Legislature:
Category:
Reset
Active:

FCID — spetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spetturi assenjati fid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji (FCID)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi bħalissa hemm tnejn u għoxrin spettur assenjat fid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji (FCID), flimkien ma' żewġ Supretendenti.

Community Police – spetturi li jieħdu ħsieb kumpilazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn numru ta’ Spetturi assenjati fil-Community Police kemm il-kumpilazzjoni qegħdin jieħdu ħsieb, fis-sens illi huma l-uffiċjali prosekuturi, inkluż dawk fejn ikunu qed jipprosegwixxu flimkien mal-Avukat Ġenerali? Jista’ ukoll jgħid x’inhu n-numru ta’ prosekuzzjonijiet li dawn l-istess Spetturi qed imexxu qua l-uffiċjali prosekuturi quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fil-vesti tagħha ta’ Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onor. Membru japprezza illi d-doveri ta’ spetturi f’sezzjonijiet diversi jvarjaw u għalkemm kull spettur jaħdem biex jara illi l-oġġettivi relatati max-xogħol tiegħu jinkisbu, ma jfissirx illi f’kull involviment f’investigazzjonijiet ta’ reati, Spettur ikollu jipprosegwixxi individwalment jew ma' ħaddiehor, ġaladarba l-prosekuzzjoni titmexxa fil-parametri tal-liġi. Ix-xogħol tal-Pulizija jkopri diversi elementi u fil-każ tal-Ispetturi assenjati fil-Community Police, l-impenn prinċipali tagħhom hu li b’diversi modi jibnu relazzjonijiet tajba u aktar mill-qrib mal-Komunità inġenerali u jikkonċentraw fuq il-prevenzjoni u riduzzjoni ta’ reati, u kemm jista' jkun proattivament, u b’hekk jgħollu l-fiduċja tal-Korp inġenerali. Għaldaqsant mhux prudenti li tingħata informazzjoni kif mitluba, anke jekk ikun hemm okkażjonijiet fejn l-istess spetturi prosegwew jew assistew spetturi minn sezzjonijiet u distretti oħra, fil-prosekuzzjoni ta’ każi li kienu involuti fihom.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — midalja tas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji biex uffiċjali fi ħdan il-Faċilità Korretiva ta' Kordin jingħataw midalja tas-servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi il-kriterji biex uffiċjali jingħataw midalja huwa regolat skond il-Kap. 251 tal-Liġijiet ta’ Malta u l-Liġi Sussidjarja 251.01.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — midalja tas-servizz - persuni inkarigati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni responsabbli sabiex jiddeċiedu jekk uffiċjal fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin huwiex intitolat jew le li jircievi midalja tas-servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-proċess sabiex uffiċjal jingħata l-midalja tas-servizz huwa regolat skont il-Kapitlu 251 tal-Liġijiet ta’ Malta u l-liġi sussidjarja 251.01 u jiġi evelwat minn ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — midalja tas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-uffiċjali li ma jingħatawx il-midalja tas-servizz fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hux qed jingħataw spjegazzjoni għaliex ma jkunux ikkwalifikaw biex jingħataw din il-midalja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi min ma jikkwalifikax għall-midalja għal 18-il sena servizz jew Clasp tal-25 u 30 sena servizz u jitlob spjegazzjoni għaliex ma jkunx ġie eliġibbli, jingħata spjegazzjoni mill-Uffiċċju tal-HR fi ħdan l-Aġenzija.

Forzi Armati ta' Malta — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Forzi Armati ta' Malta matul is-sena 2022? Lil min ingħataw dawn id-direct orders u fiex kienu jikkonsistu? X’kien il-valur tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Identity Malta — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders minn Identity Malta matul is-sena 2022? Lil min ingħataw dawn id-direct orders u fiex kienu jikkonsistu? X’kien il-valur tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Korp tal-Pulizija — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2022? Lil min ingħataw dawn id-direct orders u fiex kienu jikkonsistu? X’kien il-valur tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

L-Imsida – Skola Primarja — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9031 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini tal-Iskola Primarja tal-Imsida li kien intqal li kellha tiftaħ il-bibien tagħha fl-2019? Kemm sewa x-xogħol ta’ demolizzjoni li kellu jsir f’parti ta’ din l-iskola l-ġdida li nbniet ħażin? Min wettaq dan ix-xogħol u kemm tħallas? X’inhuma l-estimi tal-valur tax-xogħol li se jkollu jerġa’ jsir minħabba dan ix-xogħol ħażin li sar u min ser jagħmlu? Min hu responsabbli mix-xogħol ħażin li sar f’din l-iskola l-ġdida? X’tip ta’ passi legali beda l-Ministeru tiegħu jew l-FTS konsegwenza ta’ dan ix-xogħol ħażin u fiex waslu dawn il-proċeduri, jekk ittieħdu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-bini tal-Iskola Primarja tal-Imsida qiegħed fil-fa¿i ta’ kostruzzjoni. Ix-xogħol ta’ demolizzjoni li sar f’parti ta’ din l-iskola l-ġdida sar minn C&F Building Contractors skont spiża proviżorja ta’ €311,182, li tinkludi x-xogħlijiet relatati u s-servizzi anċillari. L-estimi tal-valur tax-xogħol li se jkollu jerga` jsir jeċċedi ż-żewġ miljuni u għadu mhux kuntrattat. Ix-xogħol ħażin li sar f’din l-iskola l-ġdida hu attribwit mill-FTS lill-Perit Frank Ellul ta’ MADE Studio u l-project team tiegħu li kontra tagħhom ġiet preżentata ittra uffiċċjali. Tajjeb li nfakkru lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru mmexxi minni, flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, kienu korretti meta ħadu azzjoni immedjata hekk kif sar magħruf ix-xogħol difettuż, u kienu wkoll kompletament trasparenti biex jinformaw lill-pubbliku minnufih rigward din is-sitwazzjoni.

Sports Commercialisation Board – remunerazzjoni tal-membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull membru tal-Isports Commercialisation Board? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba ltaqa’ matul din is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar komposizzjoni tal-board imsemmi saret f’Marzu ta’ din is-sena u s’issa ntaqaw 3 darbiet. Ir-remunerazzjoni għall kull sena tammonta hekk; €19,689.67 għaċ-Chairperson u €7,634.77 għall-Membri l-oħra nklu¿ is-Segretarju.

Bini ta’ half way house għal priġunieri maskili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li titlesta t-tieni half way house li qed tinbena għal priġunieri maskili? Kemm se tkun tista’ takkomoda nies?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-kollaborazzjoni eċċellenti bejn il-Gvern u l-għaqdiet li jaħdmu għar-rijabilitazzjoni tal-priġunieri, qed twassal sabiex jiġu msaħħa aktar servizzi ġodda minn dawk preżenti. Fil-fatt il-Gvern jinsab f’diskussjonijiet mal-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl sabiex anke din il-Fondazzjoni, torganizza programm ta’ rijabilitazzjojni għall-priġunieri. Dan il-programm se tkun qed tmexxih minn dar ġewwa l-Birgu. Huwa maħsub li dan il-programm jibda sa tmiem din is-sena, sakemm fil-fratemp isiru t-tħejjijiet neċessarji. Dan il-programm se jkun qed jilqa’ kemm priġunieri nisa u anke rġiel u se jkun qed jimxi skont il-ħtiġijiet u t-talbiet għall-programmi f’dak il-mument. Ukoll, Il-kolloborazzjoni bejn il-Gvern u l-Fondazzjoni RISe qed tkompli tissaħħaħ sabiex jiġu provduti servizzi ġodda aktar minn dawk preżenti. Proġetti li bdiehom dan il-Gvern flimkien mal-Fondazzjoni RISe u ser ikompli jibni fuqom. Infurmat li l-proċess għal din id-dar għaddej flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar u dan il-proċess bħalissa qed jiġi kkordinat mill-Ministeru għall-Familja. Apparti dan infurmat li l-Fondazzjoni RISe sakemm jitlesta dan il-proġett, xorta waħda se testendi l-programm tagħha billi tagħmel użu minn dar oħra mikrija minn terzi li l-proċess għalih ħadet ħsiebu l-istess Fondazzjoni. Dawn il-programmi ġodda se jkunu kemm għal priġunieri femminili iżda anke dawk maskili.

Karozzi abbandunati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ karozzi li fis-snin 2021 u 2022 kienu abbandunati u li ma jkunux tneħħew mis-sidien, iżda ma setgħux jiġu rmunkati għaliex ma kienx hemm spazju ġewwa Ta’ Kandja jew fil-post identifikat f’Għawdex ? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għas-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li minn verifiki manwali li saru mill-Korp tal-Pulizija kien hemm 619-il każ fis-sena 2021, 581 każ fis-sena 2022 u 399 każ sa April ta’ din is-sena, fejn il-Pulizija aġixxiet wara rapporti li rċeviet, ta’ vetturi li kienu mitluqa jew abbandunati, jew wara li dawn ġew identifikati waqt ir-ronda. Infurmat li fil-maġġoranza tal-każijiet il-vetturi jitneħħew mis-sidien tagħhom wara li titwaħħal in-notifika ta’ tneħħija fuq l-istess vetturi. Fil-każijiet fejn vetturi ġew irmunkati mill-Pulizija dawn ġew meħuda fil-kumpless ġewwa ta’ Kandja għal Malta u fil-lok indikat mill-kuntrattur fil-każ ta’ Għawdex. Jekk ma jiġux irkuprati mis-sidien, jinħarġu l-Avviżi tal-Pulzija relatati u għal informazzjoni ġenerali skont il-liġi, fejn il-Pulzija tkun tista’ tiddisponi minnhom wara l-perjodu stipulat. Ma' dawn dwar każi ta’ ngombru, l-Aġenzija LESA kellha 3363 rapport, u ġew irmunkati 629 vettura fis-sena 2021. Fis-sena 2022 kien hemm 2831 rapport, u ġew irmunkati 449 il-vettura u sa l-aħħar t’April 2023 kellha 2776 rapport, u ġew irmunkati 454 vettura. Ninsab infurmat illi bis-saħħa tal Liġi Sussidjarja 65.13 artikolu (3), barra mill-Pulizja u l-LESA t-tneħħija ta’ karozzi abbandunati li jkunu pparkjati fit-toroq jistgħu jitneħħew ukoll mill-Kunsilli Lokali u Transport Malta. Għaldaqstant dan juri li hemm impenn kemm mill-Korp tal-Pulizija u l-Aġenzija LESA sabiex vetturi abbandunati jkunu mneħħija, flimkien ma entitajiet oħrajn li għandhom dawn il-poteri. Tagħrif ieħor mhux disponibbli f'sistema kompjuterizzata.

Bini ta’ half way house għal priġunieri femminili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li titlesta l-half way house għal priġunieri femminili?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Issir referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2502. Il-kolloborazzjoni eċċellenti bejn il-Gvern u l-Fondazzjoni RISe qed tkompli tissaħħaħ sabiex jiġu provduti servizzi ġodda aktar minn dawk preżenti. Proġetti li bdiehom dan il-Gvern flimkien mal-Fondazzjoni RISe u ser ikompli jibni fuqhom. Infurmat li l-proċess għal din id-dar għaddej flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar u dan il-proċess bħalissa qed jiġi kkordinat mill-Ministeru għall-Familja. Apparti dan infurmat li l-Fondazzjoni RISe sakemm jitlesta dan il-proġett, xorta waħda se testendi l-programm tagħha billi tagħmel użu minn dar oħra mikrija minn terzi li l-proċess għalih ħadet ħsiebu l-istess Fondazzjoni. Dawn il-programmi ġodda se jkunu kemm għal priġunieri femminili iżda anke dawk maskili. Bħala Ministeru, u anke bħala parti mill-proċess rijabilitattiv li nemmnu tabilħaqq fih, inżommu kuntatt fuq bażi regolari mal-għaqdiet kollha fis-settur sabiex jiġu provduti l-aqwa programmi ta’ rijabilitazzjoni possibbli.

CCF – safar mid-Direttur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer id-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Min akkumpanjah f’kull safra u x’kien l-iskop ta’ dan is-safar? B’kollox kemm ġie jiswa dan is-safar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Kap Eżekuttiv attenda ‘Correctional Reserach Symposium 2023’ f’Porto, il-Portugall. Huwa kien akkumpanjat mill-Professur Joe Giordimaina mill-Università ta' Malta u li jassisti lill-aġenzija u minn żewġ uffiċjali mill-uffiċċju ta’ Startegy & Systems fi ħdan l-Aġenzija. L-ispejjeż tal-Kap Eżekuttiv u l-Professur Giordimaina ġew imħallsa mill-Università ta’ Malta, filwaqt li l-ispejjeż taż-żewġ uffiċjali, ġew imħallsa mill-Aġenzija u ammontaw għal €3,501.27. Ukoll il-Kap Eżekuttiv attenda it-‘28th Council of Europe Conference of Directors of Prison and Probation Services’ f’Berlin, il-Ġermanja. Huwa kien akkumpanjat mill-Professur Joe Giordimaina mill-Università ta' Malta u li jassisti lill-aġenzija u minn uffiċjal li jagħmel parti mill-Istrategy & Systems fi ħdan l-Aġenzija. L-ispiża totali għal din is-safra kienet ta’ €4,278.00.

CCF – priġunieri nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri nisa li preżentement qed jiskontaw sentenza fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari sitta u għoxrin (26) mara qed tiskonta sentenza ta’ priġunerija.

Għajnsielem – Ċentru San Apollona – Fakultà tad-Dentistrija – klinika — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa sabiex ssir il-klinika dentali tal-Fakulta tad-Dentisrija ġewwa ċ-Ċentru San Apollona f’Għajnsielem? Jista’ jgħid kemm ra pazjenti dan iċ-Ċentru minn meta tlesta sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.