B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7198, jista' l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet u r-responsabilità tas-sitt konsulenti li jaħdmu fi ħdan l-uffiċċju tiegħu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12875, 12557, 12275, 11925 u 11461 u jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma'
a) Triq Valletta fiż-Żurrieq?
b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa?
ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq?
d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt?
e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa?
f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12772 u jgħid kemm huma l-anzjani li se jitilfu l-għajnuna supplimentari minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja mħabbra fl-aħħar budget?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12815 u jgħid kemm daħlu u sorġew cruiseliners f'Għawdex din is-sena? Kemm kien hemm passiġġieri fuqhom?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12872 u 12384 u jikkonferma jekk bħala parti mill-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek, kienx hemm mediċina ritornata lura mingħad l-ispiżjara għaliex kienet skaduta? Kemm kien l-ammont?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-familji li minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja mħabbra fl-aħħar budget, se jibdew iħallsu l-income tax jew se jinqabdu f'kategorija ogħla ta' income tax?
Response (FENECH, TONIO)
Mhux possibli li tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant minħabba numru ta’ limitazzjonijiet;
1. id-dipartiment ma jiġborx informazzjoni bbazzata fuq familji iżda fuq individwi u koppji;
2. id-dħul ta’ individwi u koppji mhux limitat għall-
income
li ġej mill-impjieg biss imma jista jkollhom tħul ieħor bħal
part-time
, negozju, kirjiet eċċ.;
3. numru ta’ persuni jkunu bidlu l-impjieg tagħhom jew ikollhom żidied mhux neċessarjament marbuta ma' dak li jitħabbar fil-baġit;
4. l-informazzjoni fuq l-2010 tasal biss għand id-dipartiment fl-2011 filwaqt li l-informazzjoni għas-sena 2009 hi waħda parzjali.
Min-naħa l-oħra tajjeb wieħed jiċċara li jekk xi ħadd kien jaqa’ taħt it-
treshhold
ta’ € 8,500 f’każ ta’
single
jew € 11,900 f’każ ta’ komputazzjoni konġunta, hija biss il-parti li taqbeż dak l-ammont li tiġi intaxxata u qatt itħul kollu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7975, 6536 u 7363 u jgħid kemm kien hawn persuni li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma sena b'sena mis-sena 2004 sas-sena 2008 u matul l-ewwel xahrejn ta' l-2009? Kemm kien hemm persuni fl-istess perijodu li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12384 u jikkonferma jekk bħala parti mill-Iskema l-Ispiżjar tal-Għażla tiegħek, kienx hemm mediċina ritornata lura mingħad l-ispiżjara għaliex kienet skaduta? Kemm kien l-ammont?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12447 u jinforma lill-Kamra x'kien l-iskop taż-żjara ta' l-Ammirall Ciampaolo di Paola f'pajjiżna fil-jiem li għaddew u x'kien diskuss waqt laqgħat li kellu miegħu u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskop taż-żjara tal-Ammirall Giampaolo di Paola f’pajjiżna fil-jiem li għaddew kienet waħda ta’ rutina, żjara li seħħet wara li Malta irrijattivat l-isħubija tagħha fil-Partnership for Peace.
Il-laqgħat li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu żjara ta’ kortesija qasira li l-Ammirall Giampaolo di Paola għamel lill-Prim Ministru (billi l-Forzi Armati ta’ Malta jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu) u żjara ta’ kortesija qasira oħra lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin.
Id-diskussjoni fiż-żewġt laqgħat ta’ kortesija ttrattat is-sitwazzjoni internazzjonali u l-benefiċċji għall-Forzi Armati Maltin bis-sħubija fil-
Partnership for Peace
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12558, 12279 u 11829 u jgħid jekk kenitx infetħet investigazzjoni dwar rapport li kien deher f'gazzetta lokali f'Settembru 2008 dwar anzjana ta' 81 sena li mietet f'San Vincenz de Paule u li tpoġġiet fil-kamra mortwarja ta' l-istess sptar fuq mejda ta' l-injam, b'rasha sserraħ fuq landa tat-tip li jintużaw biex fihom jinżamm l-ilma jew xi tip ta' likwidu ieħor bħal diesel? Jekk infetħet din l-investigazzjoni, x'irriżulta u x'passi ttieħdu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fil-każ konċernat kienet infetħet investigazzjoni nterna li wasslet għall-passi dixxiplinari kontra l-impjegati.
Informat ukoll li l-Bord ta' Dixxiplina kien sab li l-akkużat bħala ħati ta' negliġenza gravi waqt il-qadi ta' dmiru u mġiba arroganti lejn il-pubbliku. L-impjegat kien ġie sospiż għall tliet ijiem fuq nofs paga.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12557, 12275, 11925 u 11461 u jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma'
a) Triq Valletta fiż-Żurrieq?
b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa?
ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq?
d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt?
e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa?
f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm suppost hemm għalliema tal-Physical Education fl-iskejjel primarji kollha t'Għawdex? Kemm hemm fil-preżent? Kemm qed ikollha ħin kull skola primarja f'Għawdex fil-preżent allokat għall-PE ta' kull ġimgħa? Kif jitqabbel il-ħin allokat għal-lezzjonijiet tal-PE fl-iskejjel primarja t'Għawdex illum mas-snin li għaddew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-postijiet f'Malta u f'Għawdex indikati bħala offroading sites? Kemm inħarġu permessi mis-sena 2000 sal-lum għall-avvenimenti ta' offroading?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se tkun l-ispiża fuq l-istallazzjoni ta' smart meters? Jista' jgħid jekk il-konsumatur hux se jintalab iħallas biex ikollu smart meter stallat u jekk se jintalab xi ħlas, dan il-ħlas se jkun l-istess għal kulħadd? Meta huwa maħsub li jibdew jitwaħħlu dawn l-ismart meters? Meta huwa maħsub li jintemm dan il-proċess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpens li se jingħata biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, imħabbar fil-baġit, hux se jkun taxxabli?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-familji li minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja mħabbra fl-aħħar budget, se jibdew iħallsu l-income tax jew se jinqabdu f'kategorija ogħla ta' income tax?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.