Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġwann – Sliema Road — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet ġewwa Sliema Road, San Ġwann u meta huwa antiċipat li dawn jitlestew? Jista’ jispjega ukoll għaliex f’dawn l-aħħar ħames ġimgħat ma kienu qed isiru ebda xogħlijiet fuq dan il-proġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Tas-Sliema, San Ġwann, ix-xogħlijiet previsti jinsabu fl-aħħar stadju. Fl-aħħar jiem tlesta x-xogħol ta’ tqaxxir tat-triq, tlesta x-xogħol fuq is-sottobażi biex jissaħħu l-pedamenti tat-triq, u tpoġġa l-ewwel saff tal-asfalt. Beda jingħata wkoll it-tieni saff ta' asfalt bil-ħidma tal-kuntrattur issa ser tkun iffukata biex jgħolli u jillivella t-tappieri tat-triq, u jħejji biex ipoġġi l-aħħar saff tal-asfalt flimkien mal-implimentazzjoni tal-marki taż-żebgħa tat-triq u sinjali ġodda.

Infrastructure Malta — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-proġetti kollha li qegħdin isiru minn Infrastructure Malta sal-ġurnnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-Proġetti maġġuri tinstab hawn taħt: · St Angelo Bridges · Shore Supply North Harbour & Boiler Wharf · Bugibba Breakwater · Pinto 4/5 & Lascaris · Chadwick Lakes · Ras Hanzir Land Reclamation · Cirkewwa Columns · Triq il-Marfa, Cirkewwa Madanakollu Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet fuq toroq madwar Malta.

Coast Road – Tindif tas-cycle lanes

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika jgħid għaliex mhux qegħdin jiġu mnaddfa s-cycle lanes li hemm fil-Coast Road? Jista’ jgħid ukoll kull meta suppost jitnaddfu u meta kien l-aħħar darba li tnaddfu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lis-cycle lanes jiġu mnaddfa darbtejn fil-ġimgħa permezz ta’ tagħmir mekkanizzat. Mix-xahar ta’ Ġunju ’il quddiem, il-frekwenza ta’ tindif se tirdoppja għal erba’ darbiet fil-ġimgħa.

Coast Road – Tindif ta’ cycle lanes

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika jgħid jekk it-tindif tas-cycle lanes fil-Coast Road isirx minn kuntrattur privat? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt relattiv?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda kuntrattur ingaġġat sabiex isir dan it-tip ta’ tindif.

L-Imsida – Skola — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet fuq l-Iskola tal-Imsida u jekk huwiex mistenni li din l-iskola, tiftaħ għas-sena skolastika li jmiss?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16218.

L-Imsida – Kwartieri tal-Iscouts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-kwartieri tal-Iscouts tal-Imsida li qabel kienu alloġġjati fi ħdan l-Iskola tal-Imsida u li fid-dawl tax-xogħlijiet li qed isiru f’din l-iskola qegħdin bħalissa joperaw minn uffiċċju fi ħdan il-Kunsill Lokali tal-Imsida? Meta titlesta l-iskola, il-kwartieri tal-Iscouts tal-Imsida se jerġgħu jiġu trasferiti fi ħdan din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti mill-binja tal-iskola msemijja maħsuba biex isservi bħala kwartieri tal-iscouts tal-istess lokalita. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-iscouts diġà huma nfurmati u kien hemm ukoll diskussjonijiet magħhom.

Bord tal-Inġiniera — Ingaġġ ta’ Segretarja - Dewmien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kien hemm daqstant dewmien biex tiġi appuntata Segretarja għall-Bord tal-Inġiniera, liema dewmien qed iwassal sabiex inġiniera ġodda jdumu jistennew biex jingħataw il-warrant?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18212.

Ship to Shore electricity supply

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni attwali fuq is-ship to shore electricity supply fi ħdan il-Freeport u meta huwa mistenni li dan ikun komplut?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Central Link Project – Kwalità tal-Arja

Question

Peress li l-istudji fuq il-kwalità tal-arja li saru fis-sena 2018 urew li sas-sena 2023 il-livelli ta’ particulate matter bejn Ħ’Attard u Ħal Balzan kienu ser jiżdiedu b’278% jekk ma tinbeniex is-Central Link u kienu se jonqsu b’66% jekk tinbena s-Central Link, issa li l-proġett tas-Central Link tlesta, dawn l-istudji ġew konfermati? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma fil-fatt il-livelli ta’particulate matter bejn Ħ’Attard u Ħal Balzan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru studji biex jiġu annalizzati ir-riżultati tal-proġett ta’ Central Link Project’.

Infrastructure Malta — Garanziji mogħtija dwar il-prattiċi fuq il-lant tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ garanziji jingħataw mill-persuni li jkunu ġew imqabbda minn Infrastructure Malta sabiex jagħmlu xi proġett dwar il-prattiċi li jadoperaw fuq il-lant tax-xogħol?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra garanziji oħra li joħorgu mill-kuntratt, il-kuntratturi huma obbligati li jkollom garanzija bankarja ma’ Transport Malta sabiex ikunu registrati u awtorizzati biex jintervjenu fl-infrastruttura.

Infrastructure Malta — Progress reports

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta titlobx lill-persuni mqabbda biex jagħmlu l-proġetti tagħha, biex jippreżentaw progress report? Jekk iva, jista’ jgħid kull meta huma mitluba biex jippreżentaw progress report? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi introdotta sistema fejn kull persuna li tkun imqabbda minn Infrastructure Malta sabiex twettaq xi proġett tiġi mitluba tippreżenta perjodikament progress report?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta n-natura tal-proġett tirrikjedi li jkun hemm Progress Report, dan ikun mitlub fil-Kuntratt u normalment jintalab kull xahar.

Plieri tal-mili

Question

Ġaldarba ż-żamma tal-plieri tal-mili (mile stones) taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Infrastruttura, jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsabu l-mile stones kollha li hawn f’pajjiżna?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

L-Imsida – Bini ta’ Skola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-bini tal-Iskola tal-Imsida? Jista’ jgħid min kien il-kuntrattur li kellu jitwaqqaf mill-proġett tal-bini ta’ din l-iskola? Jista’ jgħid ukoll min hu l-kuntrattur li attwalment qed jieħu ħsieb dan il-proġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija paramentari lill-Ministeru kkonċernat.

Toroq — Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16331, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk it-toroq li fis-sena 2023 sarilhom xi xogħol imma kellu jerġa’ jsir xogħol fihom irrispettivament mir-raġuni għaliex kellu jerġa’ jsir xogħol fihom? Skont id-data li qed jagħmel referenza għaliha fl-istess tweġiba, jista’ jgħid ukoll kemm hemm toroq li fis-sena 2023 sar fihom aktar minn intervent wieħed ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16331.

Infrastructure Malta — Lista ta’ Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16974 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15771, jista’ l-Ministru jwieġeb is-segwenti mistoqsijiet għall-proġetti li qegħdin isiru bħalissa minn Infrastructure Malta u li huma msemmija fit-tweġiba; i. meta beda l-proġett; ii. meta kien proġettat li kellu jispiċċa; iii. kemm kien hemm flus budgeted għalih u; iv. kemm fil-fatt ġie jiswa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari ser tingħata f’seduta oħra.

Infrastructure Malta — Lista ta’ Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16975 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15771, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-proġetti kollha li saru minn Infrastructure Malta fis-sena 2023?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li saru minn Infrastructure Malta fis-sena 2023 huma: Triq il-Qamħ, Attard; Triq is-Sieqja, Attard; Triq ix-Xgħir, Attard; Triq iż-Żir, Attard; Triq Hannibal, Attard; Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Birgu; Triq San Filippu, Birgu; Triq in-Naxxar, Birkirkara; Triq Felicjan, Birzebbuga; Triq Port Hieles, Birzebbuga; Triq Alessandra, Bormla; p/o Triq il-Kbira / p/o Triq Maddalena / p/o Triq Dun Karm Azzopardi, Dingli; p/o Triq Dun Karm Azzopardi, Dingli; p/o Triq Mater Boni Consilii, Fgura; Triq Dun Guzepp Demicoli, Ghaxaq; Resurfacing works at MIA ring road, Gudja; Triq Manoel de Vilhena, p/o Triq Carlo Manche, Gzira; Ix-Xatt ta' Tigne, Gzira; Triq San Gwann, Hamrun; Triq San Gejtanu, Hamrun; Triq Joe Sciberras, Hamrun; Smart City Area, Kalkara; Triq il-Kapuccini, Kalkara; Triq is-Salvatur, Lija; Sqaq il-Kuncizzjoni, Lija; Triq Balbi, Marsa; Triq Lazzru Pisani, Mgarr; Triq in l-Abatija, Mgarr; Triq Sir Harry Luke, Mgarr; Sqaq Dun Edgar Gatt, Mgarr; Triq il-Bidnija, Mosta; Triq il-Kbira, Mosta; Triq il-Missjunarji Maltin, Mosta; Triq id-Difiza Civili, Mosta; Remedial works at Triq Tas-Sejba, Mqabba; Resurfacing works at Mriehel By Pass (Vjal ir-Royal Malta Artillery North Bound), Mriehel; Triq l-Intornjatur, Triq l-Ghadam, Triq it-Territorials, Triq Giovanni Felice, Triq San Gwakkin, Triq l-Ghajn ta' Nofs , p/o Triq il-Haddiema, p/o Triq il-Birrerija, Mriehel; tal-Qroqq, Msida; Triq ta' Bieb it-Torri, Msida; Triq ta' Xmiexi, Msida; p/o Triq l-Irmigg, Triq tal-Gheriebel, Sqaq Dun Andre, p/o Triq il-Karozzin, Msida; Triq Clarence, Msida; Triq l-Emigranti, Naxxar; Triq Britannja, Paola; Triq is-Sultana, Paola; Triq il-Battalja ta' Malta, p/o Triq Juno, Triq Tunis, p/o Triq l-Imhallef William Harding, Triq A Cini, Pembroke; Triq San Gwakkin, Qormi; Tal-Landrijiet Area, Sewer lining works at Triq San Luqa, Triq San Luqa, Triq Tat-Torri, Triq Pawlu Xuereb, Triq VM Pellegrini, Rabat; Triq Mikiel Anton Vassalli, Triq Sir Joseph Carbone, Reconstruction of Triq William Prescott, p/o Telghet Birkirkara, Sqaq Ciantar, Triq Bertha K Ilg, Triq Charles Sciberras - Phase 1, Sqaq is-Sigar, p/o Triq Henry Calleja, Sqaq Lourdes, San Giljan; p/o Triq Antonio Schemrbi, p/o L-Orintologia, San Gwann; Triq Luigi Preziosi, Triq l-Ghabex, Unnamed road c/w Dawret il-Qawra, San Pawl il-Bahar; Triq Klematis, Triq Inez Soler, Triq Prinjol, Dawret it-Torri, Triq il-Gjacinti; Triq Stella Maris, Santa Lucija; Triq il-Kbira San Guzepp, Sta. Venera; Triq tal-Bajjad, p/o Triq l-Imdina, Siggiewi; Triq l-Ilqugh, Swieqi; Triq il-Blata, Triq Sant Anna, Resurfacing works at Part of Triq San Anard, Triq il-Pellikani, Triq ir-Russett, Triq Xandru Farrugia, Triq Isqoff Gargallo, Tarxien; Triq il-Labour, p/o Triq Bormla, Triq Wied il-Ghajn, p/o Triq Alessio Erardi - Part 2, Triq Kapuccini, Zabbar; Triq l-Imdina, Mdina Road Zebbug (from Hunters to Siggiewi Lights), Hal-Dwieli Alleys 2,3, Triq Achille Ferris, Triq Pawlu Balzan, Storm water works at PO Triq il-Kandlora, Zebbug; Triq Santa Fawstina, Triq San Guzepp, Triq San Porfirju, Triq San Piju X, Triq Beland, Triq Santa Monika, Zejtun; Mriehel Underpass; Bormla Ferries; Sliema Ferries; Kirkop Tunnels & Airport Intersection; Luqa Junction Project; Shore to Ship.

Infrastructure Malta — Garanziji mogħtija dwar il-kwalità ta’ servizz/xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’tip ta’ garanziji jingħataw mill-persuni li jkunu ġew imqabbda minn Infrastructure Malta sabiex jagħmlu xi proġett dwar il-kwalità tas-servizz/xogħol li jagħmlu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-garanziji fuq il-kwalita’ tax-xogħol huma rregolati f’Artiklu 45 (works) tal-General Conditions u kif amplifikati f’ Special Conditions għal kull kuntratt. Il-kwalita’ fuq kuntratti ta’ Servizz tiġi rregolata matul it-twettieq tal-kuntratt. L-Ispecial Conditions (Services) ma jsemmux perjodu ta’ garanzija.

Infrastructure Malta — Garanziji mogħtija dwar it-tlestija tal-proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’tip ta’ garanziji jingħataw mill-persuni li jkunu ġew imqabbda minn Infrastructure Malta sabiex jagħmlu xi proġett dwar it-tlestija tal-istess fiż-żmien stipulat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull proġett fejn il-valur jaqbeż 10,000 Ewro, il-Kuntrattur irid jipprovdi Performance Guarantee li hija rregolata f’artiklu 13 ta’ Special Conditions (works) u kif amplifikata fil-kuntratti rispettivi. Dan japplika ukoll għall-kuntratti ta’ servizzi jew proviżjon irregolati b’artikli simili fi Special Conditions rispettivi.