Legislature:
Category:
Reset
Active:

Policies u programmi ta' żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25719 u jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ħidma kollha ta’ dan il-Ministeru fl-aħħar tliett snin hija ċċentrata madwar l-iżvilupp sostenibbli. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ rapporti u/jew inizjattivi relatati. Id-dokumenti relevanti huma kollha pubbliċi iżda għal- konvenjenza tal-Onor Interpellant qed jiġu riprodotti fuq CD li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 11 PQ #26318 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strateġija għall-iżvilupp sostenibbli

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26202, minħabba li bejn id-data li tnediet l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli u meta se tkun imnedija l-liġi dwar l-iżvilupp sostenibbli se jkunu għaddew kwazi seba' snin, jista' l-Prim Ministru jkun aktar speċifiku dwar ħidma oħra oltre minn ħidma mwettqa mit-Tourism and Sustainable Development Unit dwar it-twettiq tal-istrateġija għal żvilup sostenibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-preċizjoni nixtieq nindika li l-aħħar verżjoni tal-Istrateġija adottata mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli kienet fit-tlettax ta’ Novembru 2006, f'termini ta' l-Artikolu 8 (7f) ta' l-Att tal-Protezzjoni Ambjent (Kapitolu 435 tal-Liġijiet ta' Malta). Din l-Istrateġija tinsab fis-sit elettroniku www.tsdu.gov.mt Għalhekk l-informazzjoni li ġejja hi bbażata fuq l-aħħar ħames snin. Kif mitlub mill-istrateġija nnifisha it- Tourism and Sustainable Development Unit (TSDU) fi ħdan l-uffiċju tal-Prim Ministru, fl-2009 ikkoordinat il-proċess biex l-istrateġija tiġi aġġornata hekk kif mitlub fl-Istrateġija stess, kif u meta meħtieġ, u skond l-istrateġiji nazzjonali oħra li huma maħruġa minn żmien għal żmien. Dan l-aġġornament sar ukoll bil-koperazzjoni ta’ ministeri oħrajn. Ministeri u entitajiet governattivi oħra ħadmu fuq l-Iżvilupp Sostenibbli b’modi differenti fosthom: 1. Żvilupp ta’ politika nazzjonali f’oqsma partikolari li jintegraw il-kunċett ta’ żvilupp sostenibbli. 2. Sehem fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija, kemm fil-qasam tal-politika settorjali kif ukoll bl-implementazzjoni ta’ ftehim ambjentali multilaterali (multilateral environmental agreements); 3. Edukazzjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli differenti inkluż fis-sekondarja, fil-livell terzjarju u fl-Universita`; 4. L-iżvilupp u t-trawwim ta' kultura u għarfien dwar għodod li jwasslu lejn l-iżvilupp sostenibbli. Eżempju Green Public Procurement ; 5. L-attestazzjoni ta' rwol importanti għall-iżvilupp sostenibbli fil-bidla fil-klima u l-fora tal-enerġija speċjalment f'termini ta' riżorsi naturali u l-effiċjenza tar-riżorsi; 6. It-tisħieħ tad-Direttiva tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (Strategiċ Environmental Assessment) sabiex tipprovdi livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u ta' nklużjoni ta' kunsiderazzjonijiet ambjentali, bil-għan li jippromwovi żvilupp sostenibbli u l-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva; 7. Il-pubblikazzjoni ta' l-indikaturi ta' żvilupp sostenibbli mill – Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika. Madankollu il-Gvern jifhem ukoll li dan il-proċess għandu jkun koesiv u għalhekk l-abbozz ta’ liġi dwar l-iżvilupp sostenibbli għandha tkompli tinforza u tibni fuq l-isforzi li ttieħdu fil-passat biex ikun hemm proċess adegwat għax-xenarju preżenti u dak tal-futur sabiex tikkonsolida l-mixja lejn it-tnaqqis tal-poverta` u l-bidla lejn il- ‘green economy’ , ekonomija iktar ambjentali.
Leg 11 PQ #26322 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Communities and Local Government 2006

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument Communities and Local Government 2006 Strong and Prosperous Communities and The Local Government White Paper?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-dokument li qed jitlob l-Onor. Interpellant hu pubblikazjzoni maħruġa mir-Renju Unit. Huwa aċċessibli online u jista’ jinkiseb minn fuq il-portal elettroniku http://www.communities.gov.uk/publications/localgovernment/strongprosperous.
Leg 11 PQ #26323 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bus Shelters — ftehim

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21661 peress li l-ftehim dwar bus shelters jinkludi l-għoti ta' konċessjonijiet fuq art pubblika sabiex jitwaqqfu l-bus shelters, jista' l-Prim Ministru jgħid kif dan it-tiġdid seħħ mingħajr sejħa pubblika? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istallar u l-manutenzjoni ta’ Bus Shelters hija funzjoni statutorja tal-Kunsilli Lokali. Permezz tal-ftehim li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għamlet f’isem il-Kunsilli Lokali kollha, mal-Kumpanija Faces Displays Ltd., din il-kumpanija intrabtet illi tibdel il-Bus Shelters eżistenti ma oħrajn ġodda u moderni. L-ebda Kunsill Lokali ma ħallas flus għal din l-ispiza, imma dan kellu jkun kopert mir-reklamar li l-kumpanija kellha tagħmel wara diskussjonijiet li saru mal-awtoritajiet kompetenti.

policies u programmi ta' żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #26202 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Abbozz ta' Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-passi u l-inizjattivi li ttieħdu u xi strutturi jew kumitati twaqqfu wara t-tneddija tal-Abbozz ta' Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara t-tnedija tal-Abbozz ta’ Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli l-Gvern waqqaf t-Tourism and Sustainable Development Unit fi ħdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru biex flimkien ma’ l-eżekuzzjoni ta’ xogħol ieħor jħares il-moniteraġġ tal-istrateġija b’kollaborazzjoni ma’ entitaijiet oħra peress li l-implementazzjoni tal-miżuri li nħarrġu mill-Istratgeija huma responsabbilta` tal-Ministeri kollha. Il-Gvern minn dejjem ħass li l-importanza tal-Iżvilupp Sostenibbli hija ferm sinifikanti, u għalhekk fil-gimgħat segwenti ser jippreżenta lill-Parlament l-abbozz ta’ liġi dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għat-tieni qari. Biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli din il-liġi ser twaqqaf struttura li tassigura l-implimentazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fuq diversi livelli f’kuntest nazzjonali.

Awtorità tad-djar — programmi għall-żvilupp sostenibbli

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex xi politika jew programmi li jirrigwardjaw żvilupp sostenibbli? Jekk fl-affermattiv, tista' tindika min hija l-persuna responsabbli minn dan il-programm jew policy?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 25718 tas-seduta 343.
Leg 11 PQ #26204 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Ministeru għal Għawdex

EkoGozo — inizjattivi

Question

Tista' l-Ministru tindika liema huwa d-dipartiment u l-uffiċjal responsabbli minn EkoGozo? Tista' tgħid liema inizjattivi minn dan il-programm twettqu s'issa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment responsabbli mill-implimentazzjoni tal-viżjoni Eko-Għawdex huwa d-Direttorat Ġenerali għall-Istrateġija u Sapport li taħtu jaqa d-Direttorat għal eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali. L-Uffiċjal responsabbli huwa d-Direttur ta’ dan id-Direttorat. Jiena nfurmata wkoll li sa issa, l-proġetti li twettqu jinkludu l-estensjoni tal-bosk fl-Imġarr b’2300 siġra li jkopru 11,000 metru kwadru, tindif tal-widien f’diversi żoni, korsijiet għall-bdiewa dwar l-użu tal-pestiċidi u kimika fl-agrikoltura, l-għoti ta’ Feed in Tariff ogħla minn dik nazzjonali għall-enerġija solari ġġenerata f’Għawdex, proġett ta’ moniteraġġ ambjentali tal-ilma madwar il-kosta t’Għawdex, investiment sostanzjali fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Energy Audits fil-maġġoranza tal-proprjetajiet tal-Gvern, żewġ skemi għar-restawr ta’ Rdieden tar-Riħ, bini ta’ ġibjuni għall-ilma tax-xita f’diversi proġetti, il-konklużjoni tal- Masterplan taċ-Ċittadella, għajnuna fit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni dwar is-Saħħa Mentali, il-pubblikazzjoni ta’ Liġi li tipproteġi l-kosta tad-Dwejra bħala Special Area of Conservation, Pakkett ta’ Riżorsi għall-Għalliema, diversi Kampanji dwar Ikel b’saħħtu u healthy lifestyles , programm ta’ attivitajiet extra-kurrikulari ta’ sport u eżerċizzju għall-istudenti, ir-riforma fit-trasport pubbliku li ser tiġi varata fil-ġimgħat li ġejjin, kampanji ta’ tagħrif dwar it-Turiżmu, Strateġija għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani f’Għawdex, il-parteċipazzjoni f’diversi proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea dwar agrikoltura, turiżmu, restawr ekoloġiku u l-użu sostenibbli tal-ilma, skemi għal proġetti marbuta ma’ Eko-Għawdex mill-Għaqdiet mhux Governattivi u Kunsilli Lokali, u l-iskema Arti Pubblika f’Għawdex.
Leg 11 PQ #21661 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stallar u manutenzjonin ta' bus shelters

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta il-konċessjoni għall-istallar u l-manutenzjoni tal-bus shelters suppost tiġi mġedda? Jista' jgħid meta jiskadi t-terminu tal-konċessjoni u x'inhu il-mekkaniżmu ta' tiġdid ta' din il-konċessjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ftehim dwar il-bus shelters mal-kumpanija Faces Ltd sar mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali flimkien ma’ numru ta’ kunsilli lokali.

Policies u programmi ta' żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu inkluż dak tas-Segretarju Parlamentari? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Policies u programmi ta' żvilupp

Question

Tista' l-Ministru tagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha inkluż dak tas-Segretarju Parlamentari? Tista' tindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Policies u programmi ta' żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'seduta oħra.

policies u programmi ta' żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #25721 Sitting 343 2011-05-09 Oral · Interim From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Policies u programmi ta' żvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu inkluż dak tas-Segretarju Parlamentari? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Policies u programmi ta' żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu inkluż dak tas-Segretarju Parlamentari? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #25723 Sitting 343 2011-05-09 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Ministeru għal Għawdex

Policies u programmi ta' żvilupp

Question

Tista' l-Ministru tagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-programm dwar Żvilupp Sostenibbli adottat mill-Ministeru għal Għawdex wara li ġie approvat mill-Gvern u l-Parlament huwa l-Pjan t'Azzjoni għal Eko-Għawdex għas-snin 2010-2012. Id-Dipartiment responsabbli huwa d-Direttorat għal Eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali fi ħdan id-Direttorat Ġenerali (Strateġija u Sapport). Jiena nfurmata wkoll li d-dokument relattiv tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien mad-Diskors tal-Baġit 2010 fid-9 ta' Novembru 2009.
Leg 11 PQ #25368 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — moniteraġġ fuq fish farms

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'moniteraġġ ambjentali qed isir mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u/jew minn entitajiet oħra dwar operat tal-fish farms madwar Malta? Jista' jgħid kemm huma attrezzati dawn l-organizzazzjonijiet sabiex jagħmlu dan il-moniteraġġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-MEPA tesiġi illi l-fishfarms jkollhom programm ta' monitoraġġ illi jinkludi monitoraġġ tal-kwalità tal-ilma, tal-kontaminazzjoni taħt il-gaġeġ, u tal-ambjent ekoloġiku tal-qiegħ tal-baħar. Il-monitoraġġ isir min konsulenti independenti mqabbda mill-operaturi, illi għandhom il-kwalifikazzjonijiet u l-apparat meħtieġ għal dan ix-xogħol.

Dipartiment tas-Sajd — Operat tal-Fish Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-frekwenza ta' moniteraġġ li d-Dipartiment tas-Sajd jagħmel dwar l-operat tal-fish farms madwar Malta? Jista' jgħid x'attrezzament għandu dan id-Dipartiment sabiex jagħmel dan il-moniteraġġ? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport ta' moniteraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-moniteraġġ imsemmi jsir fuq bażi regolari bi frekwenza ta’ mill-inqas darba fil-ġimgħa minn naħa tad-Direttorat għall-Kontroll tas-Sajd bl-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta. Tajjeb li jingħad li l-iSpetturi tas-Sajd ikunu preżenti waqt l-attivitajiet prinċipali kollha li jsiru fuq il-farms. L-iskop prinċipali ta’ dan il-moniteraġġ huwa li jkun żgurat li l-attivitajiet kollha fuq il-farms isiru kif stipulat mill-liġijiet kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni Ewropeja Sabiex dan il-moniteraġġ jkun jista’ jsir aħjar għar-rigward tal-verifikazjoni tal-piż tal-ħut, inxtarat stereoscopic camera li għandha tasal Malta dalwaqt. Id-Direttorat għall-Kontroll tas-Sajd jimxi skont National Control Action Plan li fih hemm stipulat x’monitoraġġ għandu jsir, liema proċeduri jridu jkunu mplimentati, u x’dokumenti għandhom jintlew. Jeżistu rapporti varji skond l-ispezzjonijiet li jsiru. Dawn jinżammu fid-Direttorat tal-Kontroll tas-Sajd u jkunu sottomessi lill-Kummisjoni Ewropeja hekk kif stipulate bil-ligi. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għall-liema rapport ta’ moniteraġġ partikolari qiegħed jirreferi.

kuntratti ta' Public Private Partnerships

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti ta' Public Private Partnerships li qegħdin fis-seħħ partikolarment f'għoti ta' servizzi? Jista' jgħid kemm hu twil it-terminu ta' dawn il-kuntratti, id-data tal-iskadenza u l-metodi użati sabiex ikunu reklamati t-tiġdid jew l-għoti mill-ġdid ta' dawn il-kuntratti? Jista' jgħid min huma l-kuntratturi li jħaddmu dawn il-kuntratti u l-valur tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23587.

KSI — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma impjegat numru ta' ħaddiema permezz ta' kuntrattur u li dawn il-ħaddiema klerikali, il-biċċa kbira tagħhom, jekk mhux kollha, qegħdin jassistu fix-xogħol tal-ħruġ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema klerikali ġew impjegati temporarjament biex jassistu fix-xogħol klerikali u biex jindirizzaw il-back log ta’ customer contacts li kien hemm.