Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment li sar matul l-aħħar sena b'rabta mat-twaqqif tal-Bio Technology Park f'San Gwann? X'inizjattivi ttieħdu sal-lum dwar dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-10,000 metru kwadru tal-Life Science Centre (ERDF Proj Num. 084) f’San Ġwann bħalissa għaddej minn fażi ta’ ippjanar strateġiku biex jitlesta l-kunċett u dettalji teknologiċi tal-funzjoni għal dan l-iżvilupp. S’issa inqas minn €100,000 intefqu.
Fil-ġimgħat li ġejjin se jinħareġ
tender
għad-disinn u l-
Project Management
tal-
Life Sciences Centre
. Sadanattant qed jitħejjew il-permessi neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment li sar matul l-aħħar sena b'rabta mal-iżvilupp ta' żewġ micro entreprises parks fil-Mellieħa u x-Xewkija? X'inizjattivi ttieħdu sal-lum dwar dawn iż-żewġ proġetti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjonijiet għal dawn l-iżviluppi qed ikunu pproċessati mill-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet li matul l-aħħar sena kkwalifikaw għall-iskema ta' inċentivi għall-intrapriżi biex jagħmlu awditjar tas-sistemi u użu tal-enerġija tagħhom, imħabbra fl-aħħar budget?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — taqsima ġdida tar-radjoloġija
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta huwa mistenni li tibda topera t-taqsima ġdida tar-radjoloġija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-kuntratt tar-ristrutturar tad-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġie mogħti u x-xogħol fuq l-ewwel fażi nbeda fl-ewwel ta' Settembru ta' din is-sena. Ix-xogħol fuq it-tieni fażi jkun jista' jinbeda meta jiġi mogħti l-kuntratt tal-makkinarju tar-Radjoloġija u tas-Sala tal-Operazzjonijiet u tiġi ppreżentata il-proposed layout tal-makkinarju. Fil-preżent din it-tender qiegħda tiġi adġudikata.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali ta' safar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet li matul l-aħħar sena kkwalifikaw għall-iskema ta' inċentivi marbuta mal-insulation tal-bjut u t-twaħħil ta' ħġieġ double glazed fid-djar imħabbra fl-aħħar budget?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi kien hemm 112 applikazzjoni li kkwalifikaw għall-iskema ta’ inċentivi marbuta mal-insulation tal-bjut u 36-il applikazzjoni għall-iskema ta’inċentivi marbuta ma’ twaħħil ta’ ħġieġ double glazed imħabbra fl-aħħar budget.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija s-somma minfuqa s'issa fuq ħames skemi ġodda li kellha tniedi l-Malta Enterprise u li kienu ssemmew fid-diskors tal-aħħar budget? X'inizjattivi ttieħdu sal-lum fuq kull waħda minn dawn l-iskemi b'mod separat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li taħt l-ewwel sejħa għall-proposti, li għalqet f’Marzu, il-Malta Enterprise allokat ‘il fuq minn €6miljun lill-industrija.
Taħt it-tieni sejħa, li għalqet fl-aħħar ta’ Lulju, il-Malta Enterprise irċeviet 260 proposti mill-industrija għall-valur totali ta’ €15.5miljun.
Il-Malta Enterprise qegħda tevalwa dawn il-proġetti biex talloka dawn il-fondi lill-aħjar proposti mitfugħa, skont il-linja gwida approvata mill-Kummissjoni Ewropeja. Hu mistenni li dan il-proċess jiġi ffinalizzat f’Ottubru.
Taħt l-iskema tal- “
International Competitiveness
”, ġew allokati €1.95 miljun lil 30 intrapriza taħt l-ewwel sejħa għal proposti. Taħt it-tieni sejha, il-Malta Enterprise irceviet 69 proġett b’valur ta’ €4.55miljun.
Taħt l-iskema tal-“
Innovation Actions Grant Scheme
” ġew allokati €2.31 miljun lil 26 intrapriza taħt l-ewwel sejħa għal proposti. Taħt it-tieni sejħa l-Malta Enterprise irċeviet 91 proġett b’valur ta’ €6.76miljun.
Taħt l-iskema ta’ l-“
iSmall Start Up Grant Scheme
” gew allokati €0.7 miljun lil 7 intrapriżi taħt l-ewwel sejħa għal proposti. Taħt it-tieni sejħa l-Malta Enterprise irċeviet 36 proġett b’valur ta’ €1.78miljun.
Taħt l-iskema tal-“
E-Business Development Grant Scheme
” ġew allokati €1.08 miljun lil 27 intrapriża taħt l-ewwel sejħa għal proposti. Taħt it-tieni sejħa l Malta Enterprise irċeviet 64 proġett b’valur ta’ €2.41miljun.
Lista kompluta ta’ dawn l-intrapriżi msemmija hawn fuq tinsab fuq il-website www.20miljunghallindustrija.com.
L-ewwel sejħa għal proposti taħt l-iskema għar-
Riċerka u l-iŻvilupp
, b’investiment ta’ €3.5 miljun, tagħlaq fit-2 ta’ Ottubru u jidher li hemm interess mill- industrija għal din l-iskema. Aktar detalji fuq din li-skema jistgħu jinkisbu f’Ottubru.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-pjan t'azzjoni li kellu jitfassal bejn il-Malta Enterprise u l-Ministru t'Għawdex għall-promozzjoniji t'Għawdex għall-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi? Jekk huwa lest, tista' tpoġġi kopja ta' dan il-pjan t'azzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Malta Enterprise qiegħda kontinwament taħdem fuq il-promozzjoni u assistenza għal Għawdex.
Dan l-eżerċizzju ma jinvolvix biss li jinkoraġġixxi attivament l-investiment, imma anke li jirrevedi l-istrateġija u l-proċeduri tal-Malta Enterprise.
Din ta' l-aħħar isseħħ billi kull tant żmien il-Malta Enterprise tikkonsulta ma' stakeholders li jinkludu l-Ministeru ta' Għawdex kif ukoll entitajiet oħra. Dawn jinkludu l-kmamar tal-kummerċ lokali, assoċjazzjonijiet industrijali kif ukoll entitajiet oħra bħalma huma l-Finance Malta u l-NSO fejn tinġabar l-informazzjoni prinċipali biex b'hekk toħroġ strateġija.
L-istrateġiji tal-Malta Enterprise li jirrigwardaw lil Għawdex jiġu pubblikati skond u meta jkun hemm bżonn ta' l-intervent tal-pubbliku.
Għawdex — trasformazzjoni radikali tas-settur tat-trasport pubbliku
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri ttieħdu fl-aħħar sena biex kif kien imwiegħed issir trasformazzjoni radikali tas-settur tat-trasport pubbliku f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment li sar fl-aħħar sena maħsub biex iżid l-ispazju fil-Business Incubation Centre, f'Kordin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar sena ma kien hemm l-ebda investiment biex iżid l-ispazju fil-Business Incubation Centre, Kordin (KBIC).
Kif ġie ppubblikat, l-investiment fil-
Business Incubation Centre
ser isir ġo San Ġwann flimkien mal-
Life Sciences Centre.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet li matul l-aħħar sena kkwalifikaw għall-iskema ta' inċentivi għall-intrapriżi li lesti jinvestu fil-ġenerazzjoni ta' enerġija li tiġġedded u fl-użu aħjar tal-enerġija mħabbra fl-aħħar budget?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet ta' studenti bejn l-2004 u l-2008 biex jidħlu għall-Pathway Course offrut mill-MCAST? Kemm kien in-numru ta' studenti li eventwalment daħlu bejn l-2004 u l-2008 għall-Pathway Course offrut mill-MCAST? Saret sejħa pubblika għall-applikazjonijiet għal dan il-kors? Fuq liema kriterji intgħażlu dawk li daħlu għall-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-aħħar ħames snin dejjem applikaw tmien studenti, u t-tmienja kienu aċċettati ħlief għall-aħħar sena 2008 – 2009 fejn applikaw sebgħa u ħamsa ġew aċċettati. Ir-raġunijiet għalfejn żewġ studenti ma ġewx aċċettati kienu li l-programm ma kienx ta’ benefiċċju għalihom fis-sens li l-ħtiġijiet tagħhom kienu ferm akbar minn dak li jista’ joffri l-programm. Preparazzjoni għal dan il-kors kienet issir matul is-sena ta’ qabel u għalhekk l-istudenti flimkien mal-ġenituri jaslu biex jagħżlu jekk il-programm hux ta’ benefiċċju għalihom jew le. Fost il-preparazzjoni għal dan il-kors isiru sensiela ta’ laqgħat individwali mal-istudent. Transition organizer kienet iddur fl-iskejjel u taħdem ma’ studenti prospettivi u l-ġenituri tagħhom biex tgħinhom jaslu għall-għażla. Dettalji dwar il-kors dejjem kienu aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tal-MCAST. L-applikazzjonijiet ta’ dan il-kors dejjem intlaqgħu fi żmien l-applikazzjonijiet l-oħra kollha jiġifieri fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju. Il-kriterji użati fl-għażla fost l-oħrajn jinkludu:
Li l-istudent ikun spiċċa l-edukazzjoni obbligatorja
Li l-istudent ikun jittollera ambjent ta’ klassi
Li l-istudent ma jkunx jeħtieġ għajnuna individwali l-ħin kollu
Li l-istudent ikollu ħiliet bażiċi fin-numri, fil-qari u fil-kitba
Li l-istudent ikollu miri vokazzjonali biex eventwalment jasal li jibda jagħmel xi forma ta’ xogħol.
Din is-sena applikaw għoxrin student li minnhom ġew aċċettati erbatax.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pagament dovut mill-fond tal-Non-Government Organisations għas-sena 2008 lill-għaqdiet mhux governattvi sarux? Jekk le, jista' jagħti raġuni għaliex ma sarux? Hemm ħsieb meta se jsiru?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagament dovut mill-fond tan-Non-Government Organisations lill-għaqdiet mhux governattivi għas-sena 2008 sar. Is-somma mħallsa kienet tammonta għal € 1,979,318.00.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħadet kuntratti tal-Gvern f'Għawdex il-kumpannija li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fl-2006, 2007 u 2008? Tista' tagħti lista sħiħa ta' dawn ix-xogħlijiet? Kemm minnhom kienu b'tender jew le? Tista tgħid x'kien il-valur tal-kuntratt u x'kienet l-ispiża finali ta' kull tender li ngħatat lill-kumpannija fis-snin imsemmija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pulizija tal-Administrative Law Enforcement — shifts
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija tal-Administrative Law Enforcement f'pattulja mal-bajjiet qed jintalbu jaħdmu b'shift bejn il-11.00 am u t-8.00 pm fl-eqqel elementi tas-sajf? Għaliex ma nżammx ir-roster ta' qabel ta' żewġ shifts bejn l-10.00 am u s-1.00 pm, u s-1.00 pm u s-6.00pm?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ilha għal diversi snin matul ix-xhur tas-sjaf issaħħah il-preżenza tagħha fix-xtajtiet u bajjiet billi jiġu assenjati membri mit-Taqsimiet tal-Klieb, taż-Żwiemel kif ukoll mit-Taqsima ta’ l-ALE. Ovvjament dawn jiġu assenjati ħinijiet li dawn il-lokalitajiet ikunu l-aktar frekwentati. Infurmat ukoll illi fit-Taqsima ta’ l-A.L.E. m’hemmx xifts ta’ bejn l-10.00am u s-1.00pm jew mis-1.00pm sas-6.00pm
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fl-aħħar sena b'mod separat fuq il-proġetti li għandhom isiru fuq it-tempji ta' Ħal Tarxien u l-Ġgantija u fuq il-katakombi tar-Rabat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Belt Valletta, Birgu, Imdina u Ċittadella — swar - restawr
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fl-aħħar sena b'mod separat fuq ir-restawr tas-swar tal-Belt Valletta, l-Birgu, l-Imdina u ċ-Ċittadella f'Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet li matul l-aħħar sena kkwalifikaw għall-iskema ta' inċentivi marbuta max-xiri ta' solar water heaters imħabbra fl-aħħar budget?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi kien hemm 1775 applikazzjoni li kkwalifikaw mill-iskema ta’ inċentivi marbuta max-xiri ta’ solar water heaters imħabbra fl-aħħar budget.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li matul l-aħħar sena kkwalifikaw għall-iskema li permezz tagħha l-Gvern qed jagħti rifużjoni ta' 15.25% fuq il-prezz finali għax-xiri ta' roti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema tar-rifużjoni fuq xiri ta’ roti bdiet fl-1 ta’ Diċembru 2008.
Mill-1 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Awwissu 2009 ikkwalifikaw 741 persuna.