Legislature:
Category:
Reset
Active:

Moll tal-Imsida — xogħljiiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa antiċipat li jitlestew ix-xogħlijiet fuq il-moll tal-Imsida?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-promenade tal-Imsida huwa mistenni li jkun lest sal-aħħar t’Awwissu. L-ewwel fażi, dik tas-civil works, inkluż it-twessigħ tal-bankina fuq in-naħa tal-baħar, il-bini mill-ġdid tal-bankina, is-servizzi ġodda minn taħt il-bankina u s-slipway, tlestew diġà tant li sidien u dilettanti tad-dgħajjes li kienu jorbtu ma din in-naħa tal-marina jew jużaw l-islipway biex ivarjaw jew itellgħu dgħajjes, diġà qed jagħmlu dan. Issa beda l-proċess tal-pavimentar. Il-pjan hu li sezzjonijiet tal-promenade ser jibdew jinfetħu għall-pubbliku malli jitlesta l-pavimentar f’dik il-parti partikolari. Wieħed jinnota li fl-aħħar ġimgħat il-kuntrattur kellu jiffaċċja problemi relatati ma' shipping tal-materjal li qed jintuża għall-pavimentar u li qed jinġieb minn barra.

Entità għal servizzi lil priġunieri nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi introdotta entità għall-priġunieri nisa li toffri lill-priġunieri nisa servizzi simili għal dawk li toffri l-Fondazzjoni RISe lill-priġunieri maskili?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li għaddejin diskussjonijiet mal-fondazzjoni Rise, bil-ħsieb li jkun introdott dan is-servizz għall-priġunieri nisa wkoll, wara li kien introdott għall-irgiel.

Baħar iċ-Ċagħaq — Triq ir-Ridott - green area

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex żona ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq, preċiżament ġewwa Triq ir-Ridott, li skont is-Central Malta Local Plan hija green area, bdiet tintuża bħala parkeġġ u dan wara intervent minn Infrastructure Malta? Għaliex il-Kunsill Lokali tan-Naxxar ma kienx avżat? Għaliex ma saret ebda applikazzjoni sabiex jinħareġ permess?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta rċeviet talba minn residenti fil-viċin biex timmodifika temporanjament passaġġ biswit iż-żona inkwistjoni sakemm dan is-sit jiġi mtejjeb permezz ta’ proġett separat mill-Kunsill Lokali. Dawn il-modifiki minuri fil-passaġġ twettqu ftit ġimgħat ilu. Ma saru l-ebda xogħolijiet fis-sit maġenb il-passaġġ. Mistoqsijiet dwar l-infurzar tar-regolamenti tal-parkeġġ għandhom jiġu indirizzati lill-awtoritajiet applikabbli.

Baħar iċ-Ċagħaq — Triq ir-Ridott - żona ta' parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ż-żona ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq, preċiżament ġewwa Triq ir-Ridott kantuniera ma' Triq Anton Manwel Caruana, li hija designated bħala parkeġġ skont il-Malta Central Plan, ser tiġi effettivament konvertita u tibda tintuża bħala parkeġġ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Infrastructure Malta m’għandhiex pjanijiet jew talbiet sabiex tagħmel parkeġġi f’Baħar iċ-Ċagħaq. Madankollu l-aġenzija infurmata li jista’ jkun hemm pjanijiet għal dawn l-inħawi li jinkludu postijiet ta’ parkeġġ mill-Kunsill Lokali responsabbli minn din iż-żona. Aktar tagħrif ikun jista’ jinkiseb mill-Ministeru konċernat.

Skwadra ta’ kontra d-droga — Night Watch Duties

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga mhux qed ikollhom night watch duties? Jekk iva, għaliex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ma nħossx li huwa prudenti li tingħata informazzjoni dwar l-operat u dettalji oħra tal-Pulizija fil-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra d-droga. Madanakollu, ma hemm l-ebda oġġezzjoni jekk l-Onor. Interpellant jixtieq li jingħatawlu d-dettalji privatament.

Skwadra ta' Kontra d-Droga — ħidma matul il-lejl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga hux qed taħdem matul il-lejl? Jekk iva, sa xħin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ma nħossx li huwa prudenti li tingħata informazzjoni dwar l-operat u dettalji oħra tal-Pulizija fil-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra d-droga. Madanakollu, ma hemm l-ebda oġġezzjoni jekk l-Onor. Interpellant jixtieq li jingħatawlu d-dettalji privatament.

Skwadra ta’ Kontra d-Droga — surveillance team

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk għadux jeżisti s-Surveillance Team fi ħdan l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi uffiċjali tal-Pulizija li hemm fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga jagħmlu x-xogħol ta’ surveillance skont l-esiġenzi u n-neċċessitajiet oħra li jkun hemm bżonn minn ħin għal ħin fl-istess skwadra.

Vetturi elettriċi reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-vetturi reġistrati fis-snin 2020 u 2021 kienu karozzi elettriċi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mill-vetturi reġistrati fis-sena 2020, 737 kienu karozzi elettriċi filwaqt li mill-vetturi reġistrati fis-sena 2021 kien hemm 1,335-il vettura elettrika.

Vetturi hybrid reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-vetturi reġistrati fis-snin 2020 u 2021 kienu hybrid?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-vetturi reġistrati fis-sena 2020 1,053 kienu hybrid filwaqt li mill-vetturi reġistrati fis-sena 2021 kien hemm 898 il-vettura hybrid filwaqt li sal-aħħar ta’ Mejju ġew reġistrati 450 vettura hybrid.

Vetturi skrappjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew skrappjati vetturi (ta’ kull kategorija) fis-sena 2020 u 2021?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil Onor Interpellant li ġew skrappjati 8,163 il-vettura fis-sena 2020 u 10,431 il-vettura, fis-sena 2021 kif spjegat aktar fid-dettal hawn isfel; YEAR CATEGORY TOTAL 2020 L1 - Mutur b'zewg roti b’piz baxx 3 2020 L3 - Mutur 104 2020 L7E - Kwadriċikletta b'piz kbir 11 2020 M1 - Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri b'sedili mhux izjed minn tmien persuni minbarra s-sedil tad-driver 7450 2020 M2- Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri, b'izjed minn tmien sedili minbarra s-sedil tad-driver, u li jkollha l-piz massimu ta' mhux izjed minn 5 tunnellati. 22 2020 M3- Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri, b'izjed minn tmien sedili minbarra s-sedil ta'd-driver, u li jkollha l-piz massimu ta' izjed minn 5 tunnellati. 13 2020 N1- Vettura uzata ghall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' mhux izjed minn 3.5 tunnellati. 468 2020 N2- Vettura uzata ghall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' izjed minn 3.5 tunnellati izda mhux izjed minn 12 -il tunnellata. 49 2020 N3- Vettura u¿ata għall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' izjed minn 12-il tunnellata 31 2020 Makkinarju 8 2020 SP – Special Purpose 4 YEAR CATEGORY TOTAL 2021 L3 - Mutur 546 2021 L7E - Kwadricikletta b'piz kbir 15 2021 M1 - Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri b'sedili mhux izjed minn tmien persuni minbarra s-sedil tad-driver 8995 2021 M2- Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri, b'izjed minn tmien sedili minbarra s-sedil tad-driver, u li jkollha l-piz massimu ta' mhux izjed minn 5 tunnellati. 15 2021 M3- Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri, b'izjed minn tmien sedili minbarra s-sedil ta'd-driver, u li jkollha l-piz massimu ta' izjed minn 5 tunnellati. 5 2021 N1- Vettura uzata ghall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' mhux izjed minn 3.5 tunnellati. 625 2021 N2- Vettura uzata ghall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' izjed minn 3.5 tunnellati izda mhux iZjed minn 12 -il tunnellata. 76 2021 N3- Vettura u¿ata għall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' iZjed minn 12-il tunnellata 107 2021 Makkinarju 17 2021 SP- Special Purpose 20 2021 T- Vettura Agrikola 10

COP 26 — tnaqqis ta' emissjonijiet tal-karbonju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi effettivament ttieħdu wara COP 26 biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-Karbonju f’pajjiżna?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li kienu ngħataw fit 13 il-Leġislatura għall-Mistoqsijiet Numru 16197 u 22112 dwar l-istess materja. Fl-istess ħin infakkru li bis-saħħa tal-investimenti tal-Gvern f’dan il-qasam illum l-emissjonijiet tal-karbonju f’pajjiżna, ras għal ras, huma l-inqas fl-Unjoni Ewropea, Il-ħidma tal-Gvern f’dan il-qasam ma tieqafx. Illum pajjiżna għandu strateġiji speċifiċi biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fosthom il-Low Carbon development Strategy u l-Long Term renovation Strategy. Sadanittant l-implementazzjoni ta’ dawn l-istrateġiji ġa għaddejja fuq diversi fronti, inklużi skemi ta sapport għal-karozzi elettrici u PHEVs, xogħol fuq interconnector ieħor ma Sqallija u kif ukoll l-introduzzjoni ta’ karozzi tal-linja elettriċi, fost l-oħrajn.

Livelli ta' emissjonijiet tal-karbonju

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’kienu l-livelli ta’ emissjonijiet ta’ karbonju ġewwa pajjiżna fis-snin 2020 u 2021?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-2020, l-emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju(carbon dioxide) għal Malta kien 1597.3 elf tunnellata netti. Għal dak li jirrigwardja l-2021, l-informazzjoni tinġabar u tiġi kkumpilata matul l-2022 u tkun magħluqa fl-2023. Dan il-proċess isir dejjem skont ir-rekwisiti internazzjonali dwar l-inventarji nazzjonali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (GHGs)

Vetturi reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi (ta’ kull kategorija) reġistrati hawn Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil-Onor Interpellant li l-ammont ta’ vetturi liċenzjati sal-aħħar ta’ Marzu 2022 huwa ta 414,669 kif spegat hawn taħt: Agrikoli Coaches u buses privati Minibuses Route Buses Muturi E-Kick Scooters Quad Bikes Karozzi tal-passiġġieri Kummerċjali Total 2,443 342 1,554 450 36,996 851 1,310 313,690 57,033 414,669

Każijiet ta' vjolenza domestika

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 173, mit-total ta’ 1741 rapport ta’ vjolenza domestika, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn waslu għall-proċeduri fil-Qorti? Kemm minn dawn il-każijiet kienu rapporti ta’ vjolenza fuq nisa? Kemm minn dawk il-każijiet li tressqu l-Qorti, ġew deċiżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza — persons of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu persons of trust jaħdmu fi ħdan il-Ministeru tiegħu fid-data ta’ meta qed tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza hemm disa’ (9) persons of trust.

Korp tal-Pulizija — pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru tal-Pulizija fi ħdan il-Korp fil-mument meta tkun qed tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija? Meta saret l-aħħar sejħa biex jiġu ingaġġati aktar Pulizija u kemm-il post vakant kien hemm? Kemm, fil-fatt kienu l-applikanti u kemm ġew ingaġġati rekluti ġodda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Informat li l-ħaddiema fi ħdan il-Korp tal-Pulizija sad-19 ta’ Mejju 2022 kien ta’ 2,260 li jinkludu 159 impjegat taċ-Ċivili li hemm mal-Korp. L-aħħar sejħa ta’ reklutaġġ saret fil-21 ta’ Jannar 2022. Din is-sejħa għalqet fl-14 ta’ Frar 2022, u kien hemm 141 applikant. Il-proċess għall-ingaġġ ta’ din is-sejħa għadu għaddej. Infurmat illi bħalissa fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati hemm 59 rekluta li qed jieħdu t-taħrig u dawn kienu mis-sejħa li kien hemm qabel dik ta’ Jannar 2022.