Direttiva tal-Valutazzjoni Ambjentali u Strateġika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġiet applikata d-Direttiva tal-Valutazzjoni Ambjentali u Strateġika minn meta din id-direttiva ġiet transposta fil-Liġijiet ta' Malta? Jista' jgħid x'kienu l-każijiet fejn din id-direttiva kienet applikata u x'kien l-eżitu ta' din l-applikazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li r-Regolamenti dwar Stima Ambjentali Strateġika gew applikati lil dawn il-pjanijiet jew programmi:
§ Operational Programme I - Cohesion Policy 2007-2013 “Investing In Competitiveness for a Better Quality of Life”
§ Malta Fisheries Operational Programme 2007–2013
§ Rural Development Plan 2007-2013
§ Storm Water Master Plan for the Maltese Islands
§ Water Catchment Management Plan
§ A Proposal for an Energy Policy for Malta
§ A Proposal for a Water Policy for the Maltese Islands
§ A Solid Waste Management Strategy for the Maltese Islands – 1st Update
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proċess sabiex ikunu stabbiliti sustainability indicators kif stabbilit fl-istrateġija nazzjonali nbediex? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' jgħid liema unit jew dipartiment kien inkarigat fit-tfassil u l-ġbir ta' dawn l-indicators? Jista' jgħid fiex wasal il-proċess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-proċess tal-indikaturi li huma msejjħa “L-Indikaturi tal-Iżvilupp Sostenibbli (Sustainable Developments Indicators” ġew mfassla mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u mnedhija f’Diċembru tas-sena l-oħra.
L-abbozz ta’ liġi dwar l-Iżvilupp Sostenibbli ser jassigura il-proċess u l-ġbir effettiv ta’ l-indikaturi.
L-Uffċċju Nazzjonali tal-Istatistika ser ikun inkarigat bil-proċess u l-ġbir ta’ l-indikaturi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk twaqqafx il-Policy Unit li kellu jitwaqqaf fil-Ministeru tiegħu, sabiex jippjana materji ta' natura nazzjonali li kienu jaqgħu taħt l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk ir-riposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jagħti organigramma ta' dan il-unit? Jista' jgħid x'sistema ta' ippjanar qed jaddotta dan il-unit sabiex ikun hemm ippjannar integrat partikolarment sabiex ikun żgurat li l-ippjanar ikun konformi ma' prinċipji ta' żvilupp sostennibli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul il-proċess tal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-MEPA, l-proposta ta’ unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-politika tal-iżvilupp u tal-ambjent ġiet żviluppata fil-ħsieb ta’ unit li jieħu rwol aktar wiesgħa fil-politika strateġika tal-Gvern. Għalhekk, kif tħabbar fis-7 ta’ Frar li għadda, twaqqaf il-Policy Advisory Board fl-Uffiċċju tiegħi bil-għan li jkun l-advisory board tal-Gvern fuq materji ta’ policy. Dan il-Board iservi wkoll bħala l-management board tal-Management Efficiency Unit. Il-Policy Advisory Board, li qed jiltaqa’ regolarment, huwa ppresedut minn John Bonello, former Senior Partner ta’ PricewaterhouseCoopers u kompost minn uffiċjali għolja tal-Gvern u persuni mis-settur privat. Dawn huma:
Helga Ellul, Chief Executive Officer, Playmobil Malta Ltd u ex President of the Chamber of Commerce, Enterprise and Industry
Pierre Mallia, Chief Executive Officer, iMovo Ltd
Godwin Grima, Principal Permanent Secretary
Richard Cachia Caruana, Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea
Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti, Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment
Edgar Galea Curmi, Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proġett għat-twessiegħ tal-moll fix-Xatt ta' Tignè huwa taħt ir-responsabbilità tiegħu? Jista' jgħid fiex wasal dan il-proġett li l-pjanti tiegħu kienu lesti u anke saru konsultazzjonijiet pubbliċi fl-2008?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru bħalissa qiegħed jaħdem fuq proposti ta’ tisbih tal-promenade tax-Xatt ta’ Tignè. Dan il-proġett ma jikkontempla ebda twessiegħ tal-moll.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-korsijiet li kienet toffri l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fil-qasam tal-hospitality twaqqfu? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jerġgħu jibdew jingħataw mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-korsijiet li kienet toffri l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fil-qasam tal-hospitality twaqqfu minħabba li ntlaħaq il-valur ta’ budget preskritt fil-Public Procurement Regulations.
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qed tippjana biex toħrog
tender
ieħor biex tinstab entita’ li tkun tista’ toffri dan it-taħriġ.
Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li huma appuntati fuq il-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqgħet din il-kummissjoni mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum? Jista' jgħid x'inhuma l-obbligi ta' reporting u accountability ta' din il-Kummissjoni? Jista' jgħid xi strutturi ta' appoġġ għandha din il-kummissjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-kostituzzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli kien ġie mġedded fl-2006 sa l-2008. Fl-2006, meta l-Kummissjoni adottat l-aħħar proposta tal-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli, il-Kummissjoni ltaqgħet tlett darbiet, filwaqt li fis-snin ta’ wara ma ltaqgħatx iktar.
L-obbligi tal-Kummissjoni ġew mitmuma peress li t-term spiċċa fl-2008 u r-
reporting
u l-
accountability
tal-Kummissjoni ntwerew biċ-ċar fil-proċess effettiv li wettqet sakemm ġiet adottata l-Istrategija finali.
Madankollu hekk kif ġie spjegat fil-mistoqija parlamentari 26318 li tagħha ingħatat tweġiba f’seduta 352 tat-30 ta’ Mejju ta’ din is-sena, l-implementazzjoni tal-azzjonijiet miġbura fl-Istrateġija tkomplew flimkien ma’ koperazzjoni ta’ ministeri u entitajiet oħrajn, kif ukoll msaħħa fil-proċess tal-abbozz ta’ liġi dwar l-iżvilupp sostenibbli li tieghu sar l-ewwel qari u mistenni li jigi ppublikat fil-gimghat li gejjin. Wara l-pubblikazzjoni dan l-abbozz jitpogga fuq l-agenda tal-Kamra u jghaddi ghat-tieni qari.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett sabiex isir tibdil fit-Triq ta' Tignè li tagħti għat-tunnel mibni mill-Konsorzju MIDI, liema proġett kien jinkorpora riklamazzjoni ta' art sabiex jiżdied il-parking fiż-żona ta' Tignè u l-Ferries ta' Tas-Sliema, u li l-pjanti tiegħu kienu tlestew fil-bidu tal-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fix-xhur li ġejjin, Transport Malta se tkun qed tagħmel xogħlijiet ta’ upgrading fix-Xatt ta’ Tas-Sliema skont tender li nħareġ iktar kmieni din is-sena. Dwar proġetti ppjanati għan-naħa tax-Xatt, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proċess sabiex ikunu stabbiliti sustainability indicators kif stabbilit fl-istrateġija nazzjonali nbediex? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' jgħid liema unit jew dipartiment kien inkarigat fit-tfassil u l-ġbir ta' dawn l-indicators? Jista' jgħid fiex wasal il-proċess?
strateġija nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli — struttura permanenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess li titwaqqaf struttura permanenti bir-riżorsi neċessarji sabiex isir moniteraġġ u reviżjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Twaqqaf Policy Advisory Board li parti mill-funzjoni tiegħu hi biex jassigura li l-policies tal-gvern isiru a bażi tal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli. Dan il-Bord qiegħed jiltaqa' Regolament u qiegħed iħejji sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jibda r-reklutaġġ tal-impjegati li se jkunu qed jaħdmu f’din l-istruttura permanenti
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-intenzjoni strateġika kif imniżżla fl-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostennibli li jsir Integrated Spatial Development Plan spiċċatx jew ġietx mibdula? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' jagħti r-raġuni għal dan it-tibdil ta' din l-intenzjoni strateġika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-raba parti tal-Att numru X tal-2010 titratta fuq tfassil ta' pjan strateġiku nazzjonali fuq bażi ħolistika u li allura jirrifletti l-intenzjoni espressa fl-Integrated Spatial Development Plan.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Wind Farms f'Ħal Far u Wied Rini?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 27301, li t-tliet proġetti tal-Wind Farms preżentement qegħdin fl-istess stadju.
Bini ta' pipeline tal-gass u infrasttuturi oħra neċessarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema dipartiment, aġenzija jew konsulenza ġiet inkarigata sabiex tħejji l-istudji neċessarji għall-bini ta' pipeline tal-gass u infrastruttura oħra neċessarja sabiex il-pajjiż ikollu sistema ta' ġenerazzjoni tal-elettriku bil-gass?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta u l-MRA qegħdin fi proċess ta’ diskussjonijiet mal-World Bank sabiex isiru studji fuq kif nistgħu insaħħu is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija f’Malta. Parti minn dawn l-istudji se jinkludu l-infrastruttura neċessarja għall-provvista tal-gass u l-konverżjoni meħtieġa fl-impjant eżistenti.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett sabiex isir tibdil fit-Triq ta' Tignè li tagħti għat-tunnel mibni mill-Konsorzju MIDI, liema proġett kien jinkorpora riklamazzjoni ta' art sabiex jiżdied il-parking fiż-żona ta' Tignè u l-Ferries ta' Tas-Sliema, u li l-pjanti tiegħu kienu tlestew fil-bidu tal-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Direttiva tal-Valutazzjoni Ambjentali u Strateġika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġiet applikata d-Direttiva tal-Valutazzjoni Ambjentali u Strateġika minn meta din id-direttiva ġiet transposta fil-Liġijiet ta' Malta? Jista' jgħid x'kienu l-każijiet fejn din id-direttiva kienet applikata u x'kien l-eżitu ta' din l-applikazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li huma appuntati fuq il-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqgħet din il-kummissjoni mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum? Jista' jgħid x'inhuma l-obbligi ta' reporting u accountability ta' din il-Kummissjoni? Jista' jgħid xi strutturi ta' appoġġ għandha din il-kummissjoni?
Energy Performance of Building Directive — implimentazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema dipartiment huwa responsabbli li jara li jkun hemm implimentazzjoni tal-Energy Performance of Building Directive? Jista' jgħid jekk hemmx xi obbligi li l-gvern irid jagħti rendikont tal-konformità ma' din id-Direttiva? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li jagħtu rendikont tal-konformità ma' din id-direttiva għal dawn l-aħħar sentejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Energy Performance of Building Directive hija l-Awtorità ta’ Malta Dwar ir-Rizorsi. Din għanda Memorandum of Understanding mal-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini biex dan l-Uffiċċju jara li jkun hemm implimentazzjoni tad-Direttiva. Sa ma meta nħarget ir-Recast tad-Direttiva 2002.91/EC fis-19 ta’ Mejju 2010 ma kien hemm l-ebda obligu li l-Gvern jirraporta lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiziti ta’ din id-Direttiva. Fir-Recast (2010/31/EC) hemm numru ta’ obligi ta’ rapportar li jaqgħu taħt artikoli differenti li huma Artikli 5, 14 u 15.
Rigward Artiklu 5, iż-żmien biex jintbgħat ir-rapport jagħlaq fit-30 ta’ Ġunju 2012 u għalhekk għad ma sarx dan ir-rapport. Fir-rigward ta’ Artikoli 14 u 15. Malta addottat transpozizzjoni għall-artikoli 14 u 15 abbażi tar-rekwiżiti ta’ paragrafi 1,2 u 3 ta’ dawn iż-żewgt Artikoli. Għaldaqstant Malta mhijiex obbligata li tirraporta lill-Kummissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid min hi l-entità responsabbli mill-Carbon Trading għan-nom ta' Malta? Jista' jagħti rendikont tal-ħidma ta' din l-entità għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn nofs is-sena 2010, l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi assumiet ir-rwol ta’ awtorità kompetenti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi skema kummerċjali dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (Direttiva 2003/87/EC; EU Emissions Trading Scheme Directive). Dan wara li l-MRA ħadet dawn ir-responsabbiltajiet li qabel kienu f’idejn l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, li jinkludu:
· l-amministrazzjoni kontinwa tal-iskema lokalment li fost l-oħrajn jinkludu:
- il-ħruġ u reviżjoni kif meħtieġ ta’ permessi relevanti,
- l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ kif rikjest mid-direttiva,
- l-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni,
- l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ reġistru kif provdut mid-direttiva;
· l-implimentazzjoni tal-estensjoni tal-iskema għall-operaturi tal-ajruplani, kif provdut taħt id-Direttiva 2008/101/EC li temenda d-Direttiva 2003/87/EC;
· parteċipazzjoni attiva fil-
fora
relevanti fuq livell ta’ Unjoni Ewropea li jittrattaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva, b’mod partikolari il-Kumitat tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Bdil fil-Klima;
· kontribut tekniku għall-pożizzjoni ta’ Malta meta l-kummerċ ta’ emissjonijiet [emissions trading] ikun diskuss fil-
fora
tal-UE u
fora
oħra internazzjonali (per eżempju, ir-reviżjoni tad-direttiva bħala parti mill-Pakkett dwar il-Bdil fil-Klima u l-Enerġija li kien adottat fl-2008).
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Offshore Wind Farms?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddejin studji ambejntali u tekniċi relatati mal-applikazzjoni mal-MEPA biex jkun jista’ isir dan it-tip ta’ żvilupp. Tajjeb li ngħid li nġabret iktar minn sena ta’ data dwar is-saħħa u direzzjoni tar-riħ li bħalissa qed tiġi analizzata.
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu inkluż dak tas-Segretarju Parlamentari? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u Artijiet flimkien mal-Bord tal-koperattivi qiegħed fil-proċess li jfassal programm ta’ żvilupp sostenibbli permezz tal-mudell koperattiv sabiex jgħin komunitajiet vulnerabbli fis-soċjetà.
Il-Malta Enterprise tamministra numru ta’ skemi li jistgħu jgħinu kumpaniji jsiru aktar sostenibbli. Dawn l-iskemi huma l-ERDF Energy Grant Scheme, il-Microinvest, u l-Interest Rate Subsidies għall-lukandi. Barra minn hekk il-proġetti tal-Corporate Village Malta u l-Life Sciences Park ukoll huma iddisinjati biex ikunu sostenibbli.
L-Enemalta implimentat l-Environmental Management System (EMS) fid-diviżjoni tal-elettriku. Id-dokumenti li jiddiskrivu l-
policy
tal-ambjent u l-programm ta’ kif ser jiġi mtejjeb l-ambjent qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.