Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu s'issa l-membri tal-Policy Coordinating Unit għas-servizzi tagħhom relatati ma' dan il-bord minn kemm ilhom li ġew maħtura fuq dan il-bord?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-membri tal-Policy Advisory Board ma’ rċevew l-ebda ħlas minn meta ġew maħtura sa issa, għas-servizz tagħhom fuq dan il-Bord.
Laqgħat tal-Ministri responsabbli mill-Ippjanar Reġjonali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema Ministeru jipparteċipa fil-Laqgħat tal-Ministri responsabbli mill-Ippjanar Reġjonali? Jista' jagħti rendikont tal-parteċipazzjoni ta' Malta f'dawn il-laqgħat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-fondi tal-UE huwa portafoll li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tiegħi jien mistieden nattendi dawn il-laqgħat. Fil-fatt, rappreżentant tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru imexxi d-delegazzjoni ta’ Malta f’dawn il-laqgħat.
Ta’ min jinnota li dawn il-laqgħat Ministerjali huma ta’ natura informali u mhumiex organizzati fuq bażi regolari taħt kull Presidenza tal-UE. Dawn il-laqgħat għandhom tendenza li jinkludu suġġetti li jkopru diversi temi li jkunu qed jiġu diskussi fl-ambitu tal- Politika ta’ Koeżjoni. Għal dawn l-aħħar sentejn it-temi prinċipali kienu l-futur tal- Politika ta’ Koeżjoni, b’mod partikulari l-prijoritajiet ta’ l-istrateġija Ewropa 2020, l-Aġenda Territorjali u l-Ħames Rapport tal-Politika ta’ Koeżjoni li inħareg lejn l-aħħar tas-sena l-oħra.
It-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħti ħarsa lejn il-laqgħat li saru f'dan il-qasam matul l-aħħar 3 snin.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-parteċipazzjoni ta' Malta u entitajiet fil-programm tal-ESPON partikolarment ESPON 2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li l-ebda entita’ Maltija ma ipparteċipat fil-programm ESPON 2006, Malta hi involuta f’erba’ proġetti li ntgħażlu għall-finanzjament taħt il-programm ESPON 2013. Dawn huma:
1. Il-proġett TEDI, fejn il-kumpanija privata Maltija ħadet sehem bħala kuntrattur. Dan il-proġett huwa konkluż.
2. Il-proġett EUROISLANDS, li fih qegħda tipparteċipa l-Universita ta’ Malta. Dan il-proġett wasal biex jiġi konkluż u minnu s-sehem ta’ Malta jammonta għal €55,000.
3. Il-proġett ESPONTrain, li fih qegħda tipparteċipa l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Dan il-proġett bħalissa qed jiġi implimentat u fih l-imsieħeb Malti għandu sehem ta’ €40,000.
4. Il-proġett GEOSPECS, li fih qegħda tipparteċipa kumpanija privata Maltija. Dan il-Proġett bħalissa wkoll qed jiġi implimentat. F’dan il-kas is-sehem tal-imsieħeb Malti jilħaq l-ammont ta’ €60,300.
Kumitat tal-Unjoni Ewropea dwar l-Iżvilupp Spazzjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-parteċipazzjoni ta' Malta fuq il-Kumitat tal-Unjoni Ewropea dwar l-Iżvilupp Spazzjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għall-liema Kumitat minn dawn it-tlieta qiegħed jirreferi:
Committee on Infrastructure for Spatial Information in the European Community (kopert mill-MITC u MFEI)
Urban Development Group (minn l-2010 kopert mill -OPM / MEPA)
Working Party on Space (kopert minn OPM)
Laqgħat tal-Ministri responsabbli mill-Iżvilupp Spazzjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Laqgħat tal-Ministri responsabbli mill-Iżvilupp Spazzjali għal dawn l-aħħar ħames snin?
Żvilupp Sostenibbli — proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid ma' liema indikaturi li għandhom x'jaqsmu ma' żvilupp sostenibbli, l-Gvern intrabat li jsegwi u jkun accountable fil-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu finanzjarji 2007-2001? Jista' jgħid liema aġenziji qed isegwu dawn l-indikaturi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xi rapporti li setgħu saru fuq dawn l-indikaturi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra
Programmi tal-ERDF u programmi ta' Koezjoni — prijoritajiet - żvilupp sostenibbli
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-prijoritajiet tal-programmi tal-ERDF u l-programm ta' Koezjoni, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp sostenibbli? Jista' jgħid kif dawn il-prijoritajiet kienu tradotti u riflessi fil-proġetti proposti u implimentati minn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra
MEPA — Evalwazzjoni tas-sistema kurrenti ta' ppjanar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, għar-rigward tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jekk sarx xi studju ta' evalwazzjoni tas-sistema kurrenti tal-ippjanar partikolarment il-pjan ta' struttura fuq l-iżvilupp ġenerali minn meta kien imniedi l-pjan ta' struttura, sabiex din l-evalwazzjoni isservi bħala punt ta' tluq għall-proċess ta' ppjanar li nbeda sabiex jissostitwixxi l-pjan ta' struttura?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-punt tat-tluq tat-tfassil tal-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp kienu l-prinċipji msemmija fl-abbozz tal-politika nazzjonali dwar l-ambjent, il-politika nazzjonali dwar l-ekonomija li hija identifikata fid-dokument Viżjoni 2015 u l-miri ta’ Malta fuq l-aspett soċjali. Dawn huma elenkati fin-National Reform Programme. Barra min hekk, il-proċess konsultattiv li sar għar-riforma tal-MEPA wkoll intuża biex jinforma l-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp.
Evalwazzjoni tas-sistema tal-ippjanar u statistiċi dwar applikazzjonijiet u deċiżjonijiet relatati wkoll ittieħdu inkonsiderazzjoni.
Studji partikolari u tekniċi kienu saru wkoll mill-MEPA fl-2006 u dawn ġew evalwati fid-dimensjoni tas-sitwazzjonijiet u l-miri tal-lum. Barra minn hekk, saret ħidma ta’ konsultazzjoni ma’ Ministeri u entitajiet tal-Gvern biex wieħed jieħu inkonsiderazzjoni viżjonijiet u għanijiet settorali.
Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tal-programmi kollha li bbenefikaw mill-Programm Interreg minn meta Malta bdiet tipparteċipa f'dan il-programm? Jista' jgħid x'inhu l-valur tal-proġetti approvati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-programm INTERREG kien jagħmel parti mill-politika ta’ Koeżjoni 2004-2006. Malta ipparteċipat matul il-perijodu 2004 -2006 f'55 proġett li kienu ffinanzjati taħt erba' programmi INTERREG. L-ammont ta’ FEŻR li ġie verifikat b'konnessjoni ma’ dawn il-proġetti huwa ta’ €4,238,624.71. It-tabella mehmuża turi kif dan it-total huwa mqassam bejn il-proġetti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, għar-rigward tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jekk dawk li se jfasslu l-ippjanar li se jissostitwixxi l-pjan ta' struttura ngħatawx xi linji gwida, direzzjoni jew prijoritajiet sabiex isegwu fil-ħidma tal-ippjanar tagħhom? Jekk dawn il-linji gwida ngħataw, jista' jgħid minn min ingħataw u jista' jqiegħed dawn il-linji gwida u prijoritajiet fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li propju f’dawn il-ġranet qiegħed jiġi finalizzat id-dokument li ser jagħti linji gwida lill-esperti tekniċi li ser jaħdmu fuq il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp. Dan id-dokument għad irid jiġi approvat mill-Gvern. Ġaladarba dan iseħħ, jiena npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra.
Mepa — Pjan ta' Struttura - Settur privat - proċess ta' ppjanar
Question
B'referenza għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-settur privat (ċittadini, businesses, assoċjazzjonijiet varji) hux se jkunu involuti fil-proċess ta' ppjanar li nbeda, liema proċess għandu jissostitwixxi l-pjan ta' struttura?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nikkonferma li fil-proċess tat-tfassil tal-Pjan Strateġiku għall Ambjent u l-Iżvillupp ser ikun hemm żewġ fażijiet ta’ konsultazzjoni.
Waqt dawn il-fażijiet is-settur privat u l-pubbliku ser ikkollhom l-opportunita li jagħtu l-kummenti tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Life Sciences Project? Jista' jgħid x'inhuma t-time frames tal-fażijiet kollha tal-proġett? Jista' jgħid kemm se jqumu l-komponenti kollha tal-proġett u xi tħallas s'issa minn dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fis-sit allokat beda fil-5 ta’ Settembru 2011 meta ġiet magħluqa iż-żona li se tiġi żviluppata. L-ewwel fażi, it-twaqqiegħ tal-bini kurrenti u tħaffir, hija mistennija li titlesta sa Mejju 2012. It-tieni fażi, il-kostruzzjoni tal-bini u t-tisbiħ tal-ambjent ta’ madwaru hija mistennija li titlesta sal-aħħar tal-2014.
Il-proġett huwa stmat li ser jiswa madwar €32.2 miljun (VAT eskluża), u se jkun kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF). Sa llum tħallsu biss pagamenti ‘interim’ għall-ġestjoni tal-proġett u s-servizzi tad-disinn tal-proġett.
Qasam Ambjentali — Malta Enterprise u Malta Industrial Parks - industriji ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise jew il-Malta Industrial Parks approvatx xi proġetti għall-industriji ġodda fil-Qasam Ambjentali? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' jgħid jekk kenux allokati fondi jew benefiċċji taħt xi skema oħra lil dawn l-industriji?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2011 il-Malta Enterprise ma approvatx proġetti ġodda fil-Qasam Ambjentali. Madankollu, ta’ min jinnota illi taħt l-iskemi ERDF ġew approvati 10 proġetti ta’ kumpaniji diġà stabbiliti li investew f’teknoloġiji speċifikament favur l-ambjent.
Directive on Integrated Pollution and Prevention Control
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta kienet addottata fil-Liġijiet Maltin id-direttiva Directive on Integrated Pollution and Prevention Control?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-imsemmija Direttiva taqa’ taħt Att Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Tal-Iżvilupp (Kap. 504). Għaldaqstant, nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Prim Ministru.
Rappreżentati Permanenti fi Brussell — kuntratti ta' konsulenzi
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti elenku sħiħ tal-kuntratti kollha għas-servizzi varji bejn ir-rappreżentanti permanenti ġewwa Brussell u kumpaniji u konsulenzi privati? Jista' jagħti dettalji dwar it-terminu, l-valur u l-isem uffiċjali ta' dawn il-kumpaniji u konsulenti li jagħtu dawn is-servizzi?
Response (BORG, TONIO)
Ir-risposta tar-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea qed tiġi mhurija fit-tabella annessa.
korsijiet tal-B.Ed — capping fuq in-numru ta' applikanti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru stabbilit mill-Fakultà tal-Edukazzjoni għal studenti undergraduates tal-korsijiet tal-B.Ed għal kull suġġett qabel ma qamet il-kontroversja dwar il-capping fuq in-numru ta' applikanti? Tista' tgħid kemm kien in-numru li finalment kien stabbilit għall-applikanti fis-suġġetti kollha mogħtija taħt il-B.Ed wara li kienet riżolta l-issue dwar il-placements tat-teaching practice?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm offerti għall-e-learning platform għad-divizjoni tal-edukazzjoni? Tista' tgħid kemm kienu l-ammonti ta' kull offerta, partikolarment dik li finalment kienet magħżula? Tista' tgħid minn min kien kompost il-kumitat li għamel l-evalwazzjoni teknika ta' dan il-proċess ta' tendering?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Tweġiba għal din il-mistoqsija trid tingħata mill-Ministeru responsabbli mit-Teknoloġija tal-Informatika.
Awtorità tar-Riżorsi ta' Malta u l-uffiċċju dwar ir-regolamenti tal-bini — memorandum of understanding
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-memorandum of understanding li hemm bejn l-Awtorità tar-Riżorsi ta' Malta u l-uffiċċju dwar ir-regolamenti tal-bini biex jara li dan l-uffiċċju jkun qed isegwi l-implimentazzjoni tad-direttiva Energy Performance of Buildings Directives?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi kopja tad-dokument mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
direttivi ta' natura ambjentali addottati fil-liġijiet Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu d-direttivi ta' natura ambjentali (tal-Unjoni Ewropea) li ġew addottati (transposed) fil-liġijiet Maltin mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tintsab fis-Segretarjat responsabbli mill-materji li jikkonċernaw l-Unjoni Ewropea fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Għaldaqstant nistieden l-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Life Sciences Project — periti, project managers u konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti, project managers u konsulenti oħra li qed jaħdmu fuq il-Life Sciences Project? Jista' jgħid kif intgħażlu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi is-sejħa għall-offerti għall-Project Management and Design Services tal-Life Sciences Centre kienet ġiet pubblikata mid-Dipartiment tal-Kuntratti tal-Gvern f’isem il-Malta Enterprise fil-25 ta’ Settembru 2009 (No. 18,486). Ħdax-il offerta ġew mitfuħa li minnhom intagħżlet l-offerta ta’ QPM Ltd.