Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas kera għall-post li għandha fil-Mosta Technopark il-kumpanija li dettajli tagħha qed jingħataw separatament? Taħt liema policy ingħatat il-post in kwestjoni?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mhijiex ta' interess pubbliku u di piu hija informazzjoni ta' natura kummerċjalment sensittiva. Għalhekk tali informazzjoni ma tistax tingħata.
Palazz tal-President il-Belt — tenders għall-iscaffolding
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talba għall-offerti għall-iscaffolding li qed jintuża mal-faċċata tal-Palazz tal-President, il-Belt? F'każ li iva, meta ħarġu dawn l-offerti, min applika għalihom, min rebaħ it-tender u kemm huwa l-valur tax-xogħol li għandu jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kien hemm talba għall-offerti għall-iscaffolding imsemmi. L-offerti (Advert Ref. 50/2009) għalqu fil-5 ta’ Mejju 2009, u kien hemm 6 offerti skont kif ġej:
A+Building Services Ltd
Vaults Co. Ltd
BTY Scaffolding
EMM Ltd
Vassallo Builders Ltd
Dolphin Ind. Services
It-
tender
intrebaħ minn Vassallo Builders Ltd. Il-prezz kien ta’ Euro 42,025. Ta’ min jgħid li l-i
scaffolding
ser jibqa propjetà tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, hekk kif stipulat fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7198, jista' l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet u r-responsabilità tas-sitt konsulenti li jaħdmu fi ħdan l-uffiċċju tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
kumpens għaż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpens li se jingħata biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma mħabbar fil-budget, hux se jkun taxxabbli?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill Onor. Interpellant li l-metodu u l-perjodu ta' kif u meta se jingħata l-kumpens lill-familji qiegħdin jiġu mħejjija. Dan il-kumpens li se jingħata mhux se jkun taxxabbli.
Korporazzjoni Enemalta — kumpanija ta' avukati - konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — kumpanija ta' avukati - konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — kumpanija ta' avukati - konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament)?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra tibdil fil-liġi tal-famlija biex żgħażagħ li jagħlqu 18-il sena u li jkunu għadhom qed jistudjaw, jibqgħu jkunu intitolati għall-manteniment?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Bejjiegħa tal-laħam li bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm individwi fil-qasam tal-bejgħ tal-laħam li bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, kemm kienu dawn l-individwi bħala numru u kemm ibbenefikaw b'mod individwali f'kull każ?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti kollha relatati mar-riforma fit-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq vetturi kummerċjali mħabbra fl-aħħar budget?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant, li t-tibdil mħabbar fis-sistema tat-taxxa tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi M2, M3, N1, N2 u N3 ma jsirx permezz ta’ regolamenti iżda b’Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur.
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm numru ta' siringi b'xejn huma intitolati fix-xahar in-nies li jbatu mid-dijabete f'pajjiżna? Fuq liema bażi ġie stabbilit dan in-numru? Jikkonferma li s-sitwazzjoni preżenti qed toħloq diffikultajiet għal ċerti nies li jbatu mid-dijabete? Hemm xi pjan biex dan in-numru jiġi rivedut fiż-żmien li ġej?
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ttieħdet id-deċizjoni li l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq tingħata biss lill-persuni b'diżabilità li għandhom karozza awtomatika jew modifikata? Jikkonferma li iżda kien hemm numru ta' każijiet fejn l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq ingħatat lill-persuni b'diżabilità li kellhom karozza manual? Hemm xi ħsieb li l-Gvern jikkunsidra li min għandu diżabilità li tippermettilu li jsuq karozza manual biss ikollu wkoll eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?
Malta Enterprise — chairman - safriet relatati max-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il safra relatati ma' xogħol għamel iċ-chairman tal-Malta Enterprise mill-ħatra tiegħu sal-lum? Fejn kienu dawn is-safriet? Kemm swew dawn is-safriet? Jista' jindika jekk dawn is-safriet sarux għall-avvenimenti partikolari (u fil-każ isemmi liema) jew jekk hux għal laqgħat ma' kumpaniji partikolari? Kemm saru kuntatti matul dawn is-safriet? Kemm inġib investiment bħala riżultat ta' dawn is-safriet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi ic-Chairman tal-Malta Enterprise ilu jokuppa il-kariga tiegħu minn Mejju 2008 u b’mod eżekuttiv minn Frar tal-2009. F’dan iż-żmien siefer 17-il darba f’diversi pajjiżi. Dawn is-safriet kienu kollha relatati ma’ l-uffiċċju tiegħu u allura kienu jinkludu delegazzjonijiet kummerċjali, żjarat presidenzjali, laqgħat konnessi ma’ obbligazzjonijiet relatati ma’ sħubija f’organizzazzjoniet multi-laterali, konferenzi relatati mal-investiment barrani, kif wkoll laqgħat ma’ numru ta’ investituri kemm ġodda kif wkoll passati.
Għalkemm isiru diversi laqgħat u attentati, dan ma jfissirx li deċiżjonijiet jittieħdu f’perjodu qasir u għaldaqstant huwa impossibbli li wieħed jikkwantifika n-numru ta’ kuntatti li saru (li f’delegazzjoni kummerċjali ġieli jlaħħqu l-għoxrin kuntatt) u l-proġetti li ġew attwati peress li diversi minnhom għadhom fi stat ta’ diskussjoni u interess.
Flimkien ma din ir-risposta qed nehmez il-lista ta’ safriet bid-dettalji kollha mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il safra huwa ppjanat li jagħmel iċ-chairman tal-Malta Enterprise matul is-sena 2010 u fejn ser ikunu? Kemm huwa l-budget allokat? Jista' jindika kemm minn dawn is-safriet se jsiru għall-avvenimenti partikolari (u fil-każ isemmi liema)? Hemm targets ta' investiment bħala ritorn għal dawn is-safriet? Kemm huma dawn it-targets?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi ċ-Chairman tal-Malta Enterprise isiefer kull fejn ikun hemm bżonn sabiex jaqdi l-funzjonijiet tal-uffiċċju tiegħu. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, it-tmexxija ta’ delegazzjonijiet, l-attendenza f’konferenzi internazzjonali ta’ istituzzjonijiet governattivi jew settorjali, laqgħat ma’ investituri u attivitajiet relatati mal-promozzjoni tal-investiment barrani u l-kummerċ.
Il-programm ta’ visti ta’ Internazzjonalizzazzjoni tal-
Malta Enterprise
ġie ippublikat diġa u għaldaqstant nistieden lill-Onoveroli Interpellant sabiex jiffamiljarizza ruħu miegħu. Mhux possibli nagħti rendikont bil-quddiem ta’ visti oħrajn peress li dawn jew għadhom mhux deċiżi jew inkella għaliex mhux possibli li wieħed jipprevedi laqgħat bħal dawn.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12774 u jgħid jekk min jieħu l-benefiċċji tal-enerġija hux se jkunu intitolat ukoll għall-kumpens imħabbar fil-budget marbut maż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12814 u jgħid kemm huwa stmat li se tkun l-ispiża fuq l-istallazzjoni ta' smart meters? Jista' jgħid jekk il-konsumatur hux se jintalab iħallas biex ikollu smart meter stallat u jekk se jintalab xi ħlas, dan il-ħlas se jkun l-istess għal kulħadd? Meta huwa maħsub li jibdew jitwaħħlu dawn l-ismart meters? Meta huwa maħsub li jintemm dan il-proċess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Malta u Għawdex — applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12560, 12276 u 11830 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges f'Malta u Għawdex? X'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar ix-shooting ranges?
kumpens għaż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpens li se jingħata biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma mħabbar fil-budget, hux se jkun taxxabbli?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-postijiet f'Malta u Għawdex indikati bħala offroading sites? Kemm inħarġu permessi mis-sena 2000 sal-lum għall-avvenmenti ta' offroading?