Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar it-Trasport — kumpanija tas-CVA u sistema tal-Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11281u jgħid kemm qed tħallas l-Awtorità dwar it-Trasport kull xahar lill-kumpanija CVA Technology Co Ltd għal tħaddim tas-sistema tas-CVA? Kemm tħallset din il-kumpanija sa minn meta bdiet topera s-sistema tas-CVA? Kemm huwa l-ammont li għandu dovut lil din il-kumpanija? Kemm ġiet tiswa lill-Gvern is-sistema tal-Park and Ride sa mill-bidu ta' l-operat tagħha? Kemm tilef bħala medja l-Gvern mit-tneħħija tal-V licence?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT tħallas medja ta’ €150,000 fix-xahar lill-kumpanija CVA Technology Co Ltd għat-tħaddim tas-sistema tas-CVA. L-ammont li tħallas lill din il-kumpanija minn meta bdiet topera s-sistema tas-CVA huwa ta’ €4,229,061 filwaqt li l-ammont dovut lil din il-kumpanija sa’ nofs Ottubru 2009 huwa ta’ €763,942. Dwar is-sistema tal- Park and Ride jien infurmat li mill-bidu tagħha din ġiet tiswa lill-Gvern €2,005,748. Fil-każ tal- V Licence , bħala medja l-Gvern tilef €1,400,000 fis-sena. Dan il-proġett kellu mpatt posittiv sostanzjali fuq il-komunita kummerċjali tal-Belt. Filwaqt li qabel ma daħlet is-sistema tas-CVA kien hemm biss madwar 33,000 vettura li setgħu jidħlu l-Belt, fl-2009 kien hemm medja ta’ aktar minn 70,000 ‘vettura unika’ fix-xahar li daħlet il-Belt. Ifisser li qlajna mill-Belt dawk il-karozzi li kienu jipparkjaw ġurnata sħiħa u tajna spazju lil ħafna aktar karozzi li daħlu għal qadi, xiri u divertiment. Bl-istess mod, is-sistema tal- Park and Ride hija nvestiment minn naħa tal-Gvern pero fissret soluzjoni għal kull min irid jidħol il-Belt għal ħin ftit twil.
Leg 11 PQ #11829 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vincenz de Paule — Anzjana li mietet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx infetħet investigazzjoni dwar rapport li kien deher f'gazzetta lokali f'Settembru 2008 dwar anzjana ta' 81 sena li mietet f'San Vincenz de Paule u li tpoġġiet fil-kamra mortwarja ta' l-istess sptar fuq mejda ta' l-injam, b'rasha sserraħ fuq landa tat-tip li jintużaw biex fihom jinżamm l-ilma jew xi tip ta' likwidu ieħor bħal diesel? Jekk infetħet din l-investigazzjoni, x'irriżulta u x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11830 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

shooting ranges f'Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

L-effett ta' ċittadinanza doppja f'termini fiskali fi kwestjonijiet ta' wirt

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Mnistru tal-Affarijiet Barranin jgħid kif persuna li jkollha ċittadinanza doppja jew li tirrinunzja ċ-ċittadinanza Maltija biex tieħu ċ-ċittadinanza ta' pajjiż ieħor, tkun affettwata f'termini fiskali fi kwestjonijiet ta' wirt?

Response (BORG, TONIO)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Entità għall-għajnuna tal-intrapriżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar sabiex titwaqqaf entità waħda minn fejn tingħata l-għajnuna kollha u s-servizzi marbutin mal-interpriżi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-deċizjoni sabiex il-Malta Enterprise twaqqaf entità sabiex tindirizza l-bżonnijiet tal-industrija u l-intrapriża ttieħdet ftit tal-ġimgħat ilu, u għaldaqstant il-pjanifikar għat-twaqqif ta’ din l-entità għadu qed isir. Il-Malta Enterprise ser tkun f’pożizzjoni li tispjega aktar dwar it-twaqqif tal-entità fil-ġimgħat li ġejjin.

restawr ta' faċċati ta' binijet residenzjali — applikazzjonijet għall-iskema

Question

Jista' l-Ministrun jgħid fl-aħħar 12-il xahar kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-iskema ta' darba għar-restawr tal-faċċati ta' binjiet residenzjali li nbnew qabel l-1950, bi preferenza għal dawk skedati, fil-qalba tal-ibliet u l-irħula? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu aċċettati? Kemm hija s-somma ta' flus minfuqa issa fuq din l-iskema?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għaqdiet volontarji — skema biex jingħataw lura 15.25%

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar 12-il xahar kenitx imnedija skema fejn l-għaqdiet volontarji fil-lokalitajiet jingħataw lura għotja ta' 15.25% fuq l-infieq tagħhom, korroborat bl-irċevuti fiskali? F'każ li iva, kemm kienu l-għaqdiet li bbenefikaw u kemm hija s-somma ta' flus involuta s'issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skema għal-‘Għotjiet lill-Organizzazzjonijiet Volontarji fuq spejjeż marbuta ma’ Attivitajiet, Proġetti u Inizjattivi fil-lokalitajiet’, sabiex organizzazzjonijiet volontarji jkunu jistgħu jingħataw għotja ta’ 15.25% sa massimu ta’ Euro 5,000 fuq spejjeż konnessi ma’ attivitajiet, proġetti u inizjattivi li dawn l-organizzazzjonijiet jagħmlu fil-lokalitajiet għall-ġid tal-komunità kienet ġiet ippubblikata bħala Avviż Nru 21 fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta’ Jannar, 2009. Sal-lum ma applika ħadd għal din l-iskema. Kopja ta’ din l-iskema tinstab fuq il-website tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Leg 11 PQ #11541 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħal Far Fire Training Grounds

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10925 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid x'titlu għandha l-kumpanija privata li qed tokkupa u topera minn parti mill-Ħal Far Fire Training Grounds? Meta ngħatalha din it-titlu? X'inhuma l-kundizzjonijiet li taħthom ingħatalha dan it-titlu? Dawn il-kundizzjonijiet huma miftuħa għal kumpaniji oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi permezz ta’ ftehim iffirmat fis-7 ta’ April 2000, kumpanija privata ġiet mogħtija l-jedd li tuża is-servizzi u l-faċilitajiet fil-Fire Fighting Training Grounds li hemm fil-Fire Station ta’ Ħal Far. Dan il-ftehim li sar fil-presenza tan-Nutar tal-Gvern, kien awtorizza lil din il-kumpanija privata li topera għal perjodu ta’ erba’ snin mid-data tal-iffirmar; dan il-ftehim seta’ jiġi awtomatikament imġedded kull tliet snin wara l-ewwel perjodu. Il-kundizzjonijiet jinsabu elenkati fil-ftehim imsemmi. Infurmat ukoll illi sa issa ma hemm ebda kumpanija oħra li għandha ftehim simili.

Fgura, Triq Merħba — Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11164, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li jridu jsiru fi Triq Merħba, l-Fgura humiex ikkunsidrati bħala prijorità u jekk teżistix data ta' meta huwa maħsub li jibdew ix-xogħlijiet li hemm bżonn li jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 11164.

Ċertifikati biex persuni isuqu bastimenti ta' ċertu tul

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-proċeduri ta' kif jinħarġu ċ-ċertifikati biex persuni isuqu bastimenti ikbar minn 24 metru? Persuni li għandhom ċertifikat biex isuqu bastimenti inqas minn dan il-qies xi proċeduri iridu jagħmlu biex jiksbu ċ-ċertifikat imsemmi? Jista' l-Ministru jagħti stampa ta' kif jaħdem il-metodu bejn l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-MCAST rigward l-eżami biex wieħed jikseb iċ-ċertifikat konċernat? Jaf il-Ministru li ftit żmien ilu sar l-eżami msemmi u min qagħad għal dan l-eżami ġie mgħarraf biss xi ġurnata u nofs qabel? Jeżisti xi ftehim bejn l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-kumpaniji tal-cruises li joperaw f'Malta rigward xi dokument li bih wieħed jista' jsuq bastiment inqas minn 50 metru? Veru li se tinbidel din il-proċedura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kalkara — yacht marina

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-yacht marina tal-Kalkara?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif diġà ħabbret l-Awtorità Marittima fix-xhur li għaddew, l-istudji tekniċi li saru jindikaw li floating breakwater ma jipprovdix il-livelli meħtieġa ta’ kenn ghal marina permanenti. Dan minħabba, li f’każ ta’ mewġ kkawżati minn imbatt mill-Grigal, il-marina f’dan is-sit ma tkunx protetta b’mod adegwat. Barra min hekk, l-impatt ekonomiku u ambjentali ta’ breakwater fiss ikun kbir wisq biex ikun ikkunsidrat. Għaldaqstant, dan is-sit ma ġiex rakkomandat għal aktar konsiderazzjoni għall-iżvilupp ta’ marina permanenti.

Sa Maison — yacht Marina

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-yacht marina fin-naħa ta' Sa Maison?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità Marittima qed tiffinalizza it-tender sabiex isir l-Environmental Impact Assessment relatat mal-iżvilupp tal-marina ġewwa Sa Maison.

Tagħrif dwar it-Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investiment sar fl-aħħar 12-il xahar fit-tagħrif li jingħata l-pubbliku sabiex tkun faċilitata bidla favur l-użu tat-trasport pubbliku minflok il-karozza privata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

General Accounting Principles for Small Enterprises

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar 12-il xahar iddaħħlux il-General Accounting Principles for Small Enterprises sabiex jitħaffef il-piż żejjed li qiegħed jintefa' fuq dawn l-intrapriżi permezz tal-International Financial Reporting Standards?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l- General Accounting Principles for Smaller Entities daħlu fis-seħħ fl-ewwel ta’ Jannar 2009 permezz tal- Avviż Legali numru 51 tal-2009 maħruġ taħt l-Accountancy Profession Act ippubblikat fis-suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern datata 24 ta’ Frar, 2009.

Skejjel b'ċentri għal matul il-jum

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm jeżistu bħalissa skejjel b'ċentri ta' matul il-jum għat-tfal u fejn jinsabu? X'inhuma l-pjanijiet f'dan ir-rigward għax-xhur li ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa hemm tlett ċentri tal-Istat u ħdax-il skola privata li għandhom Ċentri ta’ matul il-Jum għat-tfal, li huma hekk: Skejjel tal-Istat Post Raħal Ġdid Għargħur Ħal Luqa Skejjel Privati Isem tal-iSkola Post Chiswick House School Kappara Fleurette School of Montessori Kappara Little Angels School Birkirkara Niki’s Nursery School Sliema San Andrea School Żebbiegħ San Anton School Żebbiegħ St. Catherine’s High School Pembroke St. Cecilia’s Kindergarten Attard St. Cecilia’s Kindergarten Tarxien Thi Lakin School Attard Victoria Nursery School Naxxar Fil-futur qrib ser jinfetaħ iehor fl-iskola primarja tas-Siġġiewi.

Għaqdiet sportivi — sports leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' skemi ġodda ta' assistenza lill-għaqdiet sportivi kienu introdotti fl-aħħar 12-il xahar sabiex sportivi ta' livell nazzjonali li jaħdmu mal-Gvern jingħataw sports leave?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’Marzu li għadda il-Gvern nieda skema magħrufa bħala ‘20/20 Sports Training Scheme’ għall-impjegati tas-Servizz Pubbliku, li jinkludu ħaddiema impjegati direttament mal-Gvern u ħaddiem oħra li huma impjegati ma’ korporazzjonijiet u Awtoritajiet tal-Gvern. L-iskema bdiet bħala proġett pilota mal-Kumitat Olimpiku bi preprazzjoni għall-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’Ġunju li għadda f’Ċipru kif ukoll mal-Malta Football Association. Fil-preżent il-proġett għadu għaddej ma’ numru ta’ assoċċjazzjonijiet sportivi. Sadanittant il-Gvern baqa’ għaddej ukoll bl-iskema ta’ sports leave għall-impjegati tiegħu fejn jingħataw leave bi ħlas għall-attivitajiet sportivi fuq livell internazzjonali kemm ta’ klabb kif ukoll fuq livell ta’ Nazzjonal li jinżammu barra minn Malta.
Leg 11 PQ #11459 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

PET scan finanzjat mill-Gvern Svizzeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar matul l-aħħar 12-il xahar biex il-PET scan ikun finanzjat mill-Gvern Svizzeru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11460 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentru tal-Onkoloġija ġdid — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spiża saret matul l-aħħar 12-il xahar relatata mal-bini taċ-ċentru speċjalizzat tal-onkoloġija ġdid?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.