Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — kumpanija ta' avukati - konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13560 u jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament)?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Korporazzjoni Enemalta — kumpanija ta' avukati - konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13559 u jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament)?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13256 u 12814 u jgħid kemm huwa stmat li se tkun l-ispiża fuq l-istallazzjoni ta' smart meters? Jista' jgħid jekk il-konsumatur hux se jintalab iħallas biex ikollu smart meter stallat u jekk se jintalab xi ħlas, dan il-ħlas se jkun l-istess għal kulħadd? Meta huwa maħsub li jibdew jitwaħħlu dawn l-ismart meters? Meta huwa maħsub li jintemm dan il-proċess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt kollu li jinkorpora l-ismart meter għall-elettriku u il-probe li jitqabbad mal-meter ta’ l-ilma huwa ta’ €40 miljun eskluz il-VAT. Din is-somma tinkludi ukoll software meħtieg sabiex titħaddem is-sistema.
Il-konsumatur mhux se jkun qed jintalab ħlas dirett meta jigi istallat l-i
smart meter
f’daru.
Bħalissa għaddej proġett pilota fuq numru ta’ stallazzjonijiet li saru matul l-2009. Malli jiġi ċċertifikat il-proġett pilota u jiġi żgurat li s-sistema qed taħdem kif mitlub fl-i
specifications
tat-
tender
jinbeda il-
massive roll-out.
Huwa ppjanat li l-klijenti kollha f’Malta u Għawdex ikollhom l-i
smart meter
istallat sal-aħħar tal-2012 jekk kollox imur kif ippjanat
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13250, 12875, 12557, 12275, 11925 u 11461 u jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma'
a) Triq Valletta fiż-Żurrieq?
b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa?
ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq?
d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt?
e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa?
f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar tnax-il xahar:
a) Ingħataw it-tenders tal-bini u s-supervizjoni tax-xogħlijiet fi Triq Valletta fiż-Żurrieq. F’dawn l-aħħar ġranet bdew ix-xogħlijiet fuq it-toroq li ser jintużaw bħala devjazzjonijiet għat-traffiku.
b) Inħarġu t-
tenders
tal-bini u s- superviżjoni tax-xogħlijiet fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f’Ħal-Luqa bħala parti minn
tenders
li jkopru xogħol fuq erba’ toroq f’daqqa, li jinkludu ukoll it-Triq mill-Gholja tal-Għadira saċ-Cirkewwa, it-tkomplija ta’ Triq l-Imġarr minn ħdejn il-Heliport sar-Rabat f’Ghawdex u l-ewwel fażi tat-triq li twassal għall-Waterfront tal-Belt. Bħalissa dawn it-
tenders
qed jiġu aġġudikati.
c) Ġew sottomessi l-pjanti il-MEPA ta’ parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f’Baħar iċ-Ċagħaq u bħalissa qed jiġi ppreparat il-PDS – Project Description Statement.
d) Ara risposta għall- b) rigward l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett. Bħalissa qed jiġi ppreparat it-tender tax-xogħlijiet għat-tieni fażi ta’ dan il-proġett li tkopri l-
underpass
fi Triq Diċembru 13.
e) u f) ara risposta għall-b
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-Kelliem Ewlieni Laburista għall-Gvern Lokali, l-Onor. Stefan Buontempo, ma ġiex mistieden għall-preżentazzjoni tal-Local Enterprise Award u Green Challenge Award? Min ħa d-deċiżjoni u fuq liema bażi?
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ħaddiema tas-sezzjoni tal-waste water
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar ġimgħat sar tibdil fil-mod kif jaħdmu l-ħaddiema tas-sezzjoni tal-waste water fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jekk jikkonferma, fiex kien jikkonsisti dan it-tibdil? Jista' jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu f'din is-sezzjoni qabel ma sar it-tibdil imsemmi u kemm hemm jaħdmu llum? Jista' jikkonferma li l-ammont ta' ħaddiema li hemm fil-preżent mhux biżżejjed biex din is-sezzjoni titħaddem kif suppost? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sitwazzjoni preżenti f'din is-sezzjoni tiġi indirizzata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li b’effett mit-12 ta’ Ottubru 2009 is-sistema tax-xogħol tas-sezzjoni tal-waste water inbidlet minn waħda ta’ shift fuq day-on-day-off għal waħda ta’ shift fuq bażi ta’ tliet ġimgħat filgħodu u ġimgħa wara nofsinhar. Qabel ma sar dan it-tibdil in-numru ta’ ħaddiema kien ta 194 fil-waqt li llum dan huwa ta’ 159. Jien infurmat li skont l-esiġenzi tal-operat hemm ħaddiema biżżejjed biex is-sistema taħdem kif suppost u għalhekk m’hemm bżonn ta’ ebda tibdil.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għazla tal-Local Enterprise Awards tal-kunsilli lokali? B'liema kriterji ingħataw il-punti għal dan il-premju? Jista' jippubblika lista sħiħa u ċertifikata tal-punti?
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li minkejja talbiet ripetuti, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma ngħatatx id-dritt li tappunta rappreżentant fuq il-bord tal-għażla tal-Local Enterprise Award tal-kunsilli lokali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għażla tal-Green Challenge Award tal-Kunsilli Lokali? B'liema kriterji ingħataw il-punti għal dan il-premju? Jista' jippubblika lista sħiħa u ċertifikata tal-punti?
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li minkejja talbiet ripetuti, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma ngħatatx id-dritt li tappunta rappreżentant fuq il-bord tal-għażla tal-Green Challenge Award tal-Kunsilli Lokali?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija kkonkludietx l-investigazzjoni dwar l-allegat abbuż ta' poter waqt sekwestru mingħand il-fondi tal-kumpanija, li l-isem tagħha qed jinbagħat separatament, f'liema sekwestru intrema materjal li kien fi friża u li l-valur tas-suq tiegħu kien jeċċedi s-€700,000? Jista' jgħid jekk l-investigazzjoni tagħha l-pulizija semgħetx lill-partijiet kollha in kwistjoni, inkluż il-proprjetarji tal-kumpanija?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda li saret qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, li priġunieri li jkunu qed jagħmlu programm ta' riabilitazzjoni mid-droga jingħataw allowance ta' €23.30 fil-ġimgħa, ekwilvalenti għal Lm10?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern kien indika li kien qed jikkunsidra li jingħataw fondi lil dawk l-entitajiet li għandhom programm ta’ rijabilitazzjoni sabiex jagħtu għajnuna finanzjarja f’forma ta’ allowance fil-ġimgħa għal dawk li jkunu qed jiskontaw sentenza u li jagħżlu li jsegwu programm ta’ trattament f’kura residenzjali.
Nista’ ninforma lil Onor. Interpellant li wara li saru l-istudji u d-diskussjonijiet neċessarji, t-twettieq ta’ din il-wegħda fil-prattika għandu jitħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li d-dog section tal-Pulizija terġa' tmur lura fil-Furjana, għax hemmhekk fejn jinżammu l-klieb għandhom il-bżonnijiet kollha u l-post huwa miżmum f'kundizzjoni tajba ħafna?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi għalkemm għalissa mhux maħsub li jkun hemm xi trasferimenti tat-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija, il-Korp dejjem jimxi skont il-ħtiġijiet u l-esiġenzi li jkunu eżistenti minn żmien għal żmien.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-opinjoni tiegħu dwar il-każ fejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman sab li impjegat tal-Enemalta li ma kienx aċċettat għal kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department spiċċa xorta ingħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu c-Chairman tal-Enemalta, li ismu qed jintbagħat separatament? Qed ikunu kkunsidrati li jittieħdu passi dwar dan il-kaz?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-opinjoni tiegħu dwar il-każ fejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman sab li impjegat tal-Enemalta li ma kienx aċċettat għal kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department spiċċa xorta ingħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu c-Chairman tal-Enemalta, li ismu qed jintbagħat separatament? Qed ikunu kkunsidrati li jittieħdu passi dwar dan il-kaz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-postijiet f'Malta u Għawdex indikati bħala offroading sites? Kemm inħarġu permessi mis-sena 2000 sal-lum għall-avvenmenti ta' offroading?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda post indikat bħala offroading site f'Malta u Għawdex. Fir-rigward ta' permessi, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2005 sal-lum nħarġu disa' permessi għall-offroading, għall-avvenimenti partikolari ta’ dan it-tip.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jħabbar id-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti tat-tender dwar it-tmexxija tal-Casino Dragonara? Jista' jagħti assikurazzjoni li l-ħaddiema preżenti, kemm full-time kif ukoll part-time tal-Casino Dragonara se jinżammu mill-operatur il-ġdid? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux qed jara l-possibilità li jista jkun hemm perjodu bejn meta jieqaf jopera l-operatur preżenti u bejn meta jibda jopera l-operatur magħżul (jekk fil-każ ikun differenti) fejn il-Casino ma jkunx qed jopera? F'każ li jiġri dan, min se jkun qed iħallas il-pagi tal-ħaddiema matul dan il-perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-deċiżjoni tat-tender tingħata wara li l-MIMCOL tlesti l-evalwazzjoni. Meta ġie fformulat id-dokument tat-tender, iddaħħlu fih proviżjonijiet li l-għan ewlieni tagħhom kien li l-ħaddiema kollha jgħaddu ma’ l-operatur il-ġdid jekk dan ikun il-każ. Ta’ min jgħid li l-mhuwiex antiċipat li l-operat tal-Casino ikun interrott. Għaldaqstant, il-ħaddiema ser jitħallsu minn min se jkun qed jopera l-Casino.
Ċerimonja tal-Ftuħ ta' Pjazza San Ġorġ — spiża u xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali taċ-Ċerimonja tal-Ftuħ ta' Pjazza San Ġorġ? Jista' jagħti breakdown tal-ispiża sħiħa u jgħid liema kienu l-kumpaniji li għamlu x-xogħlijiet differenti? Jista jgħid x'kienet l-ispiża tal-attivitajiet organizzati fil-ġimgħa ta' wara marbuta mal-istess ftuħ, u anke hawn jagħti breakdown ta' din l-istess spiża? Jista' jgħid liema kienu l-kumpaniji li għamlu x-xogħlijiet differenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li bħala parti mill-programm ta’ inawgurazzjoni ġie deċiż li jsiru ġimgħa ta’ attivitajiet biex inħeġġu aktar in-negozju meta konna resqin lejn il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Dan sar bi qbil mal-komunità kummerċjali tal-Belt anki in vista tal-inkonvenjent li nħoloq matul il-perjodu li kien għaddej il-proġett. Il-Ministeru tkellem ukoll mal-komunità kummerċjali dwar l-aħjar żmien li fih isiru l-ġimgħa ta’ attivitajiet u kien deċiż li dan isir fil-bidu ta’ Diċembru u mhux fil-bidu ta’ Jannar.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tajjeb jingħad ukoll li ma' dawk l-ismijiet li jidhru fit-tliet tabelli, l-Ministeru ġab numru ta’
sponsors
għal din l-attività kif ukoll organizza l-attivitajiet bin-nies tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija kkonkludietx l-investigazzjoni dwar l-allegat abbuż ta' poter waqt sekwestru mingħand il-fondi tal-kumpanija, li l-isem tagħha qed jinbagħat separatament, f'liema sekwestru intrema materjal li kien fi friża u li l-valur tas-suq tiegħu kien jeċċedi s-€700,000? Jista' jgħid jekk fl-investigazzjoni tagħha l-pulizija semgħetx lill-partijiet kollha in kwestjoni, inkluż il-proprjetarji tal-kumpanija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-kumpanija msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha mhix konkluża, u għaldaqstant ma nħossx li huwa opportun li jingħata xi tagħrif f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex informat bil-każ tal-kumpanija, li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, dwar diffikultajiet burokratiċi kbar li ltaqgħet magħhom u li wassluha anke f'diffikultajiet biex tinvesti f'pajjiżna, tant li l-qorti f'sentenza li tat qalet li għandha simpatija mas-soċjetà attriċi fis-sitwazzjoni li l-awtoritajiet ġabuha fiha, iżda immirat ħażin meta fetħu kawża kontra l-kontenut? Jista' jgħid jekk il-Gvern iħossx li għandu jieħu passi biex din il-kumpanija tkun kumpensata għall-problemi li sofriet? X'passi se jittieħdu biex każijiet simili ma jerġgħux iseħħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jidher li l-kumpanija li għaliha saret riferenza kienet ingħatat fabbrika fl-1994. Fl-1999 applikat għal permessi mingħand l-awtoritajiet tas-saħħa u kienet intalbet turi l-permess tal-bini tal-qasam industrijali ta’ Bulebel. Jirriżulta li dan il-permess ma kienx jeżisti peress li qabel ma daħal fis-seħħ l-Att tal-1992 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, il-Gvern ma kellux bżonn permessi tal-bini u għalhekk ma kienx hemm permessi għall-oqsma industrijali. Ninsab infurmat li l-MDC kienet ħadet il-miżuri kollha meħtieġa minnufih sabiex din is-sitwazzjoni tiġi żblokkata u tat parir lis-segretarju parlamentari konċernat sabiex tittieħed azzjoni. Fil-fatt, fil-25 ta’ April 2000 kien ġie pubblikat Ordni ta’ l-2000 li jemenda l-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp (A.L. 70 ta’ l-2000) u għalhekk is-sitwazzjoni ġiet żblokkata. Madankollu, il-kumpanija konċernata kienet għamlet kawża kontra l-Malta Development Corporation (MDC) li mingħandha kienet tikri l-fabbrika. Jidher li l-MDC kienet ħadet azzjoni minnufih biex problemi burokratiċi tax-xorta li minnhom kienet ilmentat il-kumpanija in kwistjoni jiġu evitati. Fis-sentenza l-Qorti ma kienet sabet l-ebda nuqqas fl-operat ta’ l-MDC u għalhekk ma narax li hemm lok ta’ kumpens u lanqas m’hemm lok għal passi oħra.