Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti — Plastering and Painting works section
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan is-sezzjoni Plastering and Painting works tad-Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti u x’inhuma l-gradi li dawn il-ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti m’hemmx sezzjoni bl-isem ta’ Plastering and Painting Works.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Persons of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu persons of trust li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti rispettivi ta’ dawn il-persuni li huma hekk impjegati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infrastructure Malta – Policy dwar Kunflitt ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal sabiex tiġi introdotta policy fi ħdan Infrastructure Malta fejn l-impjegati għandhom jiddikjaraw jekk għandhomx kunflitt ta’ interess?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta daħlet din il-policy biex issaħħaħ il-governanza interna tal-Aġenzija.
Infrastructure Malta – Dikjarazzjonijijet ta’ kunflitt ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess illi saru,minn meta ġiet imnedija din il-policy f’Infrastructure Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm għaxar dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess li saru minn meta ġiet imnedija din il-policy. Minn dawn l-għaxra, sebgħa kklassifikaw il-kunflitt ta’ interess bħala ‘pperċipit’ (perceived) u tlieta ddikkjaraw il-kunflitt ta’ interess bħala ‘potenzjali’ (potential).
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali – Public Works department — Servizzi Legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk apparti l-Legal office, jingħatawx servizzi legali mingħand persuni/entitajiet oħra u jekk iva, mingħand min?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jingħata servizzi legali mill-uffiċċju legali fi ħdanu u mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat skont il-ħtieġa.
Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija – Taqsima tad-Disinn Strutturali — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa t-Taqsima tad-Disinn Strutturali fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jingħata servizzi legali mill-uffiċċju legali fi ħdanu u mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat skont il-ħtieġa.
Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija – Mechanical and Engineering Design Unit — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu ġewwa l-Mechanical and Engineering Design Unit fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tmien persuni jaħdmu fil-Mechanical and Electrical Design Unit fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta’ Proġetti u l-Inġinerija.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Chief Engineer (Mechanical)
• Senior Engineer (Mechanical)
• Junior Engineer (Mechanical)
• Chief Engineer (Electrical)
• Engineer (Electrical)
Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija — Land Surveying Unit - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan it-Taqsima tal-Land Surveying tad-Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tmien persuni jaħdmu fit-Taqsima tal-Land Surveying fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta’ Proġetti u l-Inġinerija.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Principal Technical Officer
• Technical Officer
• Assistant Technical Officer
Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija — Drawing Office - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan id-Drawing Office tad-Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm għaxar persuni jaħdmu fid-Drawing Office fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta’ Proġetti u l-Inġinerija.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Operations Manager
• Manager I
• Principal Technical Officer
• Senior Technical Officer (Draughtsperson)
• Draughtsperson
• Foreman
Planning and Design Directorate — Project Supervision Office
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan il-Project Supervision Office tal-Planning and Design Directorate u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tliet persuni jaħdmu fil-Project Supervision Office fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta’ Proġetti u l-Inġinerija.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Senior Manager (Project Management)
• Manager I
• Senior Technical Officer
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali — Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Research and Planning Unit - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fi ħdan ir-Research and Planning Unit tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm għaxar persuni jaħdmu fir-Research and Planning Unit fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Chief Architect & Civil Engineer
• Senior Architect & Civil Engineer
• Chief Engineer (Electrical)
• Manager II (Geology)
• Manager II
• Manager I
• Senior Principal
• Operations Manager (GIS)
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali — Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Procurement Unit - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fi ħdan il-Procurement Unit tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm sitt persuni jaħdmu fil-Procurement Unit fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Officer in Grade 4
• Chief Engineer
• Manager II
• Manager I
• Senior Clerk
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali — Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Quantity Surveying Unit - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fi ħdan il-Quantity Surveying Unit tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm seba’ persuni jaħdmu fil-Quantity Surveying Unit fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Head (Quantity Surveying)
• Officer in Grade 4
• Quantity Surveyor
• Quantity Surveyor Assistant
• Operations Manager
• Principal Technical Officer
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali — Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Occupational Health and Safety Unit - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fi ħdan l-Occupational Health and Safety Unit tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames persuni jaħdmu fl-Occupational Health & Safety Unit fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Principal Health & Safety Officer
• Senior Health & Safety Officer
• Health & Safety Officer
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali — Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Precincts Office - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fi ħdan il-Precincts Office tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħdax-il persuni jaħdmu fil-Precincts Office fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Operations Manager
• Executive Officer
• Tradesperson (Mason)
• Tradesperson (Plasterer & Painter)
• Supervisor
• Gardener
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali — Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Legal Office - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu ġewwa l-Legal Office tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erba’ persuni jaħdmu fil-Legal Office fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
· Senior Legal Officer
· Notary
· Junior Legal Officer
· Assistant Clerk
Inċidenti fuq postijiet tax-xogħol u siti ta’kostruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol/ siti ta’ kostruzzjoni matul is-sena 2023? Kemm minn dawn l-inċidenti kellhom konsegwenzi fatali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol, għandu jkun enfasizzat li l-istatistika li tinġabar turi biss inċidenti li wasslu għal korriment jew imwiet. Dawn il-parametri huma stabbiliti mill-EUROSTAT.
L-istatistika dwar korrimenti, li tiġi miġbura mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, għal perjodu bejn Jannar u Ġunju hija ppubblikata fuq is-sit tal-NSO, mentri tal-perjodi bejn Lulju u Diċembru 2023 tiġi ppublikata aktar tard din is-sena.
Statistika miġbura mill-OHSA turi li fil-perjodu bejn Jannar u Diċembru 2023, żewġ (2) ħaddiema mietu f’siti ta’ kostruzzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9993 u jgħid kemm ġiet tiswa sabiex ssir il-klinika dentali tal-Fakultà tad-Dentistrija ġewwa ċ-Ċentru San Apollona f’Għajnsielem? Jista’ jgħid kemm ra pazjenti dan iċ-Ċentru minn meta tlesta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Università ta’ Malta investiet €2,007,358 fiċ-ċentru msemmi. S’issa n-numru ta’ pazjenti li rċevew is-servizz fiċ-ċentru msemmi kien ta’ 780.
AFM – Żona SAR — Operazzjonijiet ta’ salvataġġ fis-sena 2023
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvaġġ ta’ immigranti għamlet l-Armata matul is-sena 2023 fis-SAR ta’ pajjiżna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fl-2023 ġew salvati 380 immigrant irregolari filwaqt li ġew irritornati lejn pajjiżhom 315 immigrant irregolari. Fl-istess perjodu wkoll ġew rilokati 159 immigrant irregolari lejn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-riżultati jfissru li fl-2023 kien hemm aktar immigranti rregolari li telqu minn Malta milli waslu ġewwa pajjiżna.
Ma’ dawn kien hemm ukoll 1,391 ċittadini ta’ pajjiż terz oħra li nstabu jgħixu Malta rregolarment u ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew xi pajjiż ieħor fejn huma awtoriżżati li joqgħodu.
Din il-ħidma ma bdietx fl-2023 u saret għaliex il-Gvern ma kienx kuntent bl-istatus quo fuq l-immigrazzjoni rregolari. Għalhekk ittieħdu numru ta’ deċiżjonijiet, inkluż bidliet leġiżlattivi, sabiex is-sistema tal-immigrazzjoni rregolari tkun waħda aktar soda u ġusta, kemm lokalment u kif ukoll fuq livell internazzjonali.
Ħdimna mill-qrib ma’ pajjiżi oħra, pajjiżi ta’ oriġinu u kif ukoll pajjiżi ta’ tranżitu, sabiex naqqasna l-wasliet irregolari u jintilfu anqas ħajjiet fuq il-baħar.
Għamilna tibdil sabiex ikollna sistema ġusta ma’ min ħaqqu protezzjoni iżda iebsa ma’ min ma jkollux dritt joqgħod ġewwa pajjiżna. Dan kien possibbli permezz ta’ bidliet leġiżlattivi, investiment fil-proċess tal-ażil, partikolarment bil-ħolqien tal-International Protection Agency u t-tnaqqis fl-ammont ta’ applikazzjonijiet pendenti.
Twaqqaf ukoll Returns Unit fi ħdan il-Ministeru sabiex jiffoka fuq ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu ta’ dawk il-persuni li ma jkunux jeħtieġu protezzjoni f’pajjiżna.
Fl-istess waqt sar xogħol estensiv fiċ-ċentri tal-immigranti, kemm dawk magħluqa u kemm dawk miftuħa, mingħajr ma poġġejna piż fuq il-komunitajiet tal-madwar kif kien ġara fi żminijiet imgħoddija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew salvati immigranti mill-Armata matul is-sena 2023 u fejn jinsabu dawn l-immigranti llum?