Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12277 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentru tal-Onkoloġija ġdid — spiża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11460 u jgħid xi spiża saret matul l-aħħar 12-il xahar relatata mal-bini taċ-ċentru speċjalizzat tal-onkoloġija ġdid?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li matul l-aħħar 12-il xahar, l-ispiża relatata mal-bini taċ-ċentru speċjalizzat tal-onkoloġija kienet €65,914.70 (inkluż il-VAT).
Leg 11 PQ #12278 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dokument tad-dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11779 u 11168 u jikkonferma rapporti li dehru fil-media li d-dokument tad-dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza ma jistax jinstab? F'każ li jiċħad dawn ir-rapporti, jista' jgħid fejn jinsab dan id-dokument? F'każ li jikkonferma dawn ir-rapporti, jista' jgħid x'passi ħa l-Gvern biex dan id-dokument jinstab?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li dawn id-dokumenti jinsabu fil-Biblioteka Nazzjonali. 1. Il-Warrant Rjali li nħareġ b’ordni tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II fit-2 ta’ Settembru 1964 fejn ġew mogħtija u assenjati l-Armorial Ensigns lil Malta. 2. Il-Proklama maħruġa fl-1 ta’ Jannar 1965 mill-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II tawtorizza l-użu uffiċjali tat-titlu “Reġina ta’ Malta”. Letters patent tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II, iffirmati minnha, tawtorizza lil Prince Philip, id-Duka ta’ Edinburgh, biex jiftaħ l-ewwel Parlament Malti taħt il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza.
Leg 11 PQ #12279 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vincenz de Paule — Anzjana li mietet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11829 u jgħid jekk kenitx infetħet investigazzjoni dwar rapport li kien deher f'gazzetta lokali f'Settembru 2008 dwar anzjana ta' 81 sena li mietet f'San Vincenz de Paule u li tpoġġiet fil-kamra mortwarja ta' l-istess sptar fuq mejda ta' l-injam, b'rasha sserraħ fuq landa tat-tip li jintużaw biex fihom jinżamm l-ilma jew xi tip ta' likwidu ieħor bħal diesel? Jekk infetħet din l-investigazzjoni, x'irriżulta u x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12280 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Liġi ta' l-adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7981 u jgħid x'passi se jieħu l-Gvern wara d-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali riċentement dwar kif il-Liġi ta' l-Adozzjoni fil-preżent tmur kontra d-drittijiet ta' koppji miżżewġin li jkunu jridu jadottaw tfal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

MCAST — National Diploma in Sports and Excercise - kors terzjarju

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11898, tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li fil-futur immedjat jittieħdu l-passi meħtieġa biex studenti tal-MCAST li jsegwu kors tan-National Diploma in Sports and Excercise ikunu jistgħu jkomplu l-edukazzjoni terzjarja fl-Università ta' Malta u ma jkollhomx għalfejn imorru f'universitajiet fl-Ingliterra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST joffri korsijiet f’livelli differenti ta’ kompetenza. L-istudenti jirċievu diploma rikonoxxuta għal kull kors li jtemmu b’suċċess. Għaldaqstant, kuntrarju għal dak li normalment jiġri fl-universitajiet, u tipikament għal dak li jiġri f’kulleġġi tal- Further Education bħalma hu l-MCAST, uħud biss mill-korsijiet li joffri l-MCAST se jwasslu għad- Degree . Tajjeb jingħad li l-MCAST introduċa numru ta’ Degrees f’erba' mid-disa’ istituti f’Ottubru 2009. Il-kors li toffri l-Università ta’ Malta u li għandu rabta mal-isport huwa dak għall-għalliema.

Ċertifikati biex persuni isuqu bastimenti ta' ċertu tul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11543 u jispjega l-proċeduri ta' kif jinħarġu ċ-ċertifikati biex persuni isuqu bastimenti ikbar minn 24 metru? Persuni li għandhom ċertifikat biex isuqu bastimenti inqas minn dan il-qies xi proċeduri iridu jagħmlu biex jiksbu ċ-ċertifikat imsemmi? Jista' l-Ministru jagħti stampa ta' kif jaħdem il-metodu bejn l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-MCAST rigward l-eżami biex wieħed jikseb iċ-ċertifikat konċernat? Jaf il-Ministru li ftit żmien ilu sar l-eżami msemmi u min qagħad għal dan l-eżami ġie mgħarraf biss xi ġurnata u nofs qabel? Jeżisti xi ftehim bejn l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-kumpaniji tal-cruises li joperaw f'Malta rigward xi dokument li bih wieħed jista' jsuq bastiment inqas minn 50 metru? Veru li se tinbidel din il-proċedura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12175 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet fuq skema għar-restawr

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar 12-il xahar, kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-iskema ta' darba għar-restawr tal-faċċati ta' binjiet residenzjali li nbnew qabel l-1950, bi preferenza għal dawk skedati, fil-qalba tal-ibliet u l-irħula? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu aċċettati? Kemm hija s-somma ta' flus minfuqa s'issa fuq din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tagħrif dwar it-Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11466 u jgħid x'investiment sar fl-aħħar 12-il xahar fit-tagħrif li jingħata l-pubbliku sabiex tkun faċilitata bidla favur l-użu tat-trasport pubbliku minflok il-karozza privata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsamxett — moll għall-cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11463 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-moll għall-cruiseliners fil-Port ta' Marsamxett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-possibilita' li jsir żvilupp ta' Cruise Liner Berth u Terminal fil-Port ta' Marsamxett hija nkorporata fil-pjanijiet tal-proġett ta' Sant'Iermu. Waqt illi il-viabilita tal-moll fih innifsu giet stabilita, l-iżvilupp tal-moll hu dipendenti mir-riabilitazzjoni u żvilupp ta' Sant'Iermu.

Bus stops u vened — investiment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11467 u jgħid x'kienet l-ispiża fl-aħħar 12-il xahar fuq investiment fil-kwalità u l-aċċessibilità tal-vened u l-bus stops?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ir-responsabbiltà għaż-żamma tal-postijiet fejn jirkbu l-passiġġieri għall-karozzi tal-linja hi f'idejn il-kunsilli lokali. Madankollu qed jitħejja programm t'investiment fil-kwalità u l-aċċessibilità ta' dawn il-postijiet li se jkun iffinanzjat mill-ADT. Dwar x'xogħol li sar fil-perjodu li qed jirreferi għalih, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11925 u 11461 u jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma' a) Triq Valletta fiż-Żurrieq? b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa? ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq? d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt? e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa? f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11461 u jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma' a) Triq Valletta fiż-Żurrieq? b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa? ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq? d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt? e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa? f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

L-effett ta' ċittadinanza doppja f'termini fiskali fi kwestjonijiet ta' wirt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif persuna li jkollha ċittadinanza doppja jew li tirrinunzja ċ-ċittadinanza Maltija biex tieħu ċ-ċittadinanza ta' pajjiż ieħor, tkun affettwata f'termini fiskali fi kwestjonijiet ta' wirt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif jiġi ntaxxat trasferiment ta’ proprjetà f’Malta li ġiet akkwistata permezz ta’ wirt mhuwiex iddeterminat miċ-ċittadinanza u lanqas mill-fatt jekk il-persuna li qed titrasferixxi hix residenti Malta jew le. Jekk il-proprjetà intirtet qabel il-25 ta’ Novembru 1992 hemm taxxa finali ta’ 7% fuq il-valur tat-trasferiment (li huwa l-ogħla mill-prezz tal-bejgħ u l-valur tas-suq). Jekk il-proprjetà intirtet wara l-24 ta’ Novembru 1992 it-taxxa hija 12% finali tad-differenza bejn il-valur iddikjarat causa mortis u l-valur tat-trasferiment. Jekk il-proprjetà tinstab barra minn Malta l-istorja hija differenti. Persuna li hija residenti u domiċiljata Malta li tbiegħ proprjetà li ntirtet qabel il-25 ta’ Novembru 1992 tħallas taxxa finali ta’ 7% fuq il-prezz tal-bejgħ. Jekk il-proprjetà intirtet wara l-24 ta’ Novembru 1992 it-taxxa fuq il-bejgħ tinħadem bir-rati normali sa massimu ta’ 35% fuq il-qligħ kapitali. Persuna li hija jew mhux residenti jew mhux domiċiljata Malta ma tħallasx taxxa fuq il-qligħ kapitali jekk il-proprjetà tkun barra minn Malta. Meta tinbiegħ proprjetà f’Malta minn persuna li mhux ċittadin Malti jew mhux residenti Malta, in-Nutar irid jitlob awtorizzazzjoni biex jagħmel il-kuntratt xahrejn qabel.
Leg 11 PQ #11846 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Għarb - Mushroom farm

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar l-applikazzjoni għal mushroom farm fl-Għarb Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11847 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għarb - Mushroom farm

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar l-applikazzjoni għal mushroom farm fl-Għarb Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

MCAST — National Diploma in Sports and Excercise - kors terzjarju

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif jistgħu studenti tal-MCAST li jsegwu kors ta' National Diploma in Sports and Excercise ikomplu bl-edukazzjoni terzjarja tagħhom wara li jtemmu dan il-kors l-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

S’issa dawn l-istudenti jistgħu jkomplu bl-edukazzjoni terzjarja tagħhom billi jmorru f’universitajiet fl-Ingilterra li jaċċettawhom jidħlu għal programm ta’ degree b’din id-diploma.
Leg 11 PQ #11923 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

PET scan finanzjat mill-Gvern Svizzeru

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11459 u jgħid xi progress sar matul l-aħħar 12-il xahar biex il-PET scan ikun finanzjat mill-Gvern Svizzeru?

Response (DALLI, JOHN)

Wara ħafna konsultazzjonijiet ma’ esperti fuq il-PET scan il-Ministeru għall-Politika Soċjali fassal ‘outline proposal’ li l-‘Planning and Priorities Co-ordination Division’ bagħtet lill-awtoritajiet fl-Isvizzera fl–14 ta’ April 2008. Irċevejna risposta fis-16 ta’ Frar 2009 fejn l-awtoritajiet Svizzeri infurmawna li din l -outline proposal ġiet approvata. Informat li l-Ministeru baqa’ jizvilupppa fuq il- proposal biex fis-26 ta’ Ġunju 2009 intbagħtet il-‘ FINAL Proposal ’. Qiegħdin nistennew mingħand il-Gvern Żvizzeru biex din tiġi approvata u jibda l-proċess biex jigi iffirmat l- agreement .
Leg 11 PQ #11924 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentru tal-Onkoloġija ġdid — spiża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11460 u jgħid xi spiża saret matul l-aħħar 12-il xahar relatata mal-bini taċ-ċentru speċjalizzat tal-onkoloġija ġdid?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11779 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dokument tal-dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11168 u jikkonferma rapporti li dehru fil-media li d-dokument tal-dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza ma jistax jinstab? F'każ li jiċħad dawn ir-rapporti, jista' jgħid fejn jinstab dan id-dokument? F'każ li jikkonferma dawn ir-rapporti jista' jgħid x'passi ħa l-Gvern biex dan id-dokument jinstab?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11780 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting lists għall-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11280 u jgħid x'inhi l-waiting list sew fin-numru ta' pazjenti kif ukoll bħala data ta' l-operazzjonijiet għal: a) strument fil-marrara? b) strument fl-irkoppa? ċ) kataretti?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li numru ta' pazjenti fuq il-waiting list għall-interventi msemmija sa l-aħħar ġimgħa ta' Ġunju / l-ewwel ġimgħa ta' Lulju 2009 huwa hekk :- i) strument fil-marrara (Laparoscopic Cholecystectomy) : 419 ii)strument fl-irkoppa (Arthroscopy Knee) : 3,749 iii)kataretti (Cataract Surgery) : 5,628 Ta' min jinnota li l-appuntamenti li jmiss jiddependi skond l-urġenza tal-każ. Bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex il-waiting list jiġu ċentrallizzati. Għalhekk jista' jkun hemm xi varjazzjoni fil-figuri ikkwotati f'din it-tweġiba.