Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-avukati li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huma trainees, Lawyer Level 1, Lawyer Level 2, Lawyer Level 3 u Senior Lawyers?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sat- 22 ta’ Settembru 2026, l-avukati li jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huma maqsumin kif gej:
Trainee Lawyer: 6
Lawyer I:
5
Lawyer II: 20
Lawyer III:
38
Senior Lawyer: 6
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm avukati jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sat-22 ta’ Settembru 2026 fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hemm impjegati 75 avukat, li 3 huma detailed mal-European Public Prosecutions Office (EPPO) u avukat ieħor huwa n-national member fil-Eurojust.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju li jitħallas, kemm bħala pagi kif ukoll bħala bonuses, lill-avukati li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-pakkett finanzjarju tal-avukati tal-Uffiċċju msemmi minnu joħroġ min Ftehim Kollettiv. Peress li dawn it-tip ta’ dokumenti huma meqjusa bħala dokumenti kummerċjalment sensittivi mhux possibli li jiġi intavolat.
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali - Pakketti finanzjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju li jitħallas, kemm bħala pagi kif ukoll bħala bonuses, lill-avukati li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-pakkett finanzjarju tal-avukati tal-Uffiċċju msemmi minnu joħroġ min Ftehim Kollettiv. Peress li dawn it-tip ta’ dokumenti huma meqjusa bħala dokumenti kummerċjalment sensittivi mhux possibli li jiġi intavolat.
Fond ‘Compensations by Government to Victims of Crime’ – Persuni li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-fond ‘Compensations by Government to Victims of Crime’ minn meta dan inħoloq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta bdiet l-iSkema għal Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità (SL9.12) fl-2012, ibbenefikaw minn din l-iSkema 19 -il persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-spiża fuq il-ħlas tal-esperti li ma kienux maħtura mill-Maġistrati Inkwirenti iżda mill-Qrati ta’ Ġuriżdizzjoni Kriminali fis-snin 2022, 2023 u 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika tal-ispiża rigward il-ħlas tal-esperti tinżam globali minghajr distinzjoni jekk espert ikunx maħtur mill-Maġistrati Inkwirenti jew mill-Qorti li tkun qed tippresjedi l-kawżi.
Il-Qorti Ġenerali tal-Qorti Ewropea – Każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31501 u ċjoè: Peress li fil-Qorti Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, skada t-terminu tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li t-terminu tiegħu jiġġedded?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31503 u jgħid kemm hemm Inkjesti Maġisterjali pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31504 u jgħid kemm ġiet tiswa l-Awla l-ġdida li nbniet sabiex isiru l-ġurijiet fiha?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awla l-ġdida li nbniet sabiex isiru l-ġurijiet fiha ġiet tiswa: € 539,352.46ċ.
Din l-awla tintuża kuljum sabiex fiha isiru s-seduti kif ukoll sal-lum ġew iċċelebrati 5 ġurijiet fiha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32275 u jgħid min kienu l-benefiċċjarji tal-Item 31 – Professional Services imsemmi fl-estimi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nr 33670.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Estimi – Item 31 - Servizzi professjonali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32276 u jgħid ta’ xiex kienu s-servizzi professjonali li ġew provduti mill-benefiċċjarji tas-servizzi professjonali imsemmija f’Item 31 tal-estimi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ta kull sena isiru ħlasijiet għal diversi servizzi skond il-bżonnijiet tal-Ministeru, li n-natura tagħhom hija miġbura taħt id-definizzjoni ta’ Professional Services, liema definizzjoni tinsab fl-Estimi Finanzjarji. Fl-għeluq ta’ kull sena, l-ispiża attwali li tkun seħħet taħt dan l-item, tidher fil-Financial Report li jiġi ippubblikat mit-Teżor.
Iż-żewġ dokumenti imsemmija jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati kull sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32277 u jgħid kemm mill-ispiża ta’ 8.3 miljun ewro għal spejjeż relatati ma’ ġurijiet, taħrikiet ta’ xhieda u esperti f’kawżi kriminali msemmija f’Item 5154 tal-estimi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni kienu:
i. għall-ġurijiet;
ii. għat-taħrikiet ta’ xhieda u
iii. għall-ħlas ta’ esperti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-ħlas tal-esperti tinkludix esperti maħtura
minn
Maġistrati Inkwirenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-maġġoranza tal-ħlasijiet lil esperti huma esperti maħtura mill-Maġistrati Inkwerenti. Għaldaqstant nikkonferma li l-spiża tal-ħlas tal-esperti tinkludi esperti maħtura mill-Maġistrati Inkwerenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-ispiża ta’ 8.3 miljun ewro għal spejjeż relatati ma’ ġurijiet, taħrikiet ta’ xhieda u esperti f’kawżi kriminali msemmija f’Item 5154 tal-estimi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni kienu:
i. għall-ġurijiet;
ii. għat-taħrikiet ta’ xhieda u
iii. għall-ħlas ta’ esperti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Estimi - Item 31 - Servizzi professjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid ta’ xiex kienu s-servizzi professjonali li ġew provduti mill-benefiċċjarji tas-servizzi professjonali imsemmija f’Item 31 tal-estimi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-benefiċċjarji tal-Item 31 – Professional Services imsemmi fl-estimi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Il-Qorti Ġenerali tal-Qorti Ewropea – Għażla ta’ Imħallef
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-għażla għal imħallef ieħor fil-Qorti Generali tal-Qorti Ewropea li issa ilu vakanti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpallant illi Il-Kandidat Malti ma ngħatax ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.