Iż-Żejtun — Triq Santa Fawstina, Triq San Ġużepp, Triq San Porfirju, Triq San Piju X, Triq Beland, Triq Santa Monika - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq Santa Fawstina, Triq San Ġużepp, Triq San Porfirju, Triq San Piju X, Triq Beland, Triq Santa Monika, iż-Żejtun u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq Santa Fawstina, Triq San Ġużepp, Triq San Porfirju, Triq San Piju X, Triq Beland u Triq Santa Monika, Iż-Żejtun huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq Santa Fawstina tlestiet f’Jannar 2023 u swiet €20,895.71 excl VAT. Triq San Ġużepp tlestiet f’Jannar 2023 u swiet €40,337.98 excl VAT, Triq San Porfirju tlestiet f’ Jannar 2023, u swiet €53,509.63 excl VAT, Triq San Piju X tlestiet f’Jannar 2023 u swiet €75,411.80 excl VAT, Triq Beland tlestiet f’Jannar2023 u swiet €32,867.61 excl VAT filwaqt li Triq Santa Monika tlestiet f’Jannar 2023 u swiet €87,461.94 excl VAT.
Proġett Pinto 4/5 & Lascaris – Proġett – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ ‘Pinto 4/5 & Lascaris’ u meta huwa ppjanat li jintemmu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-proġett ta’ Pinto 4/5 & Lascaris, 50% tal-proġett huwa lest u beda jintuża minn cruise liners kbar mill-aħħar ta’ April li għadda.
Ix-xogħlijiet bdew fl-2022 u mistennija jkunu kompluti kollha sa l-aħħar tal-2026.
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Chadwick Lakes u meta huwa ppjanat li jintemmu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol inbeda f’Awwissu 2023. F’dan l-istadju l-intervent fejn kien hemm il-kollass in-naħa tat-triq jinsab fi stadju avvanzat ta’ kostruzzjoni. Biss, minħabba li fl-aħħar xhur kien hemm kollas fuq in-naħa l-oħra tal-banju, qed isiru diskussjonijiet biex isiru l-istimi u disinji neċessarji biex jiġi irranġat ukoll il-parti li waqgħet riċenti. B’hekk dawn ix-xogħlijiet jiġu amalgamati fil-proġett li għaddej bħalissa. Għaldaqstant, f’dan l-istadju m’aħnix f’pożizzjoni li nagħtu data meta x-xogħlijiet ser jitlestew.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser jiswa l-proġett ta’ Chadwick Lakes?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istima tax-xogħolijiet li qed isiru fuq in-naħa tat-triq li ġġarfet hi stmata li tiswa madwar 2.4 miljun Ewro VAT eskluż.
Ras Ħanżir Land Reclamation — Proġett – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Ras Ħanżir Land Reclamation u meta huwa ppjanat li jintemmu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-land reclamation f’Ras Ħanżir, proġett li se jżid l-ispazji ta’ mollijiet kummerċjali fil-port bi 28,000 metru kwadru, inbeda fl-aħħar ta’ l-2022 u huwa pproġettat li jkun lest lejn l-aħħar tas-sena 2026. Dan hu proġett pjuttost uniku għall-pajjiżna fejn anke l-makkinarju li qed jintuża qed ikollu jinġieb minn barra l-pajjiż.
Il-kuntratt tax-xogħlijiet tal-proġett ta’ Ras Ħanżir jammonta għal €55,449,463.64 VAT eskluż.
Santa Venera — Triq il-Kbira San Ġużepp - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq il-Kbira San Ġużepp tlestiet f’Ottubru 2023 u swiet €1,503,082.04 excl VAT.
Is-Siġġiewi — Triq tal-Bajjad, Triq l-Imdina - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq tal-Bajjad, parti minn Triq l-Imdina, is-Siġġiewi u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq tal-Bajjad u Triq l-Imdina, Is-Siġġiewi huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq tal-Bajjad tlestiet f’Lulju 2023 u swiet €102,443.53 excl VAT filwaqt li Triq l-Imdina tlestiet f’Lulju 2023 u swiet €261,565.41 excl VAT.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq l-Ilqugħ, is-Swieqi u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq l-Ilqugħ, Is-Swieqi huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’April 2023 u swiet €129,524.38 excl VAT.
Ħal Tarxien — Triq il-Blata, Triq Sant Anna, Resurfacing works f’parti minn Triq San Anard, Triq il-Pellikani, Triq ir-Russett, Triq Xandru Farruġia, Triq l-Isqof Tumas Gargallo - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Blata, Triq Sant Anna, Resurfacing works f’parti minn Triq San Anard, Triq il-Pellikani, Triq ir-Russett, Triq Xandru Farruġia, Triq l-Isqof Tumas Gargallo, f’Ħal Tarxien u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq il-Blata, Triq Sant Anna, Resurfacing works f’parti minn Triq San Anard, Triq il-Pellikani, Triq ir-Russett, Triq Xandru Farruġia, Triq l-Isqof Tumas Gargallo, f’Ħal Tarxien huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq il-Blata u Triq Sant Anna tlestew f’Mejju 2023 u swew €78,385.55 excl VAT. Resurfacing works f’parti minn Triq San Anard tlesta f’Lulju 2023 u sewa €90,317.97 excl VAT. Triq il-Pellikani u Triq ir-Russett tlestew f’ Ottubru 2023 u swew €128,661.25 excl VAT. Triq Xandru Farruġia u Triq l-Isqof Tumas Gargallo tlestew f’Novembru 2023 u swew €137,613.93 excl VAT.
Ħaż-Żabbar — Triq il-Labour, Triq Bormla, Triq Wied il-Għajn, Triq Alessio Erardi - Part 2, Triq Kapuċċini - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Labour, p/o Triq Bormla, Triq Wied il-Għajn, p/o Triq Alessio Erardi - Part 2, Triq Kapuċċini, Ħaż-Żabbar u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq il-Labour, Triq Bormla, Triq Wied il-Għajn, Triq Alessio Erardi - Part 2 u Triq Kapuċċini, Ħaż-Żabbar huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq il-Labour tlestiet f’April 2023 u swiet €1,529,475.21excl VAT. Triq Bormla tlestiet f’Gunju 2023 u swiet €252,049.16 excl VAT, Triq Wied il-Għajn tlestiet f’ Gunju 2023, il-kont ta’ dan il-proġett għadu ma ġiex iffinalizzat, Triq Alessio Erardi - Part 2 tlestiet f’Ġunju 2023 u swiet €586,029.36 excl VAT filwaqt li Triq Kapuċċini tlestiet f’Lulju 2023 u swiet €586,029.36 excl VAT.
Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina, Mdina Road Żebbuġ (from Hunters to Siġġiewi Lights), Ħal Dwieli Alleys 2, 3, Triq Achille Ferris, Triq Pawlu Balzan, Storm water works at PO Triq il-Kandlora - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq l-Imdina, Mdina Road Żebbuġ (from Hunters to Siġġiewi Lights), Ħal Dwieli Alleys 2, 3, Triq Achille Ferris, Triq Pawlu Balzan, Storm water works at PO Triq il-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- Triq l-Imdina, Mdina Road Żebbuġ (from Hunters to Siġġiewi Lights), Ħal Dwieli Alleys 2, 3, Triq Achille Ferris, Triq Pawlu Balzan, Storm water works at PO Triq il-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq l-Imdina, Mdina Road Żebbuġ (from Hunters to Siġġiewi Lights) tlestiet f’Marzu 2023 u swiet €148,934.23 excl VAT. Ħal Dwieli Alleys 2, 3 tlesta f’Gunju 2023 u swiet €34,875.59 excl VAT. Triq Achille Ferris u Triq Pawlu Balzan tlestew f’ Lulju 2023 u swew €156,733.36 excl VAT. Storm water works at PO Triq il-Kandlora tlesta f’Ottubru 2023 u sewa €213,708.70 excl VAT.
Ir-Rabat — Tal-Landrijiet Area, Sewer lining works f’Triq San Luqa, Triq San Luqa, Triq Tat-Torri, Triq Pawlu Xuereb, Triq Vincenzo M Pellegrini - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Tal-Landrijiet Area, Sewer lining works at Triq San Luqa, Triq San Luqa, Triq Tat-Torri, Triq Pawlu Xuereb, Triq Vincenzo M Pellegrini, Rabat u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti Tal-Landrijiet Area, Sewer lining works f’Triq San Luqa, Triq San Luqa, Triq Tat-Torri , Triq Pawlu Xuereb u Triq Vincenzo M Pellegrini huma parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Tal-Landrijiet Area twettqet f’Marzu 2023 u swiet €546,482.30excl VAT, xoghol ta’ Sewer lining works f’Triq San Luqa tlesta f’Mejju 2023 u sewa’ €64,030.00excl VAT, Triq San Luqa tlestiet f’Mejju 2023 u swiet €61,713.60 u Triq Tat-Torri, Triq Pawlu Xuereb u Triq Vincenzo M Pellegrini tlestew f’Settembru 2023 u swew €272,920.07 excl VAT.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq San Ġwakkin, Ħal Qormi u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq San Ġwakkin, Ħal Qormi huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari twettqet f’Lulju 2023 u swiet €259,566.70 excl VAT.
San Ġiljan — Triq Mikiel Anton Vassalli, Triq Sir Joseph Carbone, Reconstruction of Triq William Prescott, Telgħet Birkirkara, Sqaq Ciantar, Triq Bertha K Ilg, Triq Charles Sciberras - Phase 1, Sqaq is-Siġar, Triq Henry Calleja, Sqaq Lourdes - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq Mikiel Anton Vassalli, Triq Sir Joseph Carbone, Reconstruction of Triq William Prescott, parti minn Telgħet Birkirkara, Sqaq Ciantar, Triq Bertha K Ilg, Triq Charles Sciberras - Phase 1, Sqaq is-Siġar, parti minn Triq Henry Calleja, Sqaq Lourdes, San Ġiljan u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq Mikiel Anton Vassalli, Triq Sir Joseph Carbone, Reconstruction of Triq William Prescott, Telgħet Birkirkara, Sqaq Ciantar, Triq Bertha King, Triq Charles Sciberras - Phase 1, Sqaq is-Siġar, Triq Henry Calleja u Sqaq Lourdes, San Ġiljan huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq Mikiel Anton Vassalli tlestiet f’Awwissu 2023 u swiet €60,650.33 excl VAT. Triq Sir Joseph Carbone tlestiet f’Jannar 2023 u swiet €133,529.66 excl VAT. Reconstruction of Triq William Prescott tlestiet f’Settembru 2022, Telgħet Birkirkara tlestiet f’Frar 2023 u Sqaq Ciantar tlestiet f’Frar 2023 u swew €195,552.26 excl VAT. Triq Charles Sciberras - Phase 1 tlestiet f’Gunju 2023 u swiet €124,968.20 excl VAT. Sqaq is-Siġar, Triq Henry Calleja u Sqaq Lourdes tlestew fNovembru 2023 u swew €174,164.25 excl VAT.
San Ġwann — Triq Antonio Schembri, parti minn Triq L-Orintoloġija - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq parti minn Triq Antonio Schembri u parti minn Triq l-Ornitoloġija, San Ġwann u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq Antonio Schembri u parti minn Triq L-Orintoloġija, San Ġwann huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’Lulju 2023 u swiet €292,282.82 excl VAT.
San Pawl il-Baħar — Triq Luigi Preziosi, Triq l-Għabex, unnamed road c/w Dawret il-Qawra - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq Luigi Preziosi, Triq l-Għabex, unnamed road c/w Dawret il-Qawra, San Pawl il-Baħar u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq Luigi Preziosi, Triq l-Għabex, unnamed road c/w Dawret il-Qawra, San Pawl il-Baħar huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq Luigi Preziosi tlestiet f’Ġunju 2023 u swiet €249,983.20 excl VAT, Triq l-Għabex tlestiet f’Settembru 2023 u swiet €209,110.39 excl VAT filwaqt li unnamed road c/w Dawret il-Qawra tlestiet f’Settembru 2023 u swiet €161,819.90 excl VAT.
Santa Luċija — Triq Klematis, Triq Inez Soler, Triq Prinjol, Dawret it-Torri, Triq il-Gjaċinti, Triq Stella Maris - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq Klematis, Triq Inez Soler, Triq Prinjol, Dawret it-Torri, Triq il-Ġjaċinti, Triq Stella Maris, Santa Luċija u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq Klematis, Triq Inez Soler, Triq Prinjol, Dawret it-Torri, Triq il-Ġjaċinti, Triq Stella Maris, Santa Luċija huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq Klematis, Triq Inez Soler, Triq Prinjol, Dawret it-Torri tlestew f’april 2023 u swew €1,446,921.72 excl VAT filwaqt li Triq il-Gjaċinti u Triq Stella Maris tlestew f’Diċembru 2023 iżda l-kont għadu ma ġiex iffinalizzat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq Ta' Xmiexi, l-Imsida u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq ta' Xmiexi, Msida huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’Awwissu 2023 u swiet €392,607.78 excl VAT.