Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma'
a) Triq Valletta fiż-Żurrieq?
b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa?
ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq?
d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt?
e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa?
f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-breakwater ta' Marsamxett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skont studju kkummisjonat is-sena li għaddiet mill-Awtorità Marittima ta’ Malta, ġie konkluż li l-iżvilupp ta’ breakwaters f’Marsamxett mhux fattibbli, kemm mill-lat ekonomiku kif ukoll min dak ambjentali.
Rabat, Mtarfa, Ħad-Dingli, s-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ u Ħ'Attard — inkonvenjent minn daqq qawwi ta' mużika f'diskoteki
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar petizzjoni ffirmata minn numru ta' residenzi mir-Rabat, Mtarfa, Ħad-Dingli, s-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ u Ħ'Attard dwar inkonvenjent minn daqq qawwi ta' mużika f'diskoteki fl-inħawi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-pożizzjoni li ttieħdet mill-Korp tal-Pulizija hija dik li tistabbilixxi l-Liġi fl-Artiklu 10 (1) tar-Regolamenti Biex Jinżamm il-Bon Ordni f'Lokalitajiet ta' Divertiment.
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar 12-il xahar tfassalx xi pjan t'azzjoni speċifiku għall-qasam turistiku f'Għawdex immirat partikolarment għax-xhur kwieti ta' bejn il-ħarifa u r-rebbiegħa? Jekk iva, tista' tpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fil-qafas tal-Istrateġija ta' Eko Għawdex ingħatat attenzjoni speċjali wkoll għall-qasam turistiku.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10669 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett ta' night shelter għall-anzjani fin-naħa t'isfel ta' Malta? Kemm kienet l-ispiża minfuqa fuq dan il-proġett matul l-aħħar sena? Kemm kienu l-anzjani li għamlu użu minn dan in-night shelter matul l-aħħar sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-proġett tan-Night Shelter wasal fl-aħħar stadju u mistenni li jibda jiffunzjona għall-aħħar ta' Ottubru 2009. L-ispiża minfuqa fuq dan il-proġett kienet €92,657. Dan huwa proġett pilota li ser jibda bi 8 sodod.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10670 u jgħid x'tip ta' xogħol ta' manutenzjoni sar matul l-aħħar sena fl-Isptar Karen Grech u kemm kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu ż-żewġ proġetti pilota għat-tfassil ta' strateġiji u żvilupp sostenibbli fuq livell lokali li kienu tħabbru fid-diskors tal-aħħar budget?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fid-diskors ta’ l-aħħar budget kien tħabbar li se jintgħażlu żewġ proġetti pilota għat-tfassil ta’ strateġiji u żvilupp sostenibbli fuq livell lokali.
Peress li wara sejħa li saret għall-proposti mill-Kunsill Lokali kien hemm diversi proposti tajbin, ġie deċiż li flok tnejn jintgħażlu tliet lokalitajiet.
Dawn huma Ħamrun, Dingli u San Lawrenz.
Il-Kunsilli Lokali ta’ dawn il-lokalitajiet diġà ngħataw 25,000 Euro kull wieħed u issa qed jaħdmu bl-għajnuna ta’ esperti u b’konsultazzjoni mar-residenti biex ifasslu l-istrateġiji.
L-istrateġiji għandhom ikunu lesti sal-aħħar ta’ Marzu 2010.
Għajnuna finanzjarja għall-ingaġġ ta' facilitators
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet tammonta l-għajnuna finanzjarja diretta mogħtija matul l-aħħar 12-il xahar lill-iskejjel privati sabiex dawn ikunu jistgħu jingaġġaw il-facilitators meħtieġa sabiex jgħinu lit-tfal bi bżonnijiet speċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ammont imħallas taħt l-iskema Learning Support Assistants in Private Schools minn Jannar 2009 sa issa hu ta €3,939.90. Din l-iskema ma kenitx teżisti matul is-sena 2008.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-media li d-dokument tal-dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza ma jistax jinstab? F'każ li jiċħad dawn ir-rapporti, jista' jgħid fejn jinstab dan id-dokument? F'każ li jikkonferma dawn ir-rapporti jista' jgħid x'passi ħa l-Gvern biex dan id-dokument jinstab?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list sew fin-numru ta' pazjenti kif ukoll bħala data ta' l-operazzjonijiet għal:
a) strument fil-marrara?
b) strument fl-irkoppa?
ċ) kataretti?
Awtorità dwar it-Trasport — kumpanija tas-CVA u sistema tal-Park and Ride
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tħallas l-Awtorità dwar it-Trasport kull xahar lill-kumpanija CVA Technology Co Ltd għal tħaddim tas-sistema tas-CVA? Kemm tħallset din il-kumpanija sa minn meta bdiet topera s-sistema tas-CVA? Kemm huwa l-ammont li għandu dovut lil din il-kumpanija? Kemm ġiet tiswa lill-Gvern is-sistema tal-Park and Ride sa mill-bidu ta' l-operat tagħha? Kemm tilef bħala medja l-Gvern mit-tneħħija tal-V licence?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Karozzi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10667 u jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru tiegħu, mis-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u l-Artijiet u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet, awtoritajiet, entitajiet eċċ., li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid x'kien il-mudell ta' kull karozza li nxtrat u kemm kienet l-ispiża fuq kull waħda? Jista' jgħid għal min inxtrat kull waħda minn dawn il-karozzi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Applikazzjonijiet — skemi ta' inċentivi għall-intrapriżi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet li matul l-aħħar sena kkwalifikaw għall-iskema ta' inċentivi għall-intrapriżi biex jagħmlu awditjar tas-sistemi u użu tal-enerġija tagħhom, li kienet imħabbra fl-aħħar budget?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-ewwel tas-sena sa l-aħħar ta’ Settembru 2009 ikkwalifikaw 179 intrapriża għall-inċentivi biex jagħmlu awditjar tas-sistemi u użu tal-enerġija tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment li sar bejn Ottubru 2008 u Ottubru 2009 f'xogħol ta' upgrading taż-Żoni Industrijali? Jista' jagħti breakdown ta' dan l-investiment għal kull Żona Industrijali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-investiment li sar bejn Ottubru 2008 u Ottubru 2009 f’xogħol ta’ upgrading taż-Żoni Industrijali kien ta' €479,296.20, u kien kif ġej:
Lokal
Ammont
€
Bulebel
258,831.40
Kordin
84,222.21
San Ġwann
38,595.06
Ħal Far
37,224.30
Marsa
44,378.61
Xewkija
16,044.62
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħadet kuntratti tal-Gvern f'Għawdex il-kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fl-2006, 2007 u 2008? Tista' tagħti lista sħiħa ta' dawn ix-xogħlijiet? Kemm minnhom kienu b'tender jew le?
Tista' tgħid x'kien il-valur tal-kuntratt u x'kienet l-ispiża finali ta' kull tender li ngħatat lil din il-kumpannija fis-snin imsemmija?
Kunsill lokali tal-Mellieħa — BBQs fir-Ramla ta' l-Għadira
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li dan is-sajf ma ħalliex li jsiru BBQs fir-Ramla ta' l-Għadira?
Jista' l-Ministru jgħid x'titlu għandha l-kumpanija privata li qed tokkupa u topera minn parti mill-Ħal Far fire training grounds? Meta ingħatalha dan it-titlu? X'inhuma l-kundizzjonijiet li taħthom ingħatalha dan it-titlu? Dawn il-kundizzjonijiet huma miftuħa għal kumpaniji oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi peress li l-ftehim li hemm mal-kumpanija privata li qed topera parti mill-Ħal Far Fire Training Grounds ma sarx mat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, iżda sar mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern Ċentrali għax-xogħlijiet li hemm bżonn li jsiru fi Triq Merħba fil-Fgura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir skont l-prijoritajiet stabiliti. Il-Gvern hu kommes li jkompli jibni aktar toroq residenzjali kif diġà għamel b’mod effetiv mil-2007 lil’hawn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet li matul l-aħħar sena ikkwalifikaw għall-iskema ta' inċentivi għall-intrapriżi li lesti jinvestu fil-ġenerazzjoni ta' enerġija li tiġġedded u fl-użu aħjar tal-enerġija imħabbra fl-aħħar budget?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul l-2009 ġiet imniedija skema ta’ inċentivi għall-intrapriżi intenzjonata sabiex tgħin investiment fil-ġenerazzjoni ta' enerġija li tiġġedded, kif ukoll investiment f’inizjattivi li jnaqqsu sostanzjalment l-użu ta’ l-enerġija.
L-iskema konċernata jisimha “
ERDF Energy Grant Scheme
”. Din l-iskema għandha
budget
ta’ €10 miljuni.
Fl-ewwel sejħa ġew approvati 61 applikazzjonijiet. L-ammont totali ta’ għajnuna li ġiet approvata kienet ta’ €3,519,238.68.
It-tieni sejħa għalqet fit-tnejn ta’ Ottubru u daħlu 107 applikazzjonijiet. L-ammont totali mitlub kien ta’ €5,975,307.31 u dawn 1-applikazzjonijiet qegħdin jiġu evalwati.
Belt Valletta, l-Birgu, l-Imdina u ċ-Ċittadella — restawr ta' swar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fl-aħħar sena b'mod separat fuq ir-restawr tas-swar tal-Belt Valletta, l-Birgu, l-Imdina u ċ-Ċittadella f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-nefqa fl-aħħar sena fuq ir-restawr tas-swar kienet skont kif ġej:
Il-Belt Valletta
xogħol fuq is-swar ta’ Santa Barbra u ta’ Marsamxett
€125,000
xogħol fuq is-sur ta' San Kristofru (taħt il-qanpiena tal-Assedju)
€61,725
Mdina
tisħiħ tal-pedamenti u restawr tas-sur fiz-zona ta' taħt il-pjazza tal-Kunsill
€405,683
Rigward il-proġett ta’ l-Imdina irid jingħad li dan hu ko-finanzjat mill-EEA u n-Norway Grants.
Għalkemm fil-Birgu u ċ-Ċittadella ma kienx hemm infiq dirett, sar ħafna xogħol preparatorju għal ħruġ ta’ sejħiet għal offerti ta’ xogħol li ser jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.