi jew jiġi terminat dan il-ftehim?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kumitat ta’ sorveljanza tal-proċess ta’ tranżizzjoni biex ikun implimentat l-Abbozz ta’ Ligi dwar ir-Reġistru Ċentrali qed jitratta din il-materja u jħejji għat-taħriġ li jkun hemm bżonn.

Eureka Services ltd. — Eureka Images Database - kopja

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services ltd., jista' l-Ministru jinforma min hija l-persuna li skont il-ftehim qed tingħata kopja ta' "Eureka Images Database kif supplimentata u awmentata minn jum għal jum"? Kull meta qegħda tingħata kopja aġġornata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Reġistru Pubbliku — ħsieb tal-gvern biex jutilizza l-post

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern biex jutilizza l-post fi Strada Merkanti fejn qabel kien hemm ir-Reġistru Pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ħsieb huwa li l-post jintuża bħala uffiċċju tal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.

Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' mobile phones li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn inxtraw minn Jannar 2008 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għax-xiri ta' dawn il-mobile phones? Min qed jagħmel użu minn dawn il-mobile phones?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Eureka Services Limited — ħlas fuq riċerki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Gvern ħallas lil Eureka Service Limited xahar b'xahar matul is-sena 2007, 2008 u 2009 għal ħlas ta' riċerki? Kemm daħħal flus il-Gvern xahar b'xahar għall-istess perijodu mingħand nutara u l-pubbliku ġenerali għall-istess riċerka? Kemm kienu r-riċerki li ma nġabrux u l-Gvern ħallass tagħhom lil imsemmija kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Lista ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Toroq li ġew lesti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7977, 7115, 6838 u 7364 u jgħid lokalità b'lokalità liema toroq residenzjali tlestew sa tmien l-2008 mill-programm ta' xogħol li kien tħabbar f'Awwissu 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7975, 6536 u 7363 u jgħid kemm kien hawn persuni li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma sena b'sena mis-sena 2004 sas-sena 2008 u matul l-ewwel xahrejn ta' l-2009? Kemm kien hemm persuni fl-istess perijodu li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6536 u 7363 u jgħid kemm kien hawn persuni li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma sena b'sena mis-sena 2004 sas-sena 2008 u matul l-ewwel xahrejn ta' 2009? Kemm kien hemm persuni fl-istess perjodu li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq li ġew lesti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7115, 6838 u 7364 u jgħid lokalità b'lokalità liema toroq residenzjali tlestew sa tmien l-2008 mill-programm ta' xogħol li kien tħabbar f'Awwissu 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nisa li daħlu lura għax-xogħol — Sena eżenzjoni mill-income tax

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif waqt li fl-aħħar budget kien tħabbar li kull omm li kienet diġà taħdem jew li ma kenitx ilha nieqsa mix-xogħol ħames snin, u li kienet se tidħol lura għax-xogħol wara li jkollha tfal, kienet se tingħata sena eżenzjoni mill-income tax għat-tfal kollha li twieldu mill-2007 'l quddiem, issa iżda ttieħdet d-deċiżjoni li dawn in-nisa qed jiġu ntitolati għal eżenzjoni mit-taxxa sa massimu ta' €2,000 fis-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-benefiċċju, li japplika mis-sena bażi 2008, jikkonsisti fi kreditu ta’ taxxa sa massimu ta €2,000 għal kull wild taħt l-età ta’ sittax-il sena, jew għal kull wild imwieled mill-1 ta’ Jannar 2007 ‘l quddiem, skont il-każ. Fid-diskors tal-baġit intużat il-kelma “eżenzjoni” minflok il-frażi teknika “kreditu ta’ taxxa” biex il-miżura tinftiehem aħjar mill-pubbliku ġenerali. Ta’ min jgħid li f’ħafna mill-każijiet, il-kreditu ta’ €2,000 ser jisarraf f’eżenzjoni totali, għax it-taxxa li kienet ser titħallas mill-omm li tirritorna għax-xogħol, li kieku ma kienx hemm il-kreditu ta’ taxxa, kienet tkun inqas minn €2,000. F’xi każijiet il-kreditu ta’ taxxa huwa ta’ benefiċċju akbar minn sena eżenzjoni, għax il-kreditu li ma jintużax f’dik is-sena li l-omm tirritorna għax-xogħol jista’ jintuża fit-tieni sena. Ta’ min jgħid li meta l-Gvern daħħal inċentiv simili għall-ewwel darba fis-sena 2005 biex iħajjar lin-nisa jirritornaw għax-xogħol, id-diskors tal-baġit għas-sena 2005 kien ukoll semma l-kelma “eżenjoni”. Madankollu dik il-miżura wkoll ġiet implimentata permezz ta’ kreditu ta’ taxxa.
Leg 11 PQ #7981 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Liġi ta' l-adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Gvern wara d-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali riċentement dwar kif il-Liġi ta' l-Adozzjoni fil-preżent tmur kontra d-drittijiet ta' koppji miżżewġin li jkunu jridu jadottaw tfal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7514 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Embarcation u Disembarcation Card

Question

Jista' l-Ministru jgħid iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea f'liema data ma baqgħux obbligati li jimlew: a) Disembarcation card ? b) Embarcation card?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5538.

Eżenzjoni mill-income tax għan-nisa li jidħlu lura għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa biex tidħol fis-seħħ l-miżura mħabbra fl-aħħar budget li permezz tagħha kull omm li diġa' taħdem jew li m'ilhiex nieqsa mix-xogħol ħames snin, u li tidħol lura għax-xogħol wara li jkollha t-tfal, tingħata sena eżenzjoni mill-income tax, għat-tfal kollha li twieldu mill-2007 'l quddiem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevli Interpellant illi n-nisa li kellhom it-tfal mill-2007 lil hawn u bdew (jew komplew) jaħdmu wkoll minn dik id-data lil hawn huma ntitolati għal eżenzjoni mit-taxxa sa massimu ta’ €2000 fis-sena. L-ewwel eżenzjonijiet huma applikabbli mis-sena bażi 2008 u għalhekk jintalbu fil-prospett tat-taxxa li jintbagħat f’Ġunju li ġej. L-Avviż Legali relatat qiegħed fil-proċess li jiġi pubblikat. Id-dettalji dwar din l-iskema ser ikunu wkoll fuq il-website tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6536 u jgħid kemm kien hawn persuni li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma sena b'sena mis-sena 2004 sas-sena 2008 u matul l-ewwel xahrejn ta' l-2009? Kemm kien hemm persuni fl-istess perijodu li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.