Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-Ministeru, ( private secretariat) mill-bidu tal-2009 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm kien s'issa b'mod separat il-valur tax-xogħol differenti li sar?

Response (FENECH, TONIO)

F'dawn l-aħħar snin fil-Ministeru għaddej programm intensiv ta' refurbishment kemm biex jiġi ppreservat il-bini kif ukoll biex jipprovdi s-servizzi neċċessarji għall-okkupanti. Riedu jsiru arranġamenti biex jagħmel tajjeb għaż-żieda tan-nies peress li kiber l-operat tal-Ministeru. Fost dawn ix-xogħolijiet ta' refurbishment hemm it-tisħiħ tas-sulari li ġew allokati lis-Segretarjat Privat. Dan iċ-ċaqliq kien neċessarju sabiex ikun jista' jintlaqa' s-Segretarju Parlamentari tal-Ministeru li bħalissa qed jokkupa bini ieħor. B'hekk, dan ta’ l-aħħar ikun qed jifforma parti ntegrali mill-Ministeru u fl-istess ħin jiġu lliberati l-uffiċini preżenti tiegħu. Ix-xogħlijiet neċessarji kienu jikkonsistu f'għamara, energy efficient light fittings , u equipment (€147,287), xogħol ta’ refurbishment , purtieri u tranġar ta’ bibien, (€ 24,500). Xogħlijiet oħra ta’ żebgħa, kmamar tal-banju u njam sar mill-ħaddiema tal-Kalaxlokk.
Leg 11 PQ #10669 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Night shelter għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett ta' night shelter għall-anzjani fin-naħa t'isfel ta' Malta? Kemm kienet l-ispiża minfuqa fuq dan il-proġett matul l-aħħar sena? Kemm kienu l-anzjani li għamlu użu minn dan in-night shelter matul l-aħħar sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10670 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Karen Grech — Spiża fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol ta' manutenzjoni sar matul l-aħħar sena fl-Isptar Karen Grech u kemm kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10671 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema dwar loan repayments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx tnediet l-iskema li kellha tkun means tested u li biha kellu jibda jitħallas sa massimu ta' 30% tal-loan repayments ta' kull xahar għal perijodu ta' għaxar snin lil dawk il-koppji li jixtru l-ewwel dar tagħhom? F'każ li iva, kemm kienu l-koppji li kkwalifikaw għal din l-iskema u x'kienet in-nefqa li saret fuq din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema msemmija ġiet ippubblikata fit-28 ta’ Novembru 2008. Sal-lum daħlu 24 applikazzjoni li minnhom l-Awtorita’ tad-Djar approvat 16-il applikazzjoni. Peress li l-pagamenti jitħallsu b’lura, għadu ma sar l-ebda ħlas.

Għawdex — Trasformazzjoni tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu fl-aħħar sena biex kif kien imwiegħed issir trasformazzjoni radikali tas-settur tat-trasport pubbliku f'Għawdex

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul l-aħħar sena, l-Awtorità ħadmet fuq pjan sħiħ ta’ riforma radikali fil-qasam tas-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda f’Malta u f’Għawdex. Dan il-pjan jinkludi network u servizzi ġodda ta’ trasport pubbliku f’Malta u f’Għawdex, ibbażati fuq studji ikkommissjonati u b’ konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet kollha interessati. B’riżultat ta’ dan kollu, l-Awtorità ħarġet Sejħa għal Interess (Expression of Interest) Internazzjonali għall-proviżjon ta’ dan is-servizz, li għalqet fil-15 ta’ Settembru 2009. Issa jmiss li joħroġ it-tender proprju f'Ottubru .

Pjan t'azzjoni għall-promozzjoni t'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-pjan t'azzjoni li kellu jitfassal bejn il-Malta Enterprise u l-Ministeru t'Għawdex għall-promozzjoni t'Għawdex għall-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi? Jekk huwa lest, jista' jpoġġi kopja ta' dan il-pjan t'azzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise qiegħda kontinwament taħdem fuq il-promozzjoni u assistenza għal Għawdex. Dan l-eżerċizzju ma jinvolvix biss li jinkoraġixxi l-investiment, imma anke li jirrevedi l-istrateġija u l-proċeduri tal- Malta Enterprise . Din ta’ l-aħħar isseħħ billi kultant żmien l- Malta Enterprise tikkonsulta ma’ stakeholders li jinkludu l-Ministeru ta’ Għawdex kif ukoll entitajiet oħra. Dawn jinkludu l-kmamar tal-kummerċ lokali, assoċjazzjonijiet industrijali kif ukoll entitajiet oħra bħalma huma l- Finance Malta u l-NSO fejn tinġabar l-informazzjoni prinċipali biex b’hekk toħroġ strateġija. L-istrateġiji tal- Malta Enterprise li jirrigwardaw lil Għawdex jiġu ppubblikati skont u meta jkun hemm bżonn ta’ l-intervent tal-pubbliku.

Kummissjoni li tistħarreġ l-ispejjeż li s-settur pubbliku jgħaddi lin-negozju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqfitx il-Kummissjoni biex tistħarreġ l-ispejjeż żejda li s-settur pubbliku qed jgħaddi fuq in-negozji? F'każ li iva, min huma l-membri tagħha u x'inizjattivi ħadet matul l-aħħar sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi tali stħarriġ isir kontinwament, bil-Gvern attent li f’kull azzjoni li jieħu ma jgħabbix piżijiet fuq in-negozji. F’dan ir-rigward, il-funzjoni kollettiva tal-Better Regulation Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hi prim mover biex jiġi assigurat li, fejn hu possibli, fejn teżisti regolamentazzjoni li tista’ tissimplifika ruħha, dan isir għal benefiċċju tas-Settur tan-Negozju.

Design Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqfitx Design Malta? F'każ li iva, min huma l-membri tagħha u x'inizjattivi ħadet matul l-aħħar sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern qiegħed fil-proċess li jwaqqaf Design Malta.

Dipartiment għall-Kompetizzjoni Ġusta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu matul l-aħħar sena biex jissaħħaħ id-Dipartiment għall-Kompetizzjoni Ġusta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni qed toħrog numru ta’ applikazzjonijiet sabiex jiġu reklutati uffiċjali adegwati. Dawn l-applikazzjonijiet qed isiru fuq bażi regolari u skont il-proċeduri.
Leg 11 PQ #10663 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni li tistħarreġ l-moviment koperattiv f'pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqfitx il-Kummissjoni li kellha tistħarreġ kif jista' jissaħħaħ il-moviment koperattiv f'pajjiżna? F'każ li iva, min huma l-membri tagħha u x'inizjattivi ħadet matul l-aħħar sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninformar lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni għat-Tisħiħ tal-Koperattivi twaqfet fit-28 ta’ Jannar 2009. Il-Kummissjoni hija magħmula hekk : Profs. Edward L. Żammit Chairperson Dr. David Fabri Membru Is-Sur Peter Baldacchino Membru Ms. Rosette Thake Membru Is-Sur John Camilleri Membru Is-Sur Emanuel Żahra Segretarju Informat li minn mindu twaqfet din il-Kummissjoni, kellha numru ta’ laqghat ma’ entitajiet u ndividwi li b’xi mod jew ieħor għandhom interess fil-Moviment Koperattiv f’pajjiżna. Din il-Kummissjoni waslet biex tissottometti r-rapport finali u r-rikommandazzjonijiet.

Kreditu mill-income tax għal min jinvesti fin-negozju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' intrapriżi li matul l-aħħar sena kkwalifikaw għall-iskema li permezz tagħha min jinvesti minimu ta' €10,000 fin-negozju tagħhom, jingħataw kreditu mill-income tax għal sentejn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ebda negozju ma seta’ jipparteċipa f’din l-iskema peress li għadha qed tiġi implimentata. Il-miżuri mħabbra fil-baġit huma miżuri li eventwalment jiġu implimentati matul is-sena ta’ wara. Il-Malta Enterprise qegħda tipprepara għall-implimentazzjoni ta’ din il-miżura, flimkien mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru tiegħu, mis-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u l-Artijiet u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet, awtoritajiet, entitajiet eċċ., li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'kien il-mudell ta' kull karozza li nxtrat u kemm kienet l-ispiża fuq kull waħda? Jista' jgħid għal min inxtrat kull waħda minn dawn il-karozzi?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Upgrading fiż-żoni industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment li sar fl-aħħar sena f'xogħol ta' upgrading taż-żoni industrijali? Jista' jagħti breakdown ta' dan l-investiment għal kull zona industrijali?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara għal liema perjodu qed jirreferi.
Leg 11 PQ #10655 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — sala tal-operazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet l-ispiża matul l-aħħar sena fuq ir-ristrutturar tat-tieni sala tal-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Meta huwa mistenni li jkun lest dan ix-xogħol kollu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tendertar-ristrutturar tad-Dipartiment tas-Sala tal-Operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għandha tiġi ppublikata għat-tieni darba mid-Dipartiment tal-Kuntratti wara li l-ewwel darba li ħarġet ma kkwalifika ħadd. Ix-xogħol irid jitlesta fi żmien sittax-il ġimgħa minn meta l-kuntrattur jiġi mogħti l-ordni sabiex jibda x-xogħol wara li l-kuntratt jingħata.

pjanijiet dwar il-fibre-to-home

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern dwar il-fibre-to-home?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li wara l-pubblikazzjoni tal-Green Paper u l-konsultazzjoni li saret, l-Gvern għamel analiżi aktar dettaljata ta' l'opzjonijiet li ġew preżentati fil-Green Paper. L-Unjoni Ewropea propju din il-ġimgħa ppublikat l-linji gwida tagħha dwar dan is-suġġett. Għalhekk il-pass li jmiss hu analiżi ta' kif dan id-dokument jimpatta fuq Malta.

Grupp ta' Riċerka dwar l-Intrapriża

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-Grupp ta' Riċerika dwar l-Intrapriża? F'każ li twaqqaf, min huma l-membri tiegħu u x'inizjattivi ħa matul l-aħħar sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Grupp ta’ Riċerka dwar l-Intrapriża ser jitwaqqaf malli jsiru l-arranġamenti kollha neċessarji.

karti tal-identità elettroniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern dwar l-introduzzjoni tal-karti tal-identità elettroniċi? Għadu l-ħsieb tal-Gvern li dawn ikunu introdotti din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-pjan sabiex tinħoloq sistema tal-karti tal-identita' elettronika qed jiġi implimentat u sakemm ma jkunx hemm imprevisti l-ħsieb huwa li dan il-proġett jitlesta u jinħarġu l-karti tal-identità elettroniċi sa nofs l-2010.

introduzzjoni tat-trasport bit-tramm — żviluppi

Question

Jista' l-Minstru jgħid xi żviluppi kien hemm matul l-aħħar sena fir-rigward tal-introduzzjoni tat-trasport bit-tramm f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.8055.
Leg 11 PQ #8689 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Mobile phones u fixed lines

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda uffiċjal li għandu aktar minn linja ta’ voice mobile waħda jew aktar minn fixed line wieħed.
Leg 11 PQ #10648 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Spiża fuq proġetti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa b'mod separat matul l-aħħar sena fuq il-proġetti: a) Tal-bini mill-ġdid ta' parti mit-Triq tax-Xlendi? b) It-triq li twassal għas-Santwarju ta' Pinu? ċ) It-triq li tagħti mill-Imġarr għar-Rabat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li x-xogħlijiet fuq it-Triq tax-Xlendi u fit-triq li twassal għas-Santwarju ta' Pinu għadhom ma bdewx , ma sar l-ebda ħlas matul l-aħħar sena f'dan ir-rigward. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija peress li x-xogħol fuq it-triq li tagħti mill-Imġarr għar-Rabat huwa responsabiltà tal-Awtorità dwar it-Trasport Pubbliku, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.