Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direttorat tal-Manifattura u Servizzi – Sezzjoni tal-Elettriku – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan is-Sezzjoni tal-Elettriku tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema jokkupaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħamsa u għoxrin persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Elettriku fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: · Principal Technical Officer · Senior Technical Officer · Technical Officer · Assistant Technical Officer · Senior Foreman · Foreman · Senior Tradesman · Tradesman · Supervisor · Heavy Plant Driver · Generation Officer (ERL) · Electrical Technician (ERL) · Electrical Fitter (RSSL)

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Sezzjoni tal-Plumbing — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu ġewwa s-Sezzjoni tal-Plumbing tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi rispettivi tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tnax-il persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Plumbing fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: · Senior Technical Officer · Assistant Technical Officer · Senior Tradesman · Tradesman

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Sezzjoni tal-Mastrudaxxi — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa s-Sezzjoni tal-Mastrudaxxi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi rispettivi tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tmienja u għoxrin persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Mastrudaxxi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: · Senior Technical Officer · Foreman · Assistant Technical Officer · Senior Tradesman · Tradesman

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Sezzjoni tat-Traffic Lights u Sezzjoni tal-Belisha Lights — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu ġewwa s-Sezzjoni tat-Traffic Lights u s-Sezzjoni tal-Belisha Lights fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi rispettivi tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erbgħa u għoxrin persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tat-Traffic Lights u s-Sezzjoni tal-Belisha Lights fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: • Senior Technical Officer • Technical Officer • Senior Tradesman • Store Officer (ERL) • Generation Officer (ERL) • Senior Operator – Turbo (ERL) • Senior Aviation Crewperson (ERL) • Senior Mechanical Technician (ERL) • Senior Operator Boiler (ERL) • Senior Operator (ERL) • Plant Maintenance Officer (ERL) • Senior Electrical Officer (ERL) • Rigger (ERL) • GIS District Support Officer (ERL) • Multi Skilled Tradeperson (ERL) • Senior Welding Technician (ERL) • Assistant Distribution Tradesman (ERL) • Print Cont & Instrum Officer (ERL)

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Sezzjoni tal-Funtani — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li huma assenjati biex jagħmlu xogħol mal-Funtani ġewwa d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħdax-il persuna assenjati fis-Sezzjoni tal-Funtani fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direttorat tal-Manifattura u Servizzi – Sezzjoni tal-Manutenzjoni — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan is-Sezzjoni tal-Manutenzjoni li taqa’ taħt id-Direttorat għall-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm sbatax-il persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni li taqa’ taħt id-Direttorat tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

Baġit 2024 — Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza - Kera

Question

Fid-dawl li fl-Estimi Finanzjarji 2024 taħt Line Item 24 – Rent, hemm indikat spiża ta’ €853,000 li tħallset bħala kera fis-sena 2023 (ara pagna 261 tal-estimi), jista’ l-Ministru jispjega x’inhuma dawn il-kirijiet u jagħti rendikont tal-proprjetajiet li qed jinkrew mill-Ministeru u l-korrispondenti kera li qed titħallas u lil min?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba hija kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: In use by Owner Total - 2023 Policy Development - MHSR Afred Gera & Sons Ltd €23,200.00 Registry - MHSR Robert Cassar €23,360.00 HR - MHSR Perit Mizzi €17,010.00 Finance - MHSR CSB Ltd €18,000 Stores- MHSR Alex Falzon €800 Garage- MHSR John Lauria €600 Garage- MHSR Joseph and Mary Seychell €700 Stores- MHSR Select Properties Ltd €7,500 Returns Unit- MHSR Marlene Mizzi €22,513.68 International Protection Agency 66th St Paul's Ltd €43,581.75 International Protection Agency 66th St Paul's Ltd €88,251.93 E & E Company Ltd International Protection Agency 66th St Paul's Ltd €55,000.00 Perm Sec Reginald Fava €74,160 Up till September '23 Directors- MHSR Reginald Fava €37,080 CIPD Reginald Fava €36,000 IMU Reginald Fava €36,000 RAB Lands Authority €2,048.00 Ministry - MHSR Lands Authority €7,675.00 Police Board Lands Authority €465.87 ORGCES S.S. Saver Co Ltd €32,010.00 VSA Investments Ltd €150,555.00 VSA Santa Lucija Local Coucil €6,000.00 VSA Qawra Church €1,000.00 ARUC Bajada Investments €40,000.00

Baġit 2024 — Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza - International Memberships

Question

Fid-dawl li fl-Estimi Finanzjarji 2024, taħt Line Item 25 – International Memberships, hemm indikat spiża ta’ €298,000, jista’ l-Ministru jispjega x’inhuma dawn l-International Memberships u jagħti rendikont ta’ kemm qed jiġi mħallas għal kull International Membership?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi International Memberships jinkludu l-International Organzation for Migration, EU Satellite Centre, International centre for Migration Policy Development, The European Centre of Excellence for Countering Hybrid Threats (Hybrid CoE) u oħrajn marbuta mas-Sigurtà.

Baġit 2024 — Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza - Professional Services

Question

Fid-dawl li fl-Estimi Finanzjarji 2024, taħt Line Item 31 – Professional Services, hemm indikat spiża ta’ €300,000, jista’ l-Ministru jindika x’tikkonsisti din l-ispiża u lil min tħallset is-somma ta’ €290,000 fis-sena 2023 għal dawn il-Professional Services?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ispiża hija marbuta ma’ servizzi simili għal dawk li ngħataw fis-sena 2023 fosthom servizzi legali, servizzi ta’ interpretazzjoni minn lingwa għall-oħra, riċerka, servizzi ta’ inġinerija, tal-informatika, disinni, servizzi ta’ kontabilita’, servizzi awdjoviżivi u servizz ta’ arkitettura.

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direttorat tal-Manifattura u Servizzi – Sezzjoni tal-Vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu ġewwa s-Sezzjoni tal-Vetturi tad-Direttorat tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi rispettivi ta’ dawn il-ħaddiema?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm disgħa u għoxrin persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Vetturi (Heavy Plant/Vehicles, Light Vehicles, Miscellaneous) tad-Direttorat tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: • Senior Technical Officer • Assistant Technical Officer • Officer in Grade 11 in the Industrial & Supervisory Class • Assistant Foreman • Senior Tradesman • Trademan • Foreman • Senior Operative

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direttorat tal-Manifattura u Servizzi – Sezzjoni tal-Metall – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu ġewwa s-Sezzjoni tal-Metall fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi rispettivi ta’ dawn il-ħaddiema?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tnax-il persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Metall fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: • Senior Technical Officer • Senior Tradesman • Tradesman

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direttorat tal-Manifattura u Servizzi – Sezzjoni tal-Aluminju – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fi ħdan is-Sezzjoni tal-Aluminju tad-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi rispettivi tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm disa’ persuni jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Aluminju fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: Senior Technical Officer Assistant Technical Officer Senior Tradesman Tradesman Senior Operative Labourer

Infrastructure Malta – Dikjarazzjoni ta’ rigali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ta’ Infrastructure Malta li ddikjaraw li rċevew xi rigali in konessjoni max-xogħol tagħhom minn meta daħlet fis-seħħ il-policy dwar Kunflitt ta’ Interess, x’kienu dawn ir-rigali li rċevew u mingħand min?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm dikjarazzjonijiet f’dak is-sens u skont il-parametri stabbiliti fil-policy imsemmija.

Infrastructure Malta – Policy dwar Kunflitt ta’ interess – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-policy dwar Kunflitt ta’ interess li ġiet introdotta fi ħdan Infrastructure Malta, testendix u tapplikax ukoll għal Persons of Trust?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Policy indikata tapplika għall-ħaddiema kollha fuq il-kotba ta’ Infrastructure Malta.

Infrastructure Malta – Lista ta’ Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-proġetti kollha li qegħdin isiru bħalissa minn Infrastructure Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qiegħdin naħdmu fuq dawn il-proġetti: Triq Kappella tal-Militar, Mellieħa; Triq Sir Harry Luke - Ph2, Mġarr; Road Works at Fiddien Rd, Rabat; Għajn Tuffieħa By-pass, San Pawl Il-Baħar; Emergency stormwater works Triq Kostituzzjoni, Mosta; P/o Triq Il-Mitħna Qadima & Triq Torri, Mosta; Triq Xorka & P/o Triq Ġlormu Cassar, Mosta; P/o Triq Mitħna Qadima & Triq Ġużeppi Callus, Mosta; Triq It-Torba [Pantar], Mosta; Triq Id-Dura, Mosta; Triq l-Għadajjar, Mosta; Triq Imsaqqfin, Mosta; Triq Leli Falzon, Naxxar; P/o Triq Il-Lampara, Naxxar; Xatt Il-Palm, Naxxar; P/o Triq Il Mosta, Naxxar; Triq Il-Qoton, Naxxar; P/o Triq Greċja, Naxxar; Triq Bradford, Naxxar; San Pawl Tat-Tarġa [Trade Fair Grounds], Naxxar; Triq Ridott, Naxxar; Triq is-Sirk, Swieqi; Triq Annabelle Vassallo, Siġġiewi; Triq Imqabba, Siġġiewi; Triq Il-Knisja Qadima, Siġġiewi; Girgenti Junction , Siġġiewi; Triq Id-Dielja, Qormi; Triq Id Deheb Fin, Qormi; Triq Il-Ħarifa, Qormi; P/O Triq Ix-Xitwa, Qormi, P/o Triq Is-sajf, Qormi; Triq Il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun; Triq Manuel Magri, Ħamrun, Triq Ġuże Maria Camilleri, Ħamrun, Triq San Ġużepp, Luqa; Triq San Ġorġ, Luqa; Triq Il-Katakombi, Mqabba; Triq Nazzarenu, Mqabba; Triq San Pietru, Kirkop; Triq Għar Dalam, Birżebbuġa; Gudja Square, Gudja; P/o Triq Iż-Żebbuga, Gudja; P/o Triq Kbira, Gudja; P/o Triq San Mark, Gudja; P/o William Baker, Gudja; P/o Raymond Caruana, Gudja; High Street, Sliema; Stormwater works - Triq Xatt, Gżira; Triq Tas-Sliema, San Ġwann; Triq Bellavista, San Ġwann; Triq K Mifsud, Pieta; Triq San Girgor, Pieta; Triq Schinas, Pieta; Triq Mons P.P Saydon & Triq Ġuze Pesci - Ph 1, Iklin; Triq Stefano Erardi, Iklin; Triq Il-Ħarruba, Iklin; Triq Dun Amabile Sisner, Balzan; Triq San Frangisk, Balzan; Triq Ġulju Cauchi, Balzan; Vjal Trasfigurazzjoni, Lija; Alley 2 in Triq Preziozi, Lija; Triq Victor Vassallo, Attard; Triq Alfred Camilleri, Attard; Triq Id-Dorga, Attard; Triq Il-Kbira San Ġużepp, St. Venera; Triq Is-Sultana, Paola; P/o Triq Il Belt Valletta, Paola; Triq It-tramuntana, Paola; Vjal Kottoner, Fgura; P/o Triq San Tumas, Fgura; Birgu Square - Phase 2, Birgu; Triq Ġianni Faure, Tarxien; Triq Karlu Maratta, Tarxien; Triq Anġlu Mangion, Tarxien; Triq San Leonardu, Kalkara; P/o Triq Il-Knisja, Xgħajra; Triq Elija, Xgħajra; Triq Ta'Lanza, Żabbar; Triq John Delia, Żabbar; Triq Il-Kunsill ta l-Ewropa, Żabbar; Triq Kbira, Żabbar; Misraħ Santa Marija, Żejtun; Triq Id-daħla ta San Tumas, Żejtun; Triq Santa Katerina, Marsaxlokk; Triq L-iskal, Marsaskala; Ħal - Far – Żurrieq; Triq Ġużeppi M.Callus - Triq Qrendi, Żurrieq; St.Michael's S/S - Mill S/S – Nigret, Żurrieq; Dingli to Mtarfa New roundabout; Mtarfa bypass - Militarty Cemetery; Militarty Cemetery - Mosta DC - Ph2; Mosta DC – Technopark; Mosta Bridge – Bradford, Naxxar; Via Ragusa to Bradford, Naxxar; Naxxar DC Area; Kalkara Area (Naxxar Reinforcement); Bormla Area (Naxxar Reinforcement); Xgħajra Area (Żabbar Reinforcement); Luqa Reinforcement; Triq Sant Andrija, Swieqi; Sqaq Karlozzu, Paola u Triq il-Girgenti, Siġġiewi; Sliema Ferry; Marfa Breakwater; St Angelo Bridges; Shore Supply North Harbour & Boiler Wharf; Buġibba Breakwater; Pinto 4/5 & Lascaris; Chadwick Lakes; Ras Ħanżir Land Reclamation; Ċirkewwa Columns.

Infrastructure Malta – Proġetti għas-sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ x’inhuma l-proġetti li Infrastructure Malta beħsiebha tibda taħdem fuqhom fis-sena 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li Infrastructure Malta għaddejja b’ħemel ta’ xogħol infrastrutturali marittimu u fit-toroq, anke kif imwieġeb fil-mistoqsija parlamentari 15771, Infrastructure Malta għandha pjanat li tkompli bil-ħidma f’parti oħra minn Triq Sant’Andrija, din id-darba bejn il-junctions ta’ Triq Normandy u Triq Villa Rosa. Ser inkunu inwessgħu l-proġett Shore-to-Ship (fil-parti tan-Nofsinhar tal-Port il-Kbir). Preżentament għaddej il-proċess tal-aġġudikazzjoni fuq il-proġett tal-Imsida Creek, liema proġett ser jaħseb għal faċilitajiet ta’ modi alternattivi ta’ vjaġġar bħaċ-ċikliżmu u l-mixi. Il-proġett ser jaħseb f’xogħlijiet ta’ tisbiħ u żonni ġodda ta’ rikreazzjoni. Madwar 60% ta’ dan il-proġett ikun dedikat għal spazji pubbliċi u ambjent pjaċevoli fiċ-ċentru ta’ din il-lokalità. Ser tinbena flyover ġdida, b’tul ta’ madwar mitejn metru, u ser tgħaqqad Triq il-Marina ma’ Triq Mikiel Anton Vassalli. Din ser tnaqqas l-impatt tat-traffiku minn fuq iż-żoni residenzjali, l-ispazji miftuħa u l-prominad tal-Imsida. Din is-sena mistenni jibda wkoll ix-xogħol fuq l-ewwel fażi tal-proġett CSAM, investiment ta’ 35 miljun ewro mifux fuq ħames snin mifrux fuq diversi fażijiet. Dan il-proġett ser ikompli joħloq infrastruttura tajba u sigura għall-persuni li jridu jimxu, jużaw ir-rota jew mezzi oħra lil hinn mill-vettura privata. L-iskop ewlieni huwa li jinħolqu konnessjonijiet effiċjenti għal min jagħżel jew jikkunsidra li juża mezzi alternattivi għall-karozzi. Ir-rotot huma intiżi li jgħaqqdu spazji ħodor u ma’ żoni meqjusin traffikużi bil-għan li jitjiebu l-ispazji urbani u jinħolqu postijiet pubbliċi li jitgawdew minn kulħadd. L-ewwel fażi tal-proġett ser tara li tgħaqqad Sa Maison, il-Belt Valletta u t-Terminal tal-Passiġġieri fil-Port il-Kbir li jgħaddi mill-Blata l-Bajda. B’hekk, f’din il-fażi, Infrastructure Malta, ser tkun qed tagħti b’madwar tliet kilometri ta’ infrastruttura għal mobilità attiva. Infrastructure Malta qed tikkollabora mal-Enemalta f’xogħlijiet infrastrutturali f’numru ta’ lokalitajiet, b’impenn biex tissaħħaħ id-distribuzzjoni tal-enerġija. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta qed taħdem fil-qrib mal-Kunsilli Lokali biex titkompla l-ħidma f’toroq residenzjali.

Infrastructure Malta – Proġetti — Lista ta’ Kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-kuntratturi li bħalissa qegħdin jaħdmu fuq xi wieħed jew aktar mill-proġetti li qegħdin isiru bħalissa minn Infrastructure Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq proġetti ta’ Infrastructure Malta bħalissa, huma dawn – 120 Joint Venture, Asfaltar Ltd, Schembri Barbros Ltd., Bommer Contractors, Bonnici Bros Services Ltd, Cassar Ship Repair Ltd./ Bezzina Maritime Services Ltd, Central Asphalt Ltd, Clint and David Grech Ltd., Denfar Excavators Ltd, Dim and Co Ltd, EAS JV, Elbros Construction Limited, E & L Enterprises Ltd, EXCEL SIS ENERJI URETIM LIMITED, G & P Borg Ltd., Terracore Ltd., Green Building Solutions Ltd., Impresa Colombrita Srl, JM Road Services Ltd., LK Ltd., MAIT Ltd., Northwind Investments Ltd., Philip Agius and Sons Limited, Polidano Brothers Ltd., RM Construction Ltd., Road Maintenance Services Limited, Road Servicing Limited, Sammut Marine Limited, Schembri Barbros Ltd., Schembri Infrastructures Ltd., T & C Ciappara Construction Co. Ltd., Tal-Magħtab Construction Company Limited, V&C Contractors Ltd. and X-CAVA PROJECTS LTD.

Infrastructure Malta – Kuntratturi li ġew blacklisted

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kuntratturi li ġew blacklisted minn Infrastructure Malta u jekk iva, jgħid min huma dawn il-kuntratturi u għaliex ġew blacklisted?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ma għamlet l-ebda talba għall-blacklisting lill-awtorità responsabbli min dan il-proċess.

Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti — Excavation works section

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan is-sezzjoni Excavation works tad-Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti m’hemmx sezzjoni bl-isem ta’ Excavation Works.

Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti — Construction works section

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan is-sezzjoni Construction works tad-Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti m’hemmx sezzjoni bl-isem ta’ Construction Works.