Jista' l-Ministru jgħid kemm tiswa lit-taxpayer Malti f'kera l-Ambaxxata Maltija f'Piccaddily Londra? Jista' jgħid jekk jikkunsidraw li l-blokka ta' bini ta' Malta House f'Piccaddily Londra tinxtarax mill-gvern biex issir proprjetà dejjiema tal-Poplu Malti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant li Malta House f'Piccaddily, Londra hi propjeta ta' Malpro Limited, Kumpanija registrata fir-Renju Unit li hi sussidjarja tal-Malta Investement Management Company Limited (MIMCOL).
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-MCAST ta' Ħal Qormi jinsab mingħajr head mistress? Jista' jgħid għaliex dan l-MCAST jinsab mingħajr canteen għall-istudenti u allura qed ikollhom joħorġu mill-premises biex imorru jixtru mill-ħwienet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttriċi ta’ dan l-Istitut m’hijiex tidħol għax-xogħol sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar investigazzjoni interna li saret fil-ġimgħat li għaddew. Sadanittant, dan l-Istitut m’huwiex nieqes mis-servizz ta’ Direttur, hekk kif ir-responsabbilitajiet marbutin ma’ dan ix-xogħol temporanjament ingħataw f’idejn wieħed mill-lekċerers.
L-Istitut imsemmi m’għandux ‘canteen’. Ma jidhirx li n-numru żgħir ta’ studenti li jattendu lezzjonijiet f’dan l-Istitut qatt għamlu talba lill-amministrazzjoni tal-MCAST biex ikun hemm ‘canteen’. L-istudenti għandhom għadd ta’ ‘vending machines’ li minnhom jistgħu jixtru ‘snacks’ u xorb.
Tista l-Ministru tgħid x’sar minnhu l-programm Youth Inc. fejn kien imwiegħed tmien ġimgħat youth skills plus courses mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Veru li l-courses qatt ma saru? Veru li bħala youth skills dawn qed jittieħdu outings biss?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Youth.inc beda f'Jannar 2011 u għadu sejjer.
Il-programm jikkonsisti
f'Life skills
,
Literacy
and Numeracy skills
, esperjenza to tnax-il ġimgħa fuq post tax-xogħol, attivitajiet kulturali u edukattivi u korsijiet oħra mnedija mill-ETC u minn entitajiet edukattivi oħra, skont il-ħtiġijiet u l-għażliet personali ta' kull student.
Minn Ottubru 2012 saru numru ta’ sessjonijiet ta’
life skills
mill-
Professional Youth Support Workers
. Saru wkoll
food handling courses
kif ukoll
job skills
bħala preparazzjoni għall-esperjenza fuq il-post tax-xogħol.
Mid-19 ta' Novembru, bdew it-tnax-il ġimgħa esperjenza fid-dinja tax-xogħol (
Work placement
), skont l-għażla ta' kull student. Wara dan it-taħriġ hu ppjanat li jibdew il-korsijiet fi
Numeracy, Literacy
u
IT
.
Regolamenti ġodda fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
Question
Peress li taħt regolamenti ġodda fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004 – eżattament mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea flimkien ma' disa' pajjiżi oħra uffiċjali ġodda fl-istituzzjonijiet Ewropej ġew (u għadhom jiġu) reklutati taħt kundizzjonijiet ferm inferjuri għal dawk li s’issa gawdew uffiċjali reklutati qabel din id-data b’effett ferm negattiv fuq il-karrieri prospettivi, salarji u penzjonijiet futuri (tal-uffiċjali reklutati wara l-2004) u peress li dan ħoloq ambjent ta’ diskriminazzjoni lampanti speċjalment vis-à-vis uffiċjali mill-Istati Membri “l-ġodda”EU-12) – fosthom Malta, imwaħħlin fil-gradi l-iktar baxxi, għal dawn l-aħħar snin, dawn ilhom jiġġieldu għall-ugwaljanza fit-trattament u l-opportunitajiet bħal uffiċjali mill-Istati Membri “l-qodma” (EU-15) li għalkemm iwettqu l-istess xogħol, igawdu kundizzjonijiet iżjed vantaġġjużi u peress li din il-kwsitjoni tmur lil hinn minn kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol imma tirrigwarda d-dritt t’aċċess għal ċittadini Maltin ġewwa s-servizz ċivili Ewropew; mhux biss f’termini numeriċi, iżda fi gradi u livelli ġusti, jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju l-Gvern Malti minn din il-problema u x’inhija l-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti hu konxju bit-tibdil li sar permezz tar-regolamenti ġodda dwar ir-reklutaġġ fl-istituzzjonijiet tal -Unjoni Ewropea li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004. Ta' min jgħid li l-Kummissjoni Ewropea resqet Proposta f'Dicembru 2011 biex dawn ir-regolamenti jiġu emendati. Din il-Proposta qed tiġi diskussa waqt laqgħat fejn uffiċjali mill-Gvern Malti jattendu flimkien ma' uffiċjali mill-Istati Membri kollha.
Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti hi waħda li tiffavorixxi r-reklutaġġ ta' impjegati ta' nazzjonalita' Maltija. Il-Gvern Malti dejjem sostna li tibdil li jsir f'dan il-qasam għandu jiġi effetwat b'mod ġust fuq livell Ewropew u b'mod li ma jnaqqasx mill-possibilitajiet li jiġu reklutati nies ta' nazzjonalita' Maltija. Il-Gvern Malti fost l-oħrajn sostna l-importanza ta' bilanċ ġeografiku tan-nazzjonalitajiet tal impjegati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38348 u jagħti n-numru ta' ħaddiema full-time fl-2011, li kellhom salarju mhux aktar minn:
a)
minimum wage;
b) minimum wage + 5%;
ċ) minimum wage + 10%;
d) minimum wage + 15%;
e) minimum wage + 20%;
f) minimum wage + 50%; u
g) minimum wage x2?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti programm tax-xogħol ta' meta se jittranġaw in-nuqqasijiet f'Binja Imsieraħ fl-Imtarfa? Jista' jgħid meta se jitwaħħlu l-lifts u jekk jistax jibqa jiġi ġustifikat li dawn jitwaħħlu biss wara li l-binjiet kollha jiġu okkupati?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Perit privat imqabbad mill-Awtorità tad-Djar indika illi kulma jonqos huwa xi xoghol minuri fuq wiehed mill-bjut. Dan ix-xoghol kellu jitlesta mill-kuntrattur fid-29 ta’ Novembru, 2012 izda minhabba ragunijiet ta’ mard dan ma setax isir. Huwa previst illi x-xoghol isir matul l-ewwel gimgha ta’ Dicembru, 2012.
Hija policy tal-Awtorità tad-Djar illi l-lifts ma jitwahhlux qabel ma jkunu okkupati l-appartament kollha f’kull blokka li tinbena ghar-ragunijiet segwenti:
1. L-okkupanti ikollhom jerfghu izjed spejjez biex jikkumpensaw ghall-appartamenti vojta;
2. Hemm tendenza qawwija li min jibda jokkupa l-appartament wara li jigi installat il-lift, juzah biex igorr materjali u ghamara biex ilesti l-post bil-konsegwenza li ssir hsara lill-lift li jkollhom ihallsu ghaliha r-residenti kollha;
3. Hemm iktar cans illi jinstab “persuna responsabbli”, kif definit fir-Regolamenti tal-Lifts, iktar ma jkun hemm okkupanti f’kull komun. Jekk ma tintaghzilx din il-persuna responsabbli ma jkunx jista’ jinxteghel il-lift, minkejja li jkun diga’ installat. Dan iwassal ghal hela tar-rizorsi limitati tal-Awtorità.
Perit — promotion ta' senior architect fir-Rapid Intervention Unit
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament ingħatax promotion ta' senior architect fi ħdan ir-rapid intervention unit? Jista' jikkonferma ukoll jekk din il-unit għadhiex tiffunzjona, u jekk iva, jista' jindika x-xogħol twettaq min din il-unit minn Ġunju 2012 'l hawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nikkonferma li dan il-Unit għadu jiffunzjona, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħarġet sejħa għall-mili tal-kariga ta’ Senior Architect fi ħdan dan il-Unit liema proċess għadu ma ġiex finalizzat għal publikazzjoni..
Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba rigward ix-xogħlijiet li twettqu minn din il-Unit minn Ġunju 2012 'l hawn.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33495 u 33113 u jgħid kemm irriżulta li kien hemm pazjenti li spiċċaw fil-kurituri tas-swali fl-Isptar Mater Dei, kawża li ma kienx hemm kmamar fejn jakkomodawhom matul l-2008, 2009 u 2010 ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont il-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, pazjenti bdew jiġu rreġistrati li ddaħħlu fil-Paediatric Corridor Area minn Frar ta’ 2010. Għalhekk ma nistgħux nagħtu din l-informazzjoni dwar 2008 u 2009.
Fis-sena 2010 kien hemm 283 pazjent li kienu akkommodati fil-
Paediatric Corridor
Area
sakemm iddaħħlu ġewwa sala.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni li ħadu promozzjoni jew inbidlitilhom id-designazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29621 u jagħti lista ta' dawk in-nies fid-dekasteru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu li ħadu promozzjoni u/jew inbidlitilhom id-desinjazzjoni tax-xogħol tagħhom mis-sena 2008 sal-lum? Jista' jindika wkoll is-salarju, l-pożizzjoni u l-benefiċċji li kellu/kellha qabel il-promozzjoni u wara l-promozzjoni? Min kienet il-persuna/persuni fid-deċiżjoni tal-promozzjoni u dawk li kienu fuq l-interviewing board? Jista' jindika kemm hu numru ta' pożizzjoniet li qed jippjana li jirrevedi fit-tliet snin li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36494 u jikkonferma jekk ingħatawx xi flus jew benefiċċji oħra liċ-Chairmen u lis-CEOs preċedenti b'relevanza tar-riżenja tagħhom? Jekk fl-affermativ, jista' jagħti dettalji tal-beneffiċji/flus li ngħataw filwaqt li jindika jekk ir-riżenja kinetx b'mod voluntarju u mingħajr pressjoni politika/ministerjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-każ tal-Awtorita' Marittima ta’ Malta ngħata kumpens ta’ €52,526 lis-CEO preċedenti b’relazzjoni mar-riżenja tiegħu fis-sena 2009.
Fil-każ tal-Awtorita’ dwar it-Trasport (ADT) ġie tterminat il-kuntratt tac-CEO preċedenti li ngħata €24,257 f’Diċembru 2009.
Ma kien hemm l-ebda pressjoni politika/ministerjali biex dawn jirriżenjaw.
Ma ngħata l-ebda kumpens liċ-Chairman preċedenti taż-żewġ awtoritajiet.
Ninsab infurmat ukoll li ċ-Chairman tal-MITA preċedenti ma ngħata l-ebda benefiċċji jew flus b’relevanza mar-riżenja.
Is-CEO preċedenti tal-MITA ingħata s-somma ta’ €2,289,65 għal spejjeż ta’ rilokazzjoni kif kien stipulat fil-kuntratt tal-impjieg.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36989 u jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji supplimentri li qed jingħataw liċ-Chairman u lis-CEO ta’ kull dekasteru? Jista' jindika wkoll x’kien l-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiiċċji supplimentari li kienu jingħataw liċ-Chairman’s u lis-CEO’s preċedent? Jista' jikkonferma jekk ingħatawx xi flus jew benefiċċji oħra liċ-Chairmen u lis-CEO’s preċedent b’relevanza tar-riżenja tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-benefiċċji/flus li ngħataw filwaqt li jindika jekk ir-riżenja kenitx b’mod volontarju u mingħajr pressjoni politika/ministerjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.38150.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36990 u jagħti lista tas-safar kollu li saru fid-dekasteru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2009 sal-lum? Għal kull safra, jista' jgħid min kienet il-persuna/i li pparteċipaw, il-pożizzjoni tal-persuna, dekasteru/dipartiment, l-iskop, destinazzjoni, kemm ħadu allowance kull persuna, spejjeż oħra relatati mal-vjaġġ, jekk il-vjaġġ hux relatat ma' working group/training/project meeting relatat mal-Unjoni Ewropea, u jekk il-lukanda kenitx mħallsa minn qabel? Jista' jgħid jekk kienx hemm breakfast imħallas minn qabel u jekk kienx hemm lunch/dinner mħallas minn qabel, jekk hux re-imbursed mil-Unjoni Ewropea filwaqt li jindika wkoll kemm damet is-safra? Jista' l-Ministru jagħti lista għal kull individwu li siefer fuq xogħol uffiċjali? Jista' jindika t-total ta’ allowance li ħa flimkien wkoll it-total ta’ ġranet li kien fuq safar? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull sena, mis-sena 2009 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37658, 36979 u 37257 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentar 36980 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li intlaħaq mal-operaturi privati tal-Casino Dragonara dwar dan l-istess casino?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38001 u cioè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 37327, jista’ l-Ministru jispjega kif iċ-ċifri mogħtija lilu juru li fit-tieni kwart tas-sena 2012 in-nefqa kapitali tal-gvern kienet ta’ €49m, filwaqt li ċ-ċifri tal-finanzi pubbliċi ppubblikati ġimgħa ilu mill-NSO qed juru nefqa kapitali ta €9m biss, li jfisser diskrepanza ta' €40m? Din id-diskrepanza ta’ €40m fi n-nefqa kapitali hija dovuta għall-inkluzjoni tad-dħul tal-konċessjoni tal-lottu lill-Maltco, li qed titnaqqas min-nefqa kapitali tal-gvern fit-tieni kwart tal-2012? Jekk din mhiex ir-raġuni ta' din id-diskrepanza jista' l-Ministru jagħti spjega ċara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29116 u jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — lista ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31102 u 30889 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Apparat ta' Video Telemetry għal nies li jbatu bl-epilepsija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32528 u jikkonferma li hemm apparat ġdid tal-video telemetry għal nies li jbatu bl-epilepsija li ilu snin li nxtara imma qatt ma ntuża? Kemm ġie jiswa dan l-apparat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-apparat għall-Video EEG Long Term Monitoring jinsab fin-Neuromedical Ward fl-isptar Mater Dei. Dan huwa servizz ġdid u speċjalizzat fil-qasam ta' l-Epilessija, u ilu li nbeda l-użu ta' dan l-apparat minn Mejju 2012.
Il-kuntratt biex jinxtara l-apparat tal-Long Term EEG sewa €131,926.42 (li jinkludi 18% VAT ). Dawn għandhom jitħallsu fuq perjodu ta’ seba’ (7) snin. L-ispiża tkopri ukoll maintenance agreement għal seba’ (7) snin.