Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12773 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħa mas-Sindku ta' Taormina

Question

Jista' l-Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma storja li dehret f'gazzetta lokali dwar kif Ministru partikolari tal-Gvern tiegħu talab laqgħa mas-Sindku ta' Taormina? Jekk huwa minnu li saret din it-tajba, jista' jgħid jekk huwa kienx informat minn qabel u jekk din it-talba saritx b'mod uffiċjali jew le? Jekk ma kienx informat b'din it-talba, jista' jgħd jekk tkellimx mal-Ministri kollha tiegħu dwar din l-istorja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-waqt li niġbed l-attenzjoni li mhijiex il-funzjoni tiegħi li niċħad jew nikkonferma l-istejjer li jiġu pubblikati fil-gazzetti, madankollu niddikjara li jiena m’inhix infurmat b’xi talba li saret kif rappurtat.

Benefiċċji tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk min jieħu l-benefiċċji tal-enerġija hux se jkunu intitolat ukoll għall-kumpens imħabbar fil-budget marbut maż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11779 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dokument tal-dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11168 u jikkonferma rapporti li dehru fil-media li d-dokument tal-dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza ma jistax jinstab? F'każ li jiċħad dawn ir-rapporti, jista' jgħid fejn jinstab dan id-dokument? F'każ li jikkonferma dawn ir-rapporti jista' jgħid x'passi ħa l-Gvern biex dan id-dokument jinstab?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12278.
Leg 11 PQ #11846 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Għarb - Mushroom farm

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar l-applikazzjoni għal mushroom farm fl-Għarb Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda policy speċifika li tirregola biss il-“Mushroom farms”. Dawn huma regolati b’ġabra ta’ policies li japplikaw għall-inħawi li jinsabu ‘l barra miż-żoni indikati għall-iżvillup urban. Hemm ukoll proċeduri ambjentali, bħal ngħidu aħna Environmental Impact Assessments (EIA’s), li jistgħu jkunu rilevanti skond il-merti tal-każ.

Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12275, 11925 u 11461 u jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma' a) Triq Valletta fiż-Żurrieq? b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa? ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq? d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt? e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa? f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12558 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vincenz de Paule — anzjana li mietet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12279 u 11829 u jgħid jekk kenitx infetħet investigazzjoni dwar rapport li kien deher f'gazzetta lokali f'Settembru 2008 dwar anzjana ta' 81 sena li mietet f'San Vincenz de Paule u li tpoġġiet fil-kamra mortwarja ta' l-istess sptar fuq mejda ta' l-injam, b'rasha sserraħ fuq landa tat-tip li jintużaw biex fihom jinżamm l-ilma jew xi tip ta' likwidu ieħor bħal diesel? Jekk infetħet din l-investigazzjoni, x'irriżulta u x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12559 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Liġi ta' l-Adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12280 u 7981 u jgħid x'passi se jieħu l-Gvern wara d-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali riċentement dwar kif il-Liġi ta' l-Adozzjoni fil-preżent tmur kontra d-drittijiet ta' koppji miżżewġin li jkunu jridu jadottaw tfal?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li qed jiġu mħejjija emendi għall-artiklu tal-kodiċi ċivili ta' Malta pertinenti għal-każ u għad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta ta' April 2009.
Leg 11 PQ #12560 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

shooting ranges f'Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12276 u 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12561 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet fuq skema għar-restawr

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12175 u jgħid fl-aħħar 12-il xahar, kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-iskema ta' darba għar-restawr tal-faċċati ta' binjiet residenzjali li nbnew qabel l-1950, bi preferenza għal dawk skedati, fil-qalba tal-ibliet u l-irħula? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu aċċettati? Kemm hija s-somma ta' flus minfuqa s'issa fuq din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-iskema li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant mhix fis-seħħ.

membri tal-bord tad-diretturi tal-MIMCOL — benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri attwali tal-bord tad-diretturi tal-MIMCOL? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2704.
Leg 11 PQ #12384 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema tal-Ispiżjar tal-Għażla tiegħek — mediċina

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bħala parti mill-Iskema l-Ispiżjar tal-Għażla tiegħek, kienx hemm mediċina ritornata lura mingħad l-ispiżjara għaliex kienet skaduta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12447 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

żjara mal-Ammirall Ciampaolo di Paola

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'kien l-iskop taż-żjara ta' l-Ammirall Ciampaolo di Paola f'pajjiżna fil-jiem li għaddew u x'kien diskuss waqt laqgħat li kellu miegħu u mal-Ministru tal-affarijiet Barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Qtugħ ta' dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma sena b'sena mis-sena 2004 sas-sena 2008 u matul l-ewwel għaxar xhur tal-2009? Kemm kien hemm persuni fl-istess perjodu li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Għarb - Mushroom farm

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar l-applikazzjoni għal mushroom farm fl-Għarb Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Pembroke — manutenzjoni fi Triq il-Mediterran

Question

Jista l-Ministru jgħid x'ihuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex ikunu rranġati kemm it-triq kif ukoll il-bankina li minn Triq il-Mediterran f'Pembroke tagħti għall-faċilitajiet sportivi ta' Pembroke Athleta? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex fit-toroq ta' dawn l-inħawi li jagħtu għall-faċilitajiet sportivi ta' Pembroke Athleta jitwassal id-dawl elettriku minħabba li bħalissa meta jidlam ikun hemm dlam ċappa? Dan anke fid-dawl ta' attivitajiet li se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin b'rabta mal-ftuħ uffiċjali tal-faċilitajiet sportivi ta' Pembroke Athleta.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Proġett tat-Triq tal-Għadira — pre-project infringements

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li kienet l-Unjoni Ewropea li waqqfet il-proġett tat-Triq tal-Għadira minħabba pre-project infringements?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura. Trasport u Komunikazzjoni — Mobile phones u fixed lines

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-2008 ‘l hawn, l-impjegati li xi darba kellhom jew għad għandhom żewġ linji tal-mobile u/jew żewġ linji tat-telefon fiss kienu/huma il-Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru tiegħi, s-Segretarju privat tiegħi u l-ko-ordinatur tal-Komunikazzjoni tal-Ministeru, kif ukoll iċ-Chairman, iċ-Chief Financial Officer u l-Financial Controller ta’ l-Enemalta. Ninsab infurmat li l-ammont imħallas kull xahar mill-2008 sa Settembru 2009 kien kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Eureka Services Ltd. — ħlas mingħand il-gvern

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd., jista' l-Mininstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8675 u jinforma kemm kien l-ammont ta' ħlas li l-Gvern ħallas lil kumpanija għas-servizzi li din tat lill-Gvern matul is-sena 2001 sas-sena 2009 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #12276 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

shooting ranges f'Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.