Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissarju tal-Pulizija — Disturbance Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-Disturbance Allowance li ngħata lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2021, 2022, 2023 u 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett. Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid. Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli. L-Onorevoli Interpellant qiegħed jistaqsi dwar Disturbance allowance. Infurmat li dan beda jkun provdut mis-sena 2016 għal 10%, 2017 - 10%, 2018 - 10%, 2019 - 10%, 2020 - 0, 2021 - 0, 2022 – 0, 2023 - 20% u 2024 - 20%. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi. Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’mistoqsija parlamentari 21730. Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.

Kummissarju tal-Pulizija — Car Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-Car Allowances li ngħataw lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2021, 2022, 2023 u 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett. Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid. Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli. L-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi dwar il-car allowance. Infurmat li fis-sena 2021 kienet 4658.81, 2022 kienet 4658,81, 2023 kienet 4658,81 u 2024 sal-ġurnata li nġabet din l-informazzjoni 3942.07. Infakkar lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi. Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’Mistoqsija Parlamentari numru 21730. Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.

Kummissarju tal-Pulizija — Car Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-Car Allowances li ngħataw lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie ffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett. Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid. Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli. L-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi dwar il-car allowance. Infurmat li fis-sena 2013 kienet 612.01, 2014 u 2015 ma kienx hemm, 2016 kienet 1956.39, 2017 kienet 4680.81, 2018 kienet 4680.81, 2019 kienet 4658.81, u 2020 kienet 4658.81, Infakkar lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi. Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’Mistoqsija Parlamentari numru 21730. Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.

Kummissarju tal-Pulizija — Performance Bonus

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li huwa stess approva l-għoti ta’ Performance Bonus ta’ €6,890 lill-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett. Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid. Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli. L-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi dwar il-performance bonus tal-Kummissarju tal-Pulizija. Infurmat li l-Performance Bonus hu allowance stabbilit fost diversi karigi tas-Settur Pubbliku li tant iwettqu xogħol importanti. Infurmat li kwalunkwe allowance jew performance appraisal u l-ħlas relatat magħha issir jew mis-Superjur rispettiv ta’ kull grad, jew mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru u dan inlinea mar-regoli tas-Servizz Pubbliku, u mhux mill-Ministru. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi. Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’Mistoqsija Parlamentari numru 21730. Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.

Kummissarju tal-Pulizija — Performance Bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-performance bonuses li ngħataw lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2021, 2022, 2023 u 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett. Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid. Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappre¿entanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser ¿idiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress i¿jed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli. L-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi dwar il-performance bonus tal-Kummissarju tal-Pulizija. Infurmat li l-Performance Bonus hu allowance stabbilit fost diversi karigi tas-Settur Pubbliku li tant iwettqu xogħol importanti. Infurmat li kwalunkwe allowance jew performance appraisal u l-ħlas relatat magħha issir jew mis-Superjur rispettiv ta’ kull grad, jew mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru u dan inlinea mar-regoli tas-Servizz Pubbliku, u mhux mill-Ministru. Infakkar lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappre¿entaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet ba¿iċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - i¿da mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi. Infurmat ukoll illi fil-ka¿ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’mistoqsija parlamentari 21730. Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti. Ukoll infurmat li performance bonus beda jkun provdut mis-sena 2016 għal 12%, 2017 - 13%, 2018 - 12%, 2019 - 13.5%, 2020 - 14%, 2021 - 15%, 2022 - 15%, 2023 - 15% u 2024 - 15%.

Ċirkewwa Columns — Proġett – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Ċirkewwa Columns u meta huwa ppjanat li jintemmu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-Terminal taċ-Ċirkewwa kien ilu jissemma sa mis-snin disgħin, kien intqal li l-proġett kien se jsir kollu sal-2003, u fir-realtà tlesta kważi 10 snin tard, lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Agħar minn hekk, il-Ministeru għat-Trasport kien ġie infurmat li l-proġett kellu ħsarat strutturali u xquq fil-konkos. Studji intensivi u testijiet tekniċi kienu kkonfermaw li jeżistru difetti fil-kolonni u travi tal-‘Passenger Gangway’ u għalhekk kellhom jibdew diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati biex tinstab soluzzjoni. Ġie deċiż li jibdew sensiela ta’ provi (trials) biex ikun stabbilit xjentifikament l-iktar metodu u materjal addattat għat-tiswija u biex isiru t-testijiet fuq l-istess xogħol. Bħalissa qed isir ix-xogħol ta’ tranġar fuq id-difetti fil-proġett ta’ 12 -il sena ilu u mistenni jitlesta lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Ċirkewwa Columns — Proġett – Stima

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser jiswa l-proġett ta’ Ċirkewwa Columns?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet tal-l-proġett ta’ Ċirkewwa Columns ġie jiswa €240,121 f’xogħlijiet ta’upgrading. Dawn ma jinkludux l-ispejjeż li daħal għalihom il-kuntrattur biex jiġi rettifikat l-ħsara li kien hemm fl-istrutturi.

Triq il-Marfa, Ċirkewwa — Proġett – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Triq il-Marfa, Ċirkewwa u meta huwa ppjanat li jintemmu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta lestiet il-ħidma fuq proġett infrastrutturali bil-għan li tiffaċilità u torganizza b’mod aħjar it-traffiku madwar it-Terminal taċ-Ċirkewwa. Dan seħħ bi tlestija ta’ korsija kontinwa ddedikata għall-karozzi li sejrin lejn Għawdex mir-roundabout tal-Armier fid-direzzjoni lejn it-Terminal taċ-Ċirkewwa. Infrastructure Malta ħatfet l-opportunita’ biex waqt li t-triq kellha ħtieġa ta’ manutenzjoni, rabtet dawn ix-xogħlijiet mal-proġett ta’ riorganizzazzjoni Permezz ta’ dan l-investiment ta’ 7 miljun ewro qed jiġi ffaċilitat it-traġitt għal persuni li jridu jaqsmu l-fliegu mingħajr ma jingħalaq l-aċċess għal partijiet ta’ madwar it-Terminal għal ħaddiema, it-trasport pubbliku u traffiku li ma jkunx sejjer Għawdex. Din il-konġestjoni tat-traffiku għal dawn l-aħħar 13-il sena telfet is-servizz ta’ trasport pubbliku u dak t’emerġenza meta l-istennija tal-karozzi għall-vapur qabżet ’il barra mill-marshalling area, u ħoloq sfidi kbar għal oħrajn li riedu jaċċessaw iċ-Ċirkewwa f’dawn il-ħinijiet, fosthom vetturi t’emerġenza u bugħaddasa. Dan il-proġett sar biex jindirizza wkoll numru rekord ta’ traġitti li qed jiġi rreġistrat lejn u minn Għawdex. Il-proġett sar fuq firxa ta’ żewġ kilometri u nofs, bl-istrutturi tal-ħadid li jifirdu liż-żewġ karreġġjati nbiddlu u minflokhom saru strutturi tal-konkrit li huma ċeritifikati li joffru l-aqwa sigurtà possibbli. Il-bidla ta’ dawn l-istrutturi, li Infrastructure Malta introduċiet għall-ewwel darba fl-2019, għamilha iżjed possibbli biex jintrebaħ iżjed spazju li jista’ jintuża b’mod iktar effettiv. Id-disinn il-ġdid tat-triq ħaseb biex jiġi eliminat l-ivvjaġġar ta’ vetturi min-naħa għall-oħra, waqt li ġiet installata sistema ta’ dawl ġdida u żieda fil-miżuri ta’ sigurtà. Ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett, li bdew f’nofs Frar (19 ta’ Frar) tlestew kif imwiegħed qabel il-bidu tal-istaġun tas-sajf.