Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-P71 għadha qed tirċievi s-supply tal-elettriku permezz ta’ generator? Jista’ jgħid ukoll jekk minħabba dan l-istat ta’ fatt hux qed jintefqu madwar 1,300/1,400 diesel kuljum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-P71 qegħda tirċievi s-supply tal-elettriku permezz ta’ generator temporanjament sakemm tissolva problema li mistennija tissolva fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-yacht mixtrija minn Yachting Malta li ngħatat l-isem ta’ “Viva Malta”? Jista’ jgħid ukoll għaliex din tħalliet mitluqa ġewwa boat yard fil-Marsa, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u ma ntużat qatt?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Detenuti li jaħdmu fil-Faċilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm detenuti fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li jaħdmu ġewwa l-Faċilità u x’inhu x-xogħol li jagħmlu? Jista’ jgħid ukoll kemm jitħallsu u x’inhuma is-sigħat li jaħdmu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li mill-popolazzjoni ta' residenti tal-ħabs kważi 60% tal-popolazzjoni kollha għandhom jew impjieg fil-ħabs, jew barra jew fil-komunità.
Infurmat li 371 priġunier li għandhom xogħol fil-ħabs. Ix-xogħlijiet li jagħmlu dawn il-priġunieri jvarja. Il-priġunieri jaħdmu fl-IT, fid-dipartiment tal-edukazzjoni, fl-uffiċċju tar-rekords, fil-kċina, maintenance, laundry, electricians, fitters, maxtrudaxxi, fit-tuck shop, fil-forn tal-ħabs, fil-canteen, fil-gym, bħala cleaners (li jinkludi wkoll car wash), fil-kappella u anke fil-ġebel. Infurmat li dawn jingħataw allowance ta' €10 kuljum u ċioè jvarja bejn €217 fix-xahar u €300 fix-xahar. Infurmat li dawk jaħdmu fid-diviżjoni tagħhom stess jingħataw allowance ta' €20. Hemm ukoll proġett ma’ kumpanija privata tal-artificial intelligence fejn jingħataw allowance bir-rata ta’ €75 fix-xahar għal 4 jew 6 sigħat fil-ġimgħa.
Ukoll infurmat illi t-total ta’ priġunieri li joħorġu mill-faċilità huwa ta’ 15.
2 priġuneri Community Work jaħdmu 5 sigħat kuljum u jingħataw allowance ta' €200 fix-xahar.
4 priġunieri fuq pre-release work (Jobsplus scheme – jitħallsu 80% tal-minimum wage) u jaħdmu 8 sigħat kuljum.
5 priġunieri jaħdmu f’xogħol estern ma’ kumpaniji għal 8 sigħat kuljum u jingħataw allowance ta' €300 fix-xahar.
2 priġunieri apprenticeship jaħdmu 5 sigħat kuljum u jingħataw stipendju mill-MCAST/UOM.
2 priġunieri ITS Course - stipendju mogħti mill-ITS.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Detenuti li jaħdmu barra mill-Faċilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm detenuti fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li jaħdmu barra mill-Faċilità u x’inhu x-xogħol li jagħmlu? Jista’ jgħid ukoll kemm jitħallsu u x’inhuma s-sigħat li jaħdmu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12341.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Detenuti li qed isegwu xi kors fil-Faċilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm detenuti fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed isegwu xi kors li jiġi offrut fi ħdan il-Faċilità stess u x’inhuma dawn il-korsijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi hemm dan in-numru ta’ detenuti li qed isegwu kors offrut fi ħdan il-Faċilità stess.
Isem tal-Kors
Numru ta’ studenti
English (various levels, according to assessment)
112
English as a Foreign Language
13
Maltese as a Foreign Language
8
Digital Skills
10
Information Technology
7
Maths
13
Spanish
14
Italian
15
Gym/sport sessions
210
MFA Cross Bars project
20
Interior Design
11
Customer Care
25
Psychoeducational Groups
58
Personal Empowerment & Leadership
12
Yoga
4
First Aid
20
Food Handling Cat B
10
Cookery
14
Crafts
8
Tile Laying
6
Infurmat ukoll illi hemm dan in-numru ta’ detenuti li qed isegwu kors offrut minbarra l-Faċilità.
Isem tal-Kors
Numru ta’ studenti
Food Handling, Preparation and Service Operations
10
MCAST - Advance Diploma in Masonry Heritage Skills
1
University of Malta - MSc in Engineering
1
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Detenuti li qed isegwu xi kors barra mill-Faċilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx detenuti fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed isegwu xi kors offrut minn barra l-Faċilità u x’inhuma dawn il-korsijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12343.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Rata ta’ paga għad-detention officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm detention officers li matul is-sena 2022, il-paga tagħhom, bl-allowances u l-overtime telgħet għal aktar minn €3,000 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll f’liema shift ħadmu u l-lokalitajiet fejn jgħixu dawn l-istess ħaddiema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li ma jeżistix l-grad imsemmi ġewwa l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema pajżana jaħdmu fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta (AFM) u x’inhu r-rwol tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qegħda tiġi riprodotta fit-tabella t’hawn taħt:
Rwol
Numru ta’ Pajżana
Clerk
6
Officer in Grade 13
11
Officer in Grade 15
1
Officer in Grade 11 (Assistant Manager HR)
1
Senior Operative Group IV
18
Senior Tradesman
5
Social Assistant (Telephone Operator)
1
Group II General Hand
2
Group I (Driver)
1
Total
46
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm suldati sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom minħabba li għandhom proċeduri pendenti l-Qorti? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-reati li bihom jinsabu akkużati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta għandha żewġ persuni sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom minħabba proċeduri pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija sospiżi mill-qadi ta’dmirijiethom fi ħdan il-Korp tal-Pulizija minħabba proċeduri pendenti l-Qorti? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-reati li bihom jinsabu akkużati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ Pulizija li bħalissa huma sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom fi ħdan il-Korp tal-Pulizija minħabba proċeduri pendenti l-Qorti, huma tnejn u ħamsin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom minħabba proċeduri pendenti l-Qorti? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-reati li bihom jinsabu akkużati?
Jista’ l-Ministru jgħid xi bżonn kien hemm ta’ rebranding ġewwa Identità? Jista’ jgħid ukoll fil-konkret dan ir-rebranding kif għen biex Identità ttejjeb is-servizzi tagħha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li r-rebranding tal-Aġenzija Identità timmarka fażi oħra mill-proċess ta’ tiġdid li imbarkat fuqu l-Aġenzija, sa minn meta twaqqfet. Matul is-snin l-aġenzija evolviet u kibret, investiet fl-aktar apparat teknoloġiku avvanzat, sabiex fost oħrajn tiddiġitalizza s-servizzi tagħha, fejn huwa possibbli, u tipprovdi dokumenti konformi mal-ogħla standards internazzjonali.
F’għeluq l-għaxar sena mit-twaqqif tal-Aġenzija, tnediet dehra ġdida li hija xhieda tal-identità tal-istess aġenzija, filwaqt li tenfasizza r-rwol essenzjali tagħha biex taqdi l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u r-residenti kollha.
Il-missjoni tal-aġenzija tibqa’ li tipprovdi servizzi u dokumenti relatati mal-identità, u fost il-prinċipji fundamentali tagħha hemm il-protezzjoni tas-sigurtà tal-identità, u dan huwa rifless fil-logo l-ġdid varat. L-Aġenzija Identità hija kommessa, li bl-aktar mod effiċjenti u effettiv taqdi l-funzjonijiet tagħha lejn iċ-ċittadini kollha Maltin u l-barranin residenti u ħaddiema f’pajjiżna. F’dan ir-rigward l-aġenzija ssostni l-impenn tagħha li tkun ta’ spalla għall-employers ġenwini f’setturi kruċjali li jeħtieġu jħaddmu magħhom ħaddiema barranin, iżda iebes ma’ min jipprova jisfrutta jew jagħmel gwadann minn fuq dawn il-ħaddiema.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk il-pulizija li jkunu rtiraw mill-Korp wara li jkunu għalqu l-25 sena servizz iżda, li wara li jkunu rtiraw, jagħżlu li jerġgħu jidħlu fil-Korp, humiex intitolati għaż-żieda ta’ 23% fil-pensjoni reċentement imħabbra? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kundizzjonijiet biex dawn il-persuni jkunu ntitolati għal tali żieda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fl-aħħar jiem daħlet fis-seħħ miżura tal-Manifest elettorali, b’żidiet storiċi fil-pensjoni tas-servizzi għall-ħaddiema fl-erba’ korpi dixxiplinati ta’ pajjiżna. Ħaddiem f’Korp Dixxiplinat li għalaq il-25 sena servizz u jiddeċiedi li jibqa’ jservi, jekk jaħdem sa 29 sena servizz se jkun intitolat għal żieda ta’ 23% fil-pensjoni tas-servizz. Min illum għandu 29 sena servizz jew aktar huwa immedjatament intitolat.
Ħaddiem li hu intitolat għal żieda ta’ 23% fil-pensjoni, ser ikun intitolat ukoll għall-inċentiv mhux taxxabbli ta’ sitt xhur paga bażika għal kull sena iżjed li jaħdem sa massimu ta’ 4 snin.
Ukoll, ħaddiem li sal-lum baqa’ jservi u qabeż id-29 sena servizz se jkun intitolat b’mod awtomatiku għal żieda ta’ 23% fil-pensjoni tas-servizz jekk jiddeċiedi li jirtira, u l-possibiltà li jekk jibqa’ jservi jkun intitolat għall-inċentiv finanzjarju mhux taxxabbli. Fl-eventwalità li membru ta’ korp dixxiplinat ikun irtira wara l-għeluq tal-25 sena servizz, u jkun re-instated, ikun intitolat għal żieda fil-pensjoni ta’ 23% wara li jservi 4 snin oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu d-diskussjonijiet fuq il-ftehim kollettiv mal-Korp tal-Pulizija u meta huwa antiċipat li jiġu konklużi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Hemm impenn ċar li kontinwament ikun hemm investiment fil-ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinati, inkluż tal-Korp tal-Pulizija. Dan jixhduh l-4 ftehimiet kollettivi li saru ma’ dawn il-ħaddiema fl-aħħar ftit snin, li permezz tagħhom ġew siġillati kundizzjonijiet bla preċedent. Ninsab infurmat illi d-diskussjonijiet fuq il-ftehim kollettiv mal-Korp huma fi stadju avvanzat mal-Unions li jirrappreżentaw lil dawn il-ħaddiema.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Uffiċjali korrettivi impjegati full-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali korrettivi impjegati full-time fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Hemm impenn ċar li kontinwament ikun hemm investiment fil-ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinati, inkluż tal-Korp tal-Pulizija. Dan jixhduh l-4 ftehimiet kollettivi li saru ma’ dawn il-ħaddiema fl-aħħar ftit snin, li permezz tagħhom ġew siġillati kundizzjonijiet bla preċedent. Ninsab infurmat illi d-diskussjonijiet fuq il-ftehim kollettiv mal-Korp huma fi stadju avvanzat mal-Unions li jirrappreżentaw lil dawn il-ħaddiema.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Uffiċjali korrettivi impjegati part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali korrettivi impjegati part-time fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ma timpjegax uffiċjali korrettivi fuq bażi part-time.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi konkreti qegħdin jittieħdu biex jitrażżan il-bejgħ tad-droga li qiegħed isir b’mod apert minn ġewwa Paceville?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-pulizija tat-Taqsima ta’ kontra d-drogi, tad-Distretti u dawk tal-Komunità, jagħmlu kull sforz biex jidentifikaw u jfixklu l-bejgħ tad-droga li jsir b’kull mod ġewwa Paceville u lokalitajiet oħra. Dan isir b’diversi metodi kemm dawk tradizzjonali u metodi speċifiċi oħra tal-pulizija, li jinkludu r-rondi u sorveljanza, ġbir ta’ informazzjoni u mezzi oħra li b’xi mod jgħinu jrażżnu u jnaqqsu d-domanda u l-bejgħ ta’ droga. Infurmat illi b’riżultat tal-isforzi msemmija, mis-sena 2022 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 kien hemm erba’ persuni li tressqu l-Qorti talli biegħu/traffikaw id-droga f’Paceville. Kien hemm għaxar persuni oħra li nstabu fil-pussess ta’ droga biħsieb li jissuplixxu, waqt li disa’ u għoxrin persuna oħra nstabu fil-pussess ta’ droga.