Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Birgu — Triq San Filippu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq San Filippu, il-Birgu u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq San Filippu, il-Birgu huwa parti mill-pjan tal-Gvern li jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċjat bi pressjoni.

Collector Licence B

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li sal-31 ta’ Diċembru 2023 kellhom liċenzja tal-armi fil-klassi ta’ Collector Licence B?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi sal-31 ta’ Diċembru 2023 kien hemm tmien t’elef, mija u tmienja u tmenin persuna (8188), li kellhom liċenzja tal-armi fil-klassi ta’ Collector Licence ‘B’.

Collector Licence A Special

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li sal-31 ta’ Diċembru 2023 kellhom liċenzja tal-armi fil-klassi ta’ Collector Licence A Special?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi sal-31 ta’ Diċembru 2023 kien hemm tlett mija u tnax (312) il-persuna li kellhom liċenzja tal-armi fil-klassi ta’ Collector Licence ‘A’ Special.

Target Shooter Licence A u Target Shooter Licence A Special

Question

Jista’ l- MInistru jgħid kemm hemm persuni li sal-31 ta’ Diċembru kellhom liċenzja tal-armi fil-klassi Target Shooter Licence A u Target Shooter Licence A Special?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi sal-31 ta’ Diċembru 2023 kien hemm sitt elef, erba’ mija u sittin (6460) persuna li kellhom liċenzja tal-armi fil-klassi Target Shooter Licence ‘A’, u tmien mitt persuna (800) li kellhom Target Shooter Licence ‘A’ Special.

Target Shooter Licence B (airguns)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li sal-31 ta’ Diċembru 2023 kellhom liċenzja ta’ Target Shooter Licence B (airguns)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li kellhom licenzja ta’ armi tan-nar fil-kategorija ‘B’ (airguns) sal-31 ta’ Diċembru 2023 kien ta’ tnax il-elf, u wieħed u erbgħin (12,041).

Target Shooter Licence B (shotguns)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li sal-31 ta’ Diċembru 2023 kellhom liċenzja ta’ Target Shooter Licence B (shotguns)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi hemm erbatax -il elf, seba’ mija u seba’ u tletin (14,737) persuna, li sal-31 ta’ Diċembru 2023 kellhom liċenzja ta’ Target Shooter Licence B (shotguns).

Ħ’Attard — Triq il-Qamħ - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Qamħ, Ħ’Attard u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq il-Qamħ, Ħ’Attard huwa parti mill-pjan tal-Gvern li jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċjat bi pressjoni.

Shooting range — Liċenzja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li sal-31 ta’ Diċembru 2023 kellhom liċenzja biex joperaw shooting range u kemm hemm persuni li għandhom liċenzja biex jużaw arma ġewwa shooting range?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi sal-31 ta’ Diċembru 2023 kien hemm ħdax (11)-il persuna li kellhom liċenzja biex joperaw shooting range. Infurmat illi kull persuna li għandha liċenzja fil-kategorija Target ‘A’, ‘B’ u Target ‘A’ Special, kif jidher fit-tabella hawn taħt, tista’ tuża arma ġewwa shooting range. Irid jingħad illi hemm persuni li għandhom il-liċenzji ndikati kollha. Tip ta’ liċenzja Nru ta’ persuni rreġistrati Target shooter licence ‘A’ 6,460 Target shooter licence‘A’ Special 800 Target shooter licence ‘B’ shotgun 14,737 Target shooter liccnce ‘B’ airguns 12,041

Il-Mosta — Triq il-Kappella tal-Militar - Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Kappella tal-Militar ġewwa l-Mosta u meta ntemm? Jista’ jgħid ukoll kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Mosta m’hemmx triq bl-isem ta’ Triq il-Kappella tal-Militar.

L-Imġarr — Triq Sir Harry Luke - Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbdiet it-tieni fażi ta’ xogħlijiet ġewwa Triq Sir Harry Luke fl-Imġarr u meta ntemmu dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tieni fażi ta’ xogħlijiet bdiet fis-17 ta’ Ottubru, 2023, u bħalissa tinsab għaddejja t-tlestija tas-saff finali tal-asfalt u l-bini tas-soakaway għadhom pendenti, u qed nistennew jasal il-materjal meħtieġ sabiex din tiġi konkluża. L-ispiża prevista tax-xogħlijiet kollha hija ta’ EUR 750,000.

Pontijiet ta’ Sant’Anġlu — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Pontijiet ta’ Sant’Anġlu u meta huwa ppjanat li jintemmu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Pontijiet ta’ Sant’Anġlu bdew f’Ġunju 2023 u mistenni li jkunu lesti fil ġimgħat li ġejjin.

Shore supply North Harbour & Boiler Wharf — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett tan-North Harbour & Boiler Wharf Shore Supply u meta huwa ppjanat li dawn ix-xogħlijiet jintemmu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-proġett tan-North Harbour & Boiler Wharf Shore Supply bdew f’Novembru 2020 u mistennija jkunu lesti fix-xhur li ġejjin.

North Harbour & Boiler Wharf Shore Supply — Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser jiswa l-proġett North Harbour & Boiler Wharf Shore Supply?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħolijiet relatati mal-proġett North Harbour & Boiler Wharf Shore Supply huma stmati li ġejjin jiswew madwar 33.2 miljun Ewro VAT eskluża.