Skont ir-Rule of Law Report tal-2026 maħruġ mill-European Commission għal Malta, fejn ingħad: ‘
Action remains to be taken to improve the overall ethics framework of the public administration’, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Malta mhijiex firmatarja jew tifforma parti mill-Konvenzjoni Kontra t-Tixħim tal-OECD (OECD Anti-Bribery Convention) u jekk il-Ministru għandux il-ħsieb li l-Gvern jiffirma l-Konvenzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni barranin li qed jistennew li jgħaddu ġuri quddiem il-Qorti Kriminali huma persuni li huma ta’ nazzjonalità extra-komunitarja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ kawżi ċivili pendenti fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn kienu pendenti quddiem is-Sezzjoni tal-Familja tal-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili sal-1 ta’ Ottubru 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ kawżi kriminali pendenti li jaqgħu fil-kompetenza oriġinali tal-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl tas-sitwazzjoni li nħolqot reċentement fil-Qorti meta nstab li tablets użati minn ġurati kellhom aċċess għall-internet, jista’ l-Ministru jgħid għaliex seħħ dan il-fatt u jekk hux ser jittieħdu xi proċeduri dixxiplinarji u x’passi rimedjali ttieħdu jew ser jittieħdu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl tas-sitwazzjoni li nħolqot reċentement fil-Qorti meta weħel il-lift, bil-konsegwenza li tliet detenuti u l-iskorti tagħhom inqabdu fih għal aktar minn siegħa, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal dan l-inċident u x’passi ser jittieħdu biex sitwazzjoni simili ma terġax tiġri?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan l-episodju ma kien dovut għal ebda nuqqas tal-amministrazzjoni tal-Qorti u cioe` għal istat tal-lifts jew il-manutenzjoni tagħhom iżda għas-sempliċi fatt illi fil-
lift
telgħu numru ta’ persuni iktar minn dak li jippermetti
lift
. Tant hu hekk li l-episodju ma reġax irrepeta ruħu.
Fid-dawl tas-sitwazzjoni li nħolqot reċentement fil-Qorti meta nqata’ d-dawl, bil-konsegwenza li kellhom jieqfu s-seduti, jista’ l-Ministru jgħid għaliex seħħ dan u x’passi ser jittieħdu biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lil Onorevoli Interpellant jindika għal liema seduti qed jirreferi speċifikament għax ma ġie rappurtat ebda seduti li ġew kanċellati minħabba qtugħ ta’ dawl. In oltre l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati għandha
generator
li jissupplixxi d-dawl fil-Qorti kollu, li jinżamm fi stat ta’ manutenzjoni tajba permezz ta’ spezzjonijiet regolari tant illi l-qtugħ ta’ dawl b’ebda mod ma kellu xi effett fuq l-andament tas-seduti li pproċedew kollha bl-iktar mod normali salv xi ftit interruzzjonijiet qosra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinbidel jew tiġi aġġornata s-sistema tal-awdjo fl-awli tal-Qorti, peress li jew skaduta jew mhijiex ta’ kwalità adegwata biex tlaħħaq mal-esiġenzi tal-Qorti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’dawn l-aħħar snin saru investimenti kbar fit-teknoloġija inkluż fis-sistema tal-awdjo. Is-sistema tal-awdjo ġiet mibdula kollha u bħalissa qegħdin fil-fażi fejn qed tiġi implimentata din is-sistema ġdida.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rimedju għall-ħsejjes esterni li jinstemgħu fl-awli tal-Qorti waqt is-smigħ tal-kawżi? Jekk iva, jista’ jispjega fiex jikkonsisti dan ir-rimedju u meta ser jiġi implimentat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ingħatat fid-domanda għall-Mistoqsija Parlamentari 3752.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat xi rimedju għall-ħsejjes esterni li jippenetraw fl-awli tal-Qorti waqt is-smigħ tal-kawżi u li qed joħolqu inkonvenjent waqt il-kawżi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ġie rappurtat ebda inkonvenjent kaġunat minn ħsejjes esterni waqt is-smigħ tal-kawżi u għaldaqstant mhux ikkunsidrat ebda rimedju. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ħsejjes ġejjin minn avvenimenti li jkunu għaddejjin minn Triq ir-Repubblika, dawn huma okkażjonijiet sporadiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm telqu avukati li kienu impjegati mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mis-sena 2022 sat-30 ta’ Setembru 2026, filwaqt li kien hemm 58 avukat li ngħaqad mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, irrezenjaw 16-il avukat (li 9 minnhom saru membru tal-gudikatura jew court attorney).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati avukati fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema livell ġew impjegati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-avukati li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat huma trainees, Lawyer Level 1, Lawyer Level 2, Lawyer Level 3 u Senior Lawyers?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sas-17 ta’ Settembru 2026, l-avukati li jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat huma maqsumin kif ġej:
Trainee Lawyer – 0
Junior Lawyer – 3
Lawyer III – 7
Lawyer II – 3
Lawyer I – 3
Senior Lawyer – 11
Assistant State Advocate – 2
Deputy State Advocate – 1
State Advocate – 1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati avukati fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema livell ġew impjegati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mis-sena 2022 sat-30 ta’ Settembru 2026 ġew impjegati 55 avukat. It-tabella tindika sena b’sena l-investiment li sar fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali:
2022
Trainee Lawyer: 12
Lawyer III: 2
2023
Trainee Lawyer: 15
Lawyer III: 3 (incl.1 posted with EPPO)
2024
Trainee Lawyer: 1
4 (incl. 1 posted with EPPO)
2025
Trainee Lawyer: 6 (incl. 1 posted with EPPO)
2026
Trainee Lawyer:
6