Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ karozzi abbandunati li kienu jinsabu pparkjati fit-toroq fis-snin 2021, 2022 u fis-sena 2023 sad-data ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? X’sar konsegwenza ta’ dawn ir-rapporti u kemm minn dawn il-karozzi ġew irmonkati/imneħħija mit-toroq tagħna? Dawn il-vetturi fejn tqiegħdu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li minn verifiki manwali li saru mill-Korp tal-Pulizija kien hemm 619-il każ fis-sena 2021, 581 każ fis-sena 2022 u 399 każ sa April ta’ din is-sena, fejn il-Pulizija aġixxiet wara rapporti li rceviet, ta’ vetturi li kien mitluqa jew abbandunati jew wara li dawn ġew identifikati waqt ir-ronda. Infurmat li fil-maġġoranza tal-każijiet il-vetturi jitneħħew mis-sidien tagħhom wara li titwaħħal in-notifika ta’ tneħħija fuq il-vetturi tagħhom. Fil-każijiet fejn vetturi ġew irmunkati mill-Pulizija dawn ġew meħuda fil-kumpless ġewwa ta’ Kandja għal Malta u fil-lok indikat mill-kuntrattur fil-każ ta’ Għawdex. Jekk ma jiġux irkuprati mis-sidien, jinħarrġu l-Avviżi tal-Pulzija relatati u għal informazzjoni ġenerali skond il-liġi, fejn il-Pulzija tkun tista’ tiddisponi minnhom wara l-perjodu stipulat.
Ma dawn dwar każi ta’ ngombru, l-Agenzija LESA kellha 3363 rapport, u ġew irmunkati 629 il-vettura fis-sena 2021. Fis-sena 2022 kien hemm 2831 rapport, u ġew irmunkati 449 il-vettura u sa l-aħħar t’April 2023 kellha 2776 rapport, u ġew irmunkati 454 vettura.
Ninsab infurmat illi bis-saħħa tal Liġi Sussidjarja 65.13 artikolu (3), barra mill-Pulizja u l-LESA it-tneħħija ta’ karozzi abbandunati li jkunu pparkjati fit-toroq jistgħu jitneħħew ukoll mill-Kunsilli Lokali u Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar is-safra li għamel id-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin lejn l-aħħar ta’ Marzu 2023? Minn min kien akkumpanjat f’din is-safra? X’inhi l-pożizzjoni li jokkupaw il-persuni li akkumpanjawh f’din is-safra u x’kienet il-ħtieġa li jakkumpanjawh?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Kap Eżekuttiv, żewġ uffiċjali li jiffurmaw parti mill-uffiċċju ta’ Strategy & Systems u Professur Giordamaina mill-Università ta' Malta u li jassisti lill-aġenzija, attendew il-konferenza organiżżata mill-ICPA (International Corrections and Prisons Associations) fuq riabilitazzjoni fil-ħabsijiet.
Il-Professur Giordmaina, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ipparteċipaw f’din il-konferenza bħala membri tal-proġett REEDU (Erasmus + - Universita ta’ Malta), fejn għamlu preżentazzjoni bit-titlu “Combining Project Based Learning, Positive Criminology and Systemic Practices for Rehabilitation within a Prison Context.” Din il-preżentazzjoni kienet tiffoka fuq proġett ta’ riabilitazzjoni fil-ħabs ta Malta.
L-uffiċjala li attendew jiffurmaw parti mill-uffiċċju ta’ Strategy & Systems fi ħdan l-Aġenzija li jiffoka fuq strateġiji, żvilupp u sistemi ta’ implimentazzjoni fil-ħabs.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini tal-Iskola Primarja tal-Imsida li kien intqal li kellha tiftaħ il-bibien tagħha fl-2019? Kemm sewa x-xogħol ta’ demolizzjoni li kellu jsir f’parti ta’ din l-iskola l-ġdida li nbniet ħażin? Min wettaq dan ix-xogħol u kemm tħallas? X’inhuma l-estimi tal-valur tax-xogħol li se jkollu jerġa’ jsir minħabba dan ix-xogħol ħażin li sar u min ser jagħmlu? Min hu responsabbli mix-xogħol ħażin li sar f’din l-iskola l-ġdida? X’tip ta’passi legali beda l-Ministeru tiegħu jew l-FTS konsegwenza ta’ dan ix-xogħol ħażin u fiex waslu dawn il-proċeduri, jekk ittieħdu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Website uffiċjali tal-Gvern – ismijiet ta’ membri ta’ bordijiet, aġenziji pubbliċi u kumitati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex fuq il-website uffiċjali tal-Gvern ‘www.gov.mt’ tneħħew l-ismijiet kollha tal-membri tal-bordijiet tal-aġenziji pubbliċi, kumitati u bordijiet oħra li qabel kienu jinsabu fuq il-link aċċessibbli mill-istess sit elettroniku? Min ta din l-ordni u għaliex?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt informat li bħalissa s-siti elettroniċi tal-gvern għaddejin minn proċess ta’ mmodernizzar. Dan anke ibba¿at fuq l-esperjenza ta’ min ju¿ahom.
Fis-sit ta’ kull Ministeru hemm inklu¿a l-lista tal-bordijiet u entitajiet li jaqgħu taħt dak il-Ministeru u meta wieħed jgħa¿el dik l-entita ikun iddirezzjonat għat-tagħrif meħtieġ dwar dik l-entità, inklu¿ dak li qed jirreferi għalih l-Onor.Interpellant. Dan biex ikun faċli biex wieħed isib it-tagħrif dwar l-entitajiet u s-servizzi li jaqgħu taħt kull Ministeru.
La jitlesta dan il-proċess jingħaqad ukoll mas-sit li qed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant. Informat li l-proċess mistenni jingħalaq fil-ġimgħat li ġejjin.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li jagħmel referenza għaliha fid-domanda tiegħu hija ukoll diġa’ pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol li għandu l-impjegat, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u għaliex intgħażel biex jibda jaħdem fi ħdan il-Ħabs? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ngħata lil dan l-impjegat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-persuna riferuta huwa membru f'Korp Dixxiplinat li ġie assenjat biex jaqdi dmiru skont l-esiġenzi tas-servizz. Infurmat li ma jsir l-ebda ħlas ieħor mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Bord tal-Immigrazzjoni – talbiet għall-ħruġ ta’ permess ta’ residenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati appelli fl-aħħar ħames snin quddiem il-Bord tal-Immigrazzjoni Numru 1 u Numru 2 u li l-mertu ta’ dawn l-appelli kien jirrigwarda talba għall-permess ta' residenza? Kemm minn dawn l-appelli ġew miċħuda mill-Aġenzija Identità Malta? Minn dawn l-appelli, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem il-Bord tal-Immigrazzjoni Numru 1 u Numru 2? Kemm appelli ġew deċiżi mill-Bord Numru 1 u kemm għad fadallu każijiet pendenti li l-mertu tal-appell jittratta każijiet għall-permess ta' residenza? Kemm appelli ġew deċiżi mill-Bord Numru 2 u kemm għad fadallu każijiet pendenti li l-mertu tal-appell jittratta każijiet għall-permess ta' residenza? Kemm qed jinżammu seduti fil-ġimgħa sabiex jinstemgħu l-appelli pendenti li l-mertu tal-appell jittratta każijiet għall-permess ta' residenza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 6873. Infurmat illi t-tip ta’ appell imsemmi mill-Onor. Interpellant hu wieħed minn 15-il forma ta’ appell li potenzjalment jista’ jitressaq quddiem il-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni. Dan il-bord hu issa kompost minn 3 Diviżjonijiet, bl-aħħar diviżjoni tkun maħtura fl-aħħar jiem. Intant infurmat ukoll illi hemm 1,525 każ pendenti li huma relatati ma’ dak imsemmi fil-mistoqsija. Dawn fil-biċċa l-kbira tagħhom huma appelli li jkunu ddaħħlu hekk kif ikunu ġew miċħuda fil-prima istanza wara li jkun sar proċess rigoruż ta’ evalwazzjoni mill-awtoritajiet rispettivi fuq il-persuni barranin li jkunu applikaw.
Bord tal-Immigrazzjoni – talbiet għall-ħruġ ta’ visa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati appelli fl-aħħar ħames snin quddiem il-Bord tal-Immigrazzjoni Numru 1 u Numru 2 li l-mertu tagħhom jirrigwarda t-talba għall-ħruġ ta’ visa, liema talba tkun ġiet miċħuda mill-Ambaxxati ta' Malta jew mit-Taqsima Ċentrali tal-Visa fi ħdan l-Aġenzija Identità Malta? Minn dawn l-appelli, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem il-Bord tal-Immigrazzjoni Numru 1 u Numru 2? Kemm appelli ġew deċiżi mill-Bord Numru 1 u kemm għad fadallu każijiet pendenti li l-mertu tal-appell jittratta talbiet għal visa? Kemm appelli ġew deċiżi mill-Bord Numru 2 u kemm għad fadallu każijiet pendenti li l-mertu tal-appell jittratta talbiet għal visa? Kemm qed jinżammu seduti fil-ġimgħa sabiex jinstemgħu l-appelli pendenti li l-mertu tal-appell jittratta każijiet għal talbiet għal visa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 6873. Infurmat illi t-tip ta’ appell imsemmi mill-Onor. Interpellant hu wieħed minn 15-il tip ta’ appell li potenzjalment jista’ jitressaq quddiem il-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni. Dan il-bord hu issa kompost minn 3 Divizjonijiet, bl-aħħar diviżjoni tkun maħtura fl-aħħar jiem. Intant infurmat ukoll illi hemm 3,229 każ pendenti li huma relatati ma’ dak imsemmi fil-mistoqsija. Dawn fil-biċċa l-kbira tagħhom huma appelli li jkun daħħlu hekk kif ikunu ġew miċħuda fil-prima istanza wara li jkun sar proċess rigoruż ta’ evalwazzjoni mill-awtoritajiet rispettivi fuq il-persuni barranin li jkunu applikaw.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni detenuti li ngħataw forma ta' trankwilizzanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni detenuti b’sentenza, jew li għadhom qed jistennew li jsir il-proċess tagħhom fi ħdan il-Faċilità Korretiva ta’ Kordin, li ngħataw xi forma ta’ trankwilizzanti fis-snin 2021 u 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi kull każ ta’ persuni li ngħataw benzodiazepines huwa individwali.
Hemm detenuti illi jingħataw benzodiazepines għal raġuni medika partikolari għal qasir żmien, u oħrajn għal kundizzjonijiet psikjatriċi kroniċi taħt superviżjoni tal-psikjatra.
Infurmat illi detenuti ġodda li jkunu diġà ngħataw benzodiazepines fuq ordnijiet tat-tobba fil-komunità jkomplu jiġu segwiti mit-tobba u psikjatri tal-Faċilità.
Filwaqt illi jsiru tentattivi sabiex fuq rakkomandazzjonijiet ta’ professjonisti mediċi jitnaqqas l-użu eċċessiv ta’ benzodiazepines, dan ma għandux jitqies bħala l-uniku kejl biex ngħarblu s-suċċess ta’ riabilitazzjoni. Wieħed jinnota illi l-konsum ta’ benzodiazepines mis-sena 2021 sas-sena 2022 tnaqqas b’20% ikkumparat mas-snin ta’ qabel.
Infurmat illi fis-sena 2021 kien hemm 194 detenut illi ngħata benzodiazepines filwaqt li fis-sena 2022 kien hemm 180 detenut.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li qed jiskontaw sentenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qegħdin jiskontaw sentenza, fil-ġurnata li tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm 355 persuna li qegħdin jiskontaw sentenza.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni detenuti li qed jistennew li jsir proċess ġudizzjarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni detenuti fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li għadhom qed jistennew li jsir il-proċess ġudizzjarju tagħhom, fil-ġurnata li tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fil-preżent hemm 250 persuna li għadhom qed jistennew li jsir il-proċess ġudizzjarju tagħhom.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – uffiċjali li ġew misjuba ħatja ta’ xi reat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali jaħdmu fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li kellhom preċedenti penali u li ġew misjuba ħatja ta’ xi reat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li hemm żewġ uffiċjali li kellhom preċedenti penali u li ġew misjuba ħatja ta’ xi reat li wara ġew impjegati fis-sena 2003.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Impjegati li jiġu skrutinizzati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess li jintuża sabiex jiġi determinat jekk persuni li se jidħlu jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin (CCF) jiġu debitament skrutinizzati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kull applikant jiġi mitlub jipproduċi l-kondotta tal-Pulizija riċenti li trid tkun maħruġa mhux aktar tard minn xahar (1) mid-data tal-applikazzjoni filwaqt li jsiru ‘checks’ oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu D Visas kull xahar matul is-snin 2020, 2021 u 2022?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kif mitluba hi kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Tajjeb wieħed jirrimarka li fl-2020 u l-2021 in-numri kienu affettwati mill-pandemija tal-COVID-19.
Xahar202020212022
Jannar20173941602
Frar12314592164
Marzu3074011805
April1134521345
Mejju1925571547
Ġunju2266713879
Lulju1414964705
Awwissu1589353655
Settembru48311782411
Ottubru40015282240
Novembru43020141794
Diċembru43216431545
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4594 u jgħid kemm daħlu appelli fis-sena 2022 quddiem l-Immigration Appeals Board? Kemm minn dawn l-appelli li ġew introdotti fis-sena 2022 ġew deċiżi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6873.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4595 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ appelli pendenti quddiem l-Immigration Appeals Board fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6873.
Rapport Annwali tar-Regolatur Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ir-Rapport Annwali tar-Regolatur (Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali) għas-sena 2021 għadu ma tqigħedx fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Kumitat responsabbli huwa skedat biex jiltaqa' fil-jiem li ġejjin u sussegwentament ikun impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fost l-uffiċjali/ħaddiema li daħlu jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm minnhom li kienu preċedentement ġew ikkundannati għal piena karċerarja wara li ġew misjubin ħatja ta’ reat? Jista’ jgħid kemm hemm minn dawn il-ħaddiema, x’kienu s-sentenzi li ngħataw u dwar xiex ġew misjubin ħatja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi li mill-aħħar intake li sar, l-Aġenzija la hija infurmata u lanqas kien hemm xi forma ta’ dikjarazzjoni minn xi ħaddiem/a li turi li kien hemm min kien ikkundannat għal piena karċerarja.