Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Kirkop — Kumpless Sportiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid għadhiex il-mira tal-Gvern li l-kumpless sportiv f'Ħal Kirkop jinfetaħ din is-sena u jekk iva, teżisti xi data partikolari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-ħsieb tal-Gvern għadu dak li l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop jitlesta sa l-aħħar tas-sena. Dan il-ħsieb huwa suġġett għall-għoti tat-tenders mid-Dipartiment tal-Kuntratti u għall-problemi tekniċi li jistgħu jinqalgħu fuq ix-xogħlijiet.

sistemi ta' photovoltaic cells — skema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet li matul l-aħħar sena kkwalifikaw għall-iskema ta' inċentivi marbuta ma' investiment f'sistemi ta' photovoltaic cells imħabbra fl-aħħar budget?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi kien hemm 175 applikazzjoni li kkwalifikaw mill-iskema marbuta ma’ investiment f’sistemi ta’ photovoltaic cells mħabbra fl-aħħar budget.

Awtorità dwar it-Trasport — liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità dwar it-Trasport beħsiebha tagħmel it-testijiet u toħroġ il-liċenzji għal dawk li ilhom li applikaw ħalli jkollhom liċenzja biex jgħallmu s-sewqan tal-karozzi? X'ikkawża dan id-dewmien, f'ċerti każijiet ta' aktar minn sentejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-testijiejt imsemmija ser jibdew nhar it-Tlieta, 30 ta' Ġunju 2009. Infurmat ukoll li d-dewmien biex dawn it-testijiet jerġgħu jibdew kien dovut għall-fatt li kien hemm il-ħtieġa ta’ bidla sħiħa fil-proċeduri li jwasslu biex persuni jigu awtorizzati jibdew jgħallmu s-sewqan tal-vetturi. Il-bidla fil-proċeduri kienet teħtieġ, fost oħrajn, it-taħriġ u l-għażla ta’ persuni adatti biex jeżaminaw lil min ikun applika biex isir instructor. Tajjeb li jingħad li l- instructors prospettivi jridu jgħaddu minn tliet eżamijiet biex jikkwalifikaw u jiġu awtorizzati jgħallmu: eżami tat-teorija, eżami dwar abbiltà fis-sewqan u eżami dwar l-abbiltà fit-tagħlim tas-sewqan.

Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment — Mobile phones u fixed lines

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Entitajiet Għawdxin — National Lotteries Good Causes Fund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-entitajiet Għawdxin li applikaw fl-iskema tal-National Lotteries Good Causes Fund ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sal-lum kien hemm 23 entità Għawdxija li applikaw għal finanzjament mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-2009.

National Lotteries Good Causes Funds — Entitajiet għawdxin li ħa jibenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-entitajiet Għawdxin li ser jibenefikaw din is-sena min National Lotteries Good Causes Funds?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9608.

National Lotteries Good Causes Funds — entitajiet li ha jibenefikaw minnha

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-entitajiet Għawdxin li ser jibenefikaw min National Lotteries Good Causes Funds ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lil-Onor. Interlpellant illi wara li ġew ikkunsidrati l-applikazzjonijiet kollha ta’ l-ewwel żewġ kwarti tas-sena, l-entitajiet Għawdxin li ser ikunu qed jibbenefikaw mill-Fond tal-Kawżi Ġusti huma t-tnejn, u cioe’ l-Victoria International Arts Festival Foundation u l-Legion of Mary.

National Lotteries Good Causes Funds — kriterji għal benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula l-entitajiet li ser jibbenefikaw min National Lotteries Good Causes Funds?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-entitajiet li ser jibbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti ġew magħżula fuq il-kriterji tal-linja gwida li ħareġ il-Kumitat għall-Fond tal-Kawżi Ġusti f’Jannar ta’ din is-sena.

Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' mobile phones li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn inxtraw minn Jannar 2008 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għax-xiri ta' dawn il-mobile phones? Min qed jagħmel użu minn dawn il-mobile phones?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9202 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

MCESD — Civil Society Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa' (kull xahar) is-Civil Society Committee tal-MCESD?

Response (DALLI, JOHN)

Billi is-Civil Society Committee ta' l-MCESD ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #9203 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għajnuna lill-ġenituri bi tfal b'awtiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna hemm mill-Gvern għall-ġenituri li għadhom it-tfal ibatu bl-awtiżmu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li t-tfal bl-awtiżmu jibbenefikaw minn kull servizz li jingħata lil tfal b'diżabilita li jinkludi a) l-ispecial Children Allowance li toħrog mill-Diviżjoni ts-Sigurtà Soċjali, b) is-servizzi taċ-Child Development Advisory Unit tad-Diviżjoni tas-Saħħa, ċ) is-servizzi tal-Edukazzjoni Speċjali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u li jinkludi servizzi miftuħa għat-tfal kollha b'diżabilita u servizzi speċifici għal dawn it-tfal.

Eureka Services ltd. — Eureka Images Database - kopja

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services ltd., jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8680 u jinforma min hija l-persuna li skont il-ftehim qed tingħata kopja ta' "Eureka Images Database kif supplimentata u awmentata minn jum għal jum"? Kull meta qegħda tingħata kopja aġġornata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Eureka Services Ltd. — ħlas mingħand il-gvern

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd., jista' l-Mininstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8675 u jinforma kemm kien l-ammont ta' ħlas li l-Gvern ħallas lil kumpannija għas-servizzi li din tat lill-Gvern matul is-sena 2001 sas-sena 2009 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Eureka Services Limited — ħlas fuq riċerki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8685 u jgħid kemm l-Gvern ħallas lil Eureka Service Limited xahar b'xahar matul is-sena 2007, 2008 u 2009 għal ħlas ta' riċerki? Kemm daħħal flus il-Gvern xahar b'xahar għall-istess perijodu mingħand nutara u l-pubbliku ġenerali għall-istess riċerka? Kemm kienu r-riċerki li ma nġabrux u l-Gvern ħallass tagħhom lil imsemmija kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura. Trasport u Komunikazzjoni — Mobile phones u fixed lines

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment — Mobile phones u fixed lines

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8696 Sitting 118 2009-05-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Mobile phones u fixed lines

Question

Tista' l-Ministru tinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab informata li ma hemmx impjegati tal-Gvern fil-Ministeru għal Għawdex, inkluż is-segretarjat privat tal-Ministru, li għandhom aktar minn mobile wieħed u aktar u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-Gvern.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Mobile phones u fixed lines

Question

Tista' l-Ministru tinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Eureka Services Limited — ġlas tal-kuntratti

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Limited, jista' l-Ministru jinforma kemm kien l-ammont ta' ħlas li l-Gvern kellu jirċievi mingħand il-kumpannija mill-2001 sakemm jispiċċa l-kuntratt? Kemm minn dawn ingħataw in kind? Fiex kienu jikonsistu dawn l-affarijiet li ingħataw in kind? Kemm irċieva ħlas (f'transfers u ħlasijiet fi flus u mhux in kind) l-Gvern mill-2001 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skont il-kuntratt in kwistjoni, mill-2001 'l hawn, il-Gvern ma kellu jirċievi l-ebda ħlas mingħand il-kumpanija Eureka Services Ltd.
Leg 11 PQ #8689 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Mobile phones u fixed lines

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.