Jista' l-Ministru jgħid, mill-ammont ta’ Pulizija li jaħdmu fi ħdan il-Korp, kemm hemm Pulizija li huma assenjati fis-segwenti Sezzjonijiet:
Cyber Crime Unit;
Domestic Violence Unit;
FCID;
Għasses ta’ Malta; u
Għasses ta’ Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sezzjonijiet indikati mill-Onorevoli Membru, l-ammont ta’ Pulizija li huma assenjati huma kif jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt. Dan barra numru ta’ impjegati pajżana li jaħdmu fl-istess sezzjonijiet, kif jidher fl-istess tabella:
Section
No. of Police Officers
Numru ta’ impjegati paj
ż
ana
Cyber Crime Unit
17
1
Gender Based and Domestic Violence Unit
27
1
FCID
93
4
Police Districts – Malta
697
1
Police Districts – Gozo
95
2
Community Policing
87
-
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ suldati, inkluż uffiċjali, li huma membri tal-Forzi Armati fil-mument meta tkun qed tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija? Meta saret l-aħħar sejħa biex jintgħażlu rekluti ġodda? Kemm fil-fatt, kienu l-applikanti u kemm ġew ingaġġati rekluti ġodda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-Forzi Armati ta' Malta hemm 1452 Suldat, 153 Uffiċjali, 194 volontiera u 54 persuna taċ-ċivil.
L-aħħar sejħa ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta nhar id-29 ta’ Ottubru 2021. Applikaw total ta’ 176 applikant f’diversi sejħiet li ħarġu għal suldati fil-Forza u total ta’ 29 applikant fis-sejħa li ħarġet għall-Uffiċjali Kadetti. Il-proċess ta’ selezzjoni għadu għaddej u mistenni jiġi konkluż fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni li jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fil-mument meta tkun qed tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija? Meta saret l-aħħar sejħa biex jintgħażlu rekluti ġodda? Kemm fil-fatt, kienu l-applikanti u kemm ġew ingaġġati rekluti ġodda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-preżent hemm total ta’ 278 persuna fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
L-aħħar sejħa sabiex jintgħażlu rekruti ġodda ġiet ppublikata nhar it-28 ta’ Jannar 2022. Għal din is-sejħa d-Dipartiment irċieva 547 applikazzjonjiet. Il-proċess tal-għażla għadu mhux konkluż.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni li jaħdmu fi ħdan Identity Malta fil-mument meta tkun qed tingħata t-tweġiba ghal din il-mistoqsija? Meta saret l-aħħar sejħa biex jintgħażlu impjegati ġodda? Kemm fil-fatt, kienu l-applikanti u kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda? Jista' jagħti spjega ta’ kif u fejn huma jaqdu d-doveri tagħhom dawn l-impjegati fil-varji sferi tal-Aġenzija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Aġenzija Identity Malta għandha 299 ħaddiem ingaġġat magħha. Il-ħaddiema tal-Aġenzija Identity Malta jaqdu dmirhom fid-dipartimenti varji tagħha. Dawn huma l-Uffiċċju tal-Passaporti, it-Taqsima tal-Karta tal-Identità, ir-Reġistru Pubbliku, it-Taqsima tar-Riċerki, it-Taqsima Ċentrali tal-Viża, it-Taqsima tal-Espatrijati, it-Taqsima ta’ Rappurtaġġ u t-Taqsima tal-Corporate Services. L-aħħar sejħa għall-ingaġġ ta’ ħaddiema saret nhar il-25 ta’ Novembru 2021. Għaliha applikaw 19-il persuna, li minnhom intgħażlet persuna waħda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq, xahar b’xahar, fis-sena 2021 u kemm minn dawn ġew solvuti? Tista' tingħata lista tal-lokalitajiet fejn saru dawn ir-rapporti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.