Legislature:
Category:
Reset
Active:

qtugħ ta’ dawl estensiv — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33946 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugħ tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija ghal Mistoqsija Parlamentari nru 33946.

Laqgħat tan-NATO

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk mill-2008 sal-lum, huwa attendix laqgħat organizzati minn, jew bis-sehem tan-NATO? Jekk iva, liema kienu, meta u fejn saru, u x'suġġetti ġew diskussi?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li attendejt flimkien mal-Prim Ministru Working Lunch organizzat mill-Euro Atlantic Partnership Council (EAPC) nhar it - 3 ta' April 2008 f'Bucharest. Fil-Working Lunch kien trattat is-suġġett "The Euro-Atlantic Partnership: 21st Century Security Challenges". L-attendenza ta' Malta kienet relatata mar-riattivazzjoni ta' Malta fil-Partnership for Peace u d-dħul fil-Euro-Atlantic Partnership Council.
Leg 11 PQ #36140 Sitting 500 2012-07-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

Kumitati Konġunti għal Kumitati Reġjonali — transizzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara mill-ħaddiema tat-Tribunali Lokali f'Malta u Għawdex waqt it-transizzjoni minn Kumitati Konġunti għal Kumitati Reġjonali u x'qed isir sabiex jiġu integrati f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema li kienu jagħtu servizz lit-Tribunali Lokali meta dawn kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitati Konġunti qegħdin jagħtu servizz temporanju lill- Kumitati Reġjonali. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali m’għandu l-ebda talba għal impjegati bl-istess skali mill-Kumitati Reġjonali. Ta’ min ifakkar li hi r-responsabbiltà tal-Kumitat Reġjonali skont Artiklu 25 tal-Avviż Legali 320 tal-2011, illi jagħmel talba lid-Direttur sabiex ikun jista’ jimxi mal-Liġi, u wara l-approvazzjoni li tingħata, tkun tista’ tinħareġ sejħa għall-ingaġġ fis-settur pubbliku, li l-Kumitati Konġunti jagħmlu parti minnu. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ħareġ memorandum dwar dan li fih spjega l-istruttura li biha l-Kumitati Konġunti għandhom jimxu f’dan ir-rigward.
Leg 11 PQ #36141 Sitting 500 2012-07-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Pixxina Nazzjonali — provvista ta' fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid min kien qiegħed jissuplixxi l-fuel lill-Pixxina Nazzjonali? Dan is-servizz ingħata b'direct order? Meta l-gvern bi ħsiebu joħroġ it-tender?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Fuel tal-Pixxina Nazzjonali qed jinxtara b’direct order mill-Enemalta wara li kien skada t-tender preċedenti. Bħalissa l-Kunsill Malti għall-iSport qed jipprepara sejħa ġdida għall-offerti li ser tintbagħat lid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-pubblikazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.

Pixxina Nazzjonali — provvista ta' fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien qiegħed jissuplixxi l-fuel lill-Pixxina Nazzjonali? Dan is-servizz ingħata b'direct order? Meta l-gvern bi ħsiebu joħroġ it-tender?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 36141.

Ingilterra — Malta Week

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-Malta Week li saret ġewwa Harrods l-Ingilterra?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 33161.

Malta Enterprise — xogħol ta' perit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ tip ta’ xogħol ta’ konsulenza u/jew xogħol ieħor għamel il-perit li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għal Malta Enterprise? Jista’ jagħti l-ispiża ta’ kull xogħol kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull rapport li sar? Fuq liema kriterju ntagħżel il-perit għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ta' Qali — Crafts Village - xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet fuq toroq li qed jingħad li se jsiru fil-Crafts Village Ta’ Qali? Jista’ jgħid jekk dawn jinkludux xogħlijiet ta’ drenaġġ? Jista’ jgħid jekk f’dan il-villaġġ hemmx konnessjonijiet tad-drenaġġ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Malta Industrial Parks qed tippjana xogħol ta’ tiswija fit-toroq (scarifying u resurfacing) f’żoni identifikati ġewwa Ta’ Qali Crafts Village. Dawn ser isiru wara konsultazzjoni mal-operaturi ġewwa iż-żoni affetwati u jibdew meta numru ta’ tenders li bħalissa qed jiġu evalwati jitlestew. Fiż-żona diġà hemm konnessjoni ta drenaġġ u għaldaqstant għalissa mhumiex pjanati xogħlijiet speċifiċi. Madanakollu jekk ikun hemm bżonn xi tiswijiet isiru skont il-bżonn.

Arriva — inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku/kolliżjonijiet li l-karozzi tal-Arriva kellhom minn mindu bdew joperaw sal-lum, xahar b’xahar? Fuq liema rotot ġew reġistrati dawn l-inċidenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi minn Lulju tas-sena l-oħra sal-aħħar t’ April ta’ din is-sena kien hemm 1,294 inċident li fihom kienu nvoluti l-vetturi tal-Arriva. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn.
Leg 11 PQ #35987 Sitting 498 2012-07-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

użu minn helicopter

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu d-drabi bejn Marzu 2008 u April 2012 li għamlet użu minn helicopter tal-Forzi Armati u x’kienu l-okkazjonijiet li għalihom sar dan l-użu? Tista' tagħti d-data ta’ kull okkazjoni? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża f’kull okkazjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m'għamiltx użu mill-helicopter tal-Forzi Armati fil-perjodu msemmi.

użu minn helicopter

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu d-drabi bejn Marzu 2008 u April 2012 li għamel użu minn helicopter tal-Forzi Armati u x’kienu l-okkazjonijiet li għalihom sar dan l-użu? Jista' jagħti d-data ta’ kull okkazjoni? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull okkazjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2008 s’April ta’ din is-sena użajt il-helikopter tal-Forzi Armati tliet darbiet; fl-4 u fil-5 t’Ottubru 2008 u fit-12 ta’ Dicembru 2011. Fit-tliet darbiet kont qed nakkumpanja lill-Prim Ministru u allura ma kienx hemm spejjeż involuti min-naħa tiegħi.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33422 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34401. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bid-dettalji taż-żewġ awtoritajiet li kien għad jonqos jingħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34401.

Proġett tal-Corporate Village

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma x'sar mill-proġett ta' Corporate Village u meta mistenni jinbeda?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proġett tal-Corporate Village bħalissa wasal fil-fażi ta’ Request for Proposals (RFP). Dal-proċess ikompli billi eventwalmemt jiġu identifikati żviluppaturi potenzjali u wara jintagħżel żviluppatur wieħed. Id-data biex jinbeda il-proġett tiddependi fuq dan il-proċess.

Qbajjar u l-Munxar — Sajd projbit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex ikun hemm żona li fiha se jkun projbit li jsir sajd anki minn sajjieda żgħar? Jista' jgħid jekk din iż-żona hix bejn il-Qbajjar u l-Munxar?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Qawra/Dwejra Heritage Park li ġie ppubblikat fl-2005 hemm proposti ta' twaqqif ta' xi żoni biex jirregolaw attivitajiet fil-baħar. Kull attività f’żoni protetti għandha tkun kontrollata sabiex jiġi assigurat li l-attività ma tagħmilx ħsara lill-biodiversità li tgħix f’dik iż-żona. Dan isir permess ta’ mmaniġjar liema pjan ikun diskuss mal-istakeholders kollha.

ħruq tal-mercaptan — kuntrattur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35330 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34318, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din it-talba tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-offerta tal-kuntrattur li ngħata l-kuntratt? Il-kuntrattur ta' dan is-servizz li kien offra, x'servizz fil-fatt ta? Kemm spiċċat ħallset il-Korporazzjoni Enemalta għal dan is-servizz?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport tal-“Board of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical ‘mercaptan’ by Enemalta Corporation” u tar-reazzjoni mill-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta li ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30 t’April, 2012, f’seduta numru 466.
Leg 11 PQ #35862 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni dwar ħaddiem maċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema skala taċ-Ċivil jinsab bħalissa fiha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? F'liema data tela' f'din l-aħħar l-iskala? F'liema skala taċ-Ċivil kien qabel ma tela' fl-iskala li jinsab fiha bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament mill-Onorevoli Interpellant qiegħed fuq skala ta’ salarju 7 b’effett mill-15 ta’Diċembru 2008. Qabel tela’ f’din l-iskala, dan l-impjegat kien fuq skala ta’ salarju 9.

lista ta' nies li jikklasifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea -

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35281 u 34491 u jgħid kemm kienu n-nies li kwalifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-2005 sal-lum? Jista' jagħti l-lista, lokalità b'lokalità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li dan it-tqassim kien issir mill-YMCA u mill- 2009 mill-Millenium Chapel Foudation u jien infurmat li mhux dejjem inżammu listi eżawrenti tal-persuni kollha li kienu jibbenefikaw. Għalhekk mhux possibli li nagħtih lista tan-nies li bbenefikaw. Però nista' nagħtih lista tal-volumi li tqassmu u qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċimiterju tat-Torok fil-Marsa — irranġar ta' Triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sar ix-xogħol biex ġiet irranġata t-triq li minn ħdejn iċ-Ċimiterju tat-Torok fil-Marsa, twasslek sa ħdejn ir-roundabout fil-parti ta' isfel nett ta' Triq l-Imdina f'Ħal Qormi? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża oriġinali fuq dan ix-xogħol u kemm kienet l-ispiża finali? Jista' jgħid min wettaq dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol sar f’Settembru 2009. L-istima oriġinali fuq dan ix-xogħol kienet ta’ €143,975 waqt li l-ispiża finali kienet ta’ €149,329.05. Il-kuntrattur li wettaq dan ix-xogħol huwa Schembri Infrastructures Ltd.

Sptar Mater Dei — Trattament tal-IVF

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat relatat mat-trattament tal-IVF hemm fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża fuq dan l-appart? Jista' jgħid jekk minn meta fetaħ l-Isptar Mater Dei qatt sarx użu minn dan l-appart? Jista' jgħid jekk dan l-apparat għadux tajjeb biex jiġi użat sal-lum?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33409 u jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.