Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-snin 2020 u 2021 fejn f’dawn l-inċidenti tat-traffiku kien hemm min sofra xi ġrieħi? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li ġew irreġistrati mal-Pulizija, li kienu jinvolvu ġrieħi jew kienu fatali fis-snin 2020 u 2021, huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tip ta' Inċident
2020
2021
Fatali
12
9
Bil-feruti
232
314
Grand Total
244
323
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-aħħar ta’ Awwissu 2022 fejn f’dawn l-inċidenti tat-traffiku kien hemm min sofra xi ġrieħi? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li ġew irreġistrati mal-Pulizija, li kienu jinvolvu ġrieħi jew kienu fatali, mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-aħħar ta’ Awwissu 2022, kif jidher fit-tabella hawn taħt. F’żewġ każijiet, mill-inkjesta għad irid ikun determinat jekk il-kawża tal-mewt kinitx riżultat tal-inċident.
Tip ta' Inċident
2022
sa’ Awwissu
Fatali
16
Bil-ġrieħi
235
Inkjesta pendenti biex jiġi determinat il- kawża tal-mewt wara l-inċident.
2
Grand Total
253
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol fis-snin 2020 u 2021 fejn kien hemm persuni li weġġgħu u sofrew xi ġrieħi? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dettalji fuq din il-materja jkun aħjar li jintalbu u jinġabru mill-Ministeru kkonċernat mill-Awtorità responsabbli biex jinvestiga inċidenti li jsiru fuq postijiet tax-xogħol (OHSA), f’każijiet fejn persuni jweġġgħu u jsofru ġrieħi ta’ kull tip, inkluż dawk fatali.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex huma biss it-toroq ta’ biswit l-istadium ġewwa Ta’ Qali li huma mdawla? Jaf il-Ministru li ż-żona minn fejn il-mini aircraft field sal-bidu ta’ Ta Qali, li hija żona frekwentata minn persuni li jmorru jimxu jew jiġġoggjaw, hija kompletament mudlama? Meta ser tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Fid-dawl tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1460, fejn intqal li x-xogħlijiet fuq il-promenade tal-Imsida ser jitlestew sal-aħħar ta’ Awwissu u fid-dawl tal-fatt li dawn għadhom ’il bogħod milli jitlestew, jista’ l-Ministru jispjega għaliex dawn ix-xogħlijiet għadhom ma tlestewx u meta jantiċipa issa li ser jitlestew?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett jinsab fi stadju avvanzat iżda kien hemm problemi loġistiċi min-naħa tal-kuntrattur fejn jidħlu provisti tal-materjal tal-pavimentar peress li dan qed jinġieb kollu minn barra minn Malta, kif ukoll nuqqas ta’ riżorsi umani. Barra minn hekk ix-xogħol ta’ pavimentar fuq il-parti viċin l-islipway, twaqqaf għal 15-il ġurnata minn nofs Settembru sal-bidu t’Ottubru biex jingħata ċans lis-sidien ta’ bċejjeċ tal-baħar jużaw l-islipway ħalli jtellgħu d-dgħajjes tagħhom għax-xitwa.
Fid-dawl tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1461, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx konklużi d-diskussjonijiet mal-Fondazzjoni RISe u meta ser tiġi introdotta faċilità simili għall-priġunieri nisa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-proġetti mal-Fondazzjoni RISe saru minn dan il-Gvern li nvesta ħafna aktar fir-riabilitazzjoni tal-priġunieri. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet mar-RISe jsiru b’mod kontinwu tul is-sena u mhux b’inqas fuq dan il-proġett. Irid jintqal li fuq il-proġett diġà saru l-pjanti li ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-koordinament dwar il-proġett tad-dar il-ġdida jaqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Familja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 547 u jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq, xahar b’xahar, fis-sena 2021 u kemm minn dawn ġew solvuti? Tista' tingħata lista tal-lokalitajiet fejn saru dawn ir-rapporti?
Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 548 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 173, mit-total ta’ 1741 rapport ta’ vjolenza domestika, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn waslu għall-proċeduri fil-Qorti? Kemm minn dawn il-każijiet kienu rapporti ta’ vjolenza fuq nisa? Kemm minn dawk il-każijiet li tressqu l-Qorti, ġew deċiżi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mit-total ta’ 1741 rapport ta’ vjolenza domestika indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija 173, wara li d-dettalji ġew aġġornati manwalment sal-20 ta’ Ġunju, 2022 b’dedikazzjoni ta’ ħafna ħin, peress li dawn ivarjaw regolarment, irriżulta illi wasslu biex tressqu persuni l-Qorti, f’elf ħames mija u tlett (1503) każi. Vittmi fil-każijiet kollha, inkluż dawk li qed jiġu investigati u fejn ma kienx hemm każ, kien hemm elf, erba’ mija u erbgħax (1414) nisa u ħames mija u tmintax (518) irġiel. Mill-każijiet li tressqu l-Qorti, erba' mija u wieħed u disgħin (491) ġew deċiżi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-operazzjonijiet barra minn Malta li l-Armata tipparteċipa fihom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 2505, ninsab infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta hi parteċipi f’dawn l-operazjonijiet barra minn xtutna:
1. Kontroll tal-fruntieri marittimi esterni Ewropej taħt il-kappa ta “Frontex Joint Operation POSEIDON” ġewwa l-Greċja.
2. Kontroll tal-fruntieri terrestri esterni Ewropej taħt il-kappa ta “Frontex Joint Operation TERRA” ġewwa l-Bulgarija.
3. EU NAVFOR SOMALIA, Operation ATALANTA – fil-kwartieri ġenerali ġewwa Rota, Spanja.
4. United Nations Interim Force in Lebanon (UNIFIL).
Fid-dawl tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 739, jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw pulizija fis-sena 2021 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar sal-ġurnata meta tkun qed tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija? Jista’ jgħid ukoll kemm irtiraw pulizija għaliex għalqu s-servizz kif ukoll dawk li rtiraw qabel ma għalqu s-servizz u f’liema rank kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ pulizija li rtiraw bil-pensjoni fis-sena 2021 għaliex għalqu s-snin tas-servizz jew aktar, kien ta’ mija u tmenin. Dawk li rtiraw qabel ma għalqu s-snin tas-servizz tagħhom, imma kienu eliġibbli għall-penjoni, kienu ħamsa. Ir-rankijiet kienu kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
2021
Dep. Kummissarju
Assistent
Kummissarju
Suprentendent
Spettur
Maġġur
Surġent
Kuntistabbli
Total
Irtiraw bil-pensjoni qabel-il 25 sena servizz
2
3
5
Irtiraw bil-pensjoni b’ħamsa u għxorin sena servizz jew aktar
2
2
7
4
8
36
121
180
Total
2
2
7
4
8
38
124
185
Fil-perjiodu minn 1 ta’ Jannar 2022 sat-23 ta’ Gunju 2022, il-pulizija li rtiraw bil-pensjoni għaliex għalqu s-snin tas-servizz jew aktar, kien ta’ ħamsa u tletin. Dawk li rtiraw qabel ma għalqu s-snin tas-servizz tagħhom imma kienu eleġibli għall-pensjoni, kienu tnejn. Ir-rankijiet kienu kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
2022
Assistent
Kummissarju
Suprentendent
Spettur
Surgent
Kuntistabbli
Total
Irtiraw bil-pensjoni qabel-il 25 sena servizz
2
2
Irtiraw bil-pensjoni b’ħamsa u għxorin sena servizz jew aktar
1
3
1
8
22
35
Total
1
3
1
8
2
4
3
7
Korp tal-Pulizija – membri fi ħdan il-Community Policing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija ddettaljati fi ħdan il-Community Policing?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fid-data ta’ din il-mistoqsija, in-numru totali ta’ Pulizija ddettaljati fi ħdan il-Community Policing kien ta’ tlieta u tmenin (83).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ogħla età li għandu jkollha persuna sabiex tkun tista’ tidħol fl-Armata tinbidel minn dik li hija llum? Jekk hemm il-ħsieb li din l-età togħla, jista’ jinformana x’se tkun l-ogħla età li persuna jista’ jkollha sabiex tidħol fl-Armata? Jekk ma hemmx dan il-ħsieb, jista’ jgħid għaliex le?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-età massima hija ta’ 30 sena sabiex wieħed jidħol membru fil-Forzi Armati ta’ Malta minħabba l-fatt li jrid jiġi assigurat li sal-età massima tal-irtirar ta’ 55 sena, skont kif stabbilit fil-liġi li tirregola l-FAM, membru jkun laħaq serva l-minimu ta’ 25 sena fis-servizz sabiex jiġi eliġibbli biex igawdi minn pensjoni tas-servizz. Sakemm ma jkunx hemm każijiet eċċezzjonali kif stabbilit fil-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jinħolqu camping sites ġodda u jekk iva, fejn?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir pjanijiet għall-park għall-familja ġewwa Bengħajsa li parti minnu, eventwalment, se tkun iddedikata għal camping.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kienu wieqfa x-xogħlijiet fuq l-Iskola Primarja tal-Imsida bejn Awwissu 2021 u Mejju 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet kienu temporanjament sospiżi biex, fost oħrajn, jitlestew il-pjanti għall-estensjoni tal-parkeġġ, li se jiżdied minn 80 għal 160 spazju.
Jista’ l-Ministru jgħid meta kien antiċipat li jitlestew ix-xogħlijiet fuq l-Iskola Primarja tal-Imsida?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħljiet fuq l-Iskola Primarja l-ġdida fl-Imsida kienu antiċipati li jitlestew matul is-sena skolastika 2023-2024.