National Action Plan for the Reduction and Elimination of Land Based Pollution
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument National Action Plan for the Reduction and Elimination of Land Based Pollution? Jista' jagħti rendikont kif dan il-pjan ta' azzjoni qed ikun segwit u implimentat?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan, fis-sena 2008, Malta preparat inventarju ta’ rilaxx ta’ sustanzi fl-ilma baħar.
Malta għandha wkoll obligi tal-Unjoni Ewropeja sabiex tħares il-kwalità tal-ilma baħar fejn fosthom hemm l-obbligi tal-Water Framework Directive. Dawn l-obbligi waslu sabiex fis-sena 2011 il-MEPA u l-MRA preparaw pjan t’azzjoni fil-qasam tal-ilma. L-miżuri tal-pjan tas-sena 2005 ġew diskussi u inkorporati fil-pjan tal-qasam tal-ilma.
Sensiela ta’ miżuri qegħdin jiġu implimentati fil-prattika sabiex iwassal għal kwalità aħjar fil-maniġġjar tal-ilma. Fost dawn hemm miżuri speċifiċi għall-agrikoltura u l-akwakultura, titjieb fl-operat mill-industrija bl-introduzzjoni ta’ permessi ambjentali li fost oħrajn jirregolaw l-emissjonijiet fl-ilma u kif ukoll numru ta’ miżuri sabiex ikun hawn aktar għarfien dwar l-ilma.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument Water Catchment Management Plan? Jista' jgħid x'inhu l-pjan ta' implimentazzjoni t'azzjoni ta' dan il-pjan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi CD b’kopja tad-dokument mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-National Environmental Health Action Plan? Jista' jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-implimentazzjoni ta' dan il-pjan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat li n-
National Environment and Health Action Plan
attwali jkopri l-perjodu tas-snin 2006 sal-2010.
Ħafna mill-azzjonijiet indikati f’dan il-pjan ġew fil-fatt imwettqa f’dan iż-żmien. Fil preżent qed isir xogħol fejn qed jiġi evalwat il pjan attwali u jiġi imfassal pjan ġdid li jkun jinkludi fih il-principji elenkati fid-Dikjarazzjoni li ġiet iffirmata f’Parma is-sena l-oħra. Bħalissa għadhom għaddejin konsultazzjponijiet internazzjonali fuq pjan ta’ azzjoni komuni.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex ikun ippubblikat l-abbozz Green Public Procurement Action Plan li suppost kien imniedi din is-sena?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku ġie approvat mill-Kabinett f'Awissu ta’ din is-sena. Dan il-Pjan Nazzjonali, ġie żvelat fit-tnedija pubblika fil-21 ta' Novembru 2011 mill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment l-Hon. Tonio Fenech u s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura l-Hon. Mario de Marco.
Mill-Pjan Nazzjonali li kien ġie approvat, numru ta' inizjattivi diġà qegħdin jiġu mwettqa biex jiġi żgurat li l-aspett ambjentali jiġi integrat fl-akkwist tal-gvern għall-prodotti u s-servizzi stipulati fil-pjan. Fost l-inizjattivi li diġà ittieħdu sabiex nippromwovu l-adozzjoni tal-kriterji stabbiliti fil-linji gwida nazzjonali jinkludu,sessjonijiet ta’ taħriġ man-negozjanti u l-prokuraturi pubbliċi, tnedija tas-sit
online
u l-ħolqien ta' Helpdesk fuq GPP.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Green Public Procurement Action Plan.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument rapport tal-Unjoni Ewropea: Building Capacity to introduce the Pollution Pays Principle through Economic Instruments to Implement the EU Environmental Acquis?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra iż-żewġ rapporti mitluba.
interconnector li se jgħaqqad lil Malta mal-Ewropa
Question
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex l-interconnector li se jgħaqqad lil Malta mal-grid tal-elettriku Ewropew se jgħaddi AC (alternating current) minflok elettriku DC (direct current) kif normalment ikunu interconnectors tat-tip li se jkun stallat? Jista' jgħid min ta l-parir lill-Korporazzjoni Enemalta jew lill-gvern sabiex l-interconnector bejn Malta u Sqallija jkun AC?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li t-teknoloġija tal-interconnector HVAC ġiet magħżula wara studju dettaljat li saru mill-Kumpanija Enemalta. L-istudju wera li l-link modern tal-HVAC se jirriżulta f’operazzjoni iktar flessibbli u f’inqas spejjeż.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex tibda tkun prodotta enerġija billi jinħaraq gas methane iġġenerat mill-Engineered Landfills?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16794, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlestew il-pumping trials neċessarji sabiex eventwalment ikun determinat il-potenzjal tal-gass taż-Żwejra ħalli jkun stabbilit jekk hux kapaci jħaddem apparat li jipproduċi enerġija elettrika. Inħareġ għalhekk it-tender għall-kiri ta’ dan l-apparat u r-riżultat ta’ dan ikun magħruf fi żmien qarib. Kif għidnafil-Mistoqsija Parlamentari 16794:
“
Il-Methane li jinsab fil-gas tal-Magħtab qed jintuża biex iżomm għolja t-temperatura ta’ l-RTO u b’hekk jigi evitat milli tintuża l-enerġija elettrika biex tipprovdi din is-sħana.
Għaldaqstant l-enerġija elettrika qed tigi frankata flok iġġenerata
.”
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-pjan li jitwaqqaf Kumitat Interministerjali presedut mill-Prim Ministru sabiex jara l-istrateġiji politika u azzjonijiet li jkollhom effett sinifikanti fuq il-bdil tal-klima kif indikat fl-Istrateġija Nazzjonali għal Politika u Mizuri relatati mat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gas serre?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumitat Interministerjali dwar it-Tnaqqis tal-Emissjonijiet tal-Gas Serra ġie appuntat nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2011 u l-ewwel laqgħa hija skedata għal għax-xahar ta’ Diċembru.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-pjan li jitwaqqaf Efficient Energy One Stop Shop Portal fi ħdan id-Diviżjoni għal Tibdil tal-Klima fi ħdan l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Strateġija Nazzjonali għal Politika u Miżuri ta' Tnaqqis — rendikont
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-implimentazzjoni dwar l-Istrateġija Nazzjonali għal Politika u Miżuri ta' Tnaqqis sabiex jitnaqqsu l-Emissjonijiet ta' Gas Serre (National Strategy for Policy and Abatement Measures Relating to the Reduction of Greenhouse Gas Emissions) li kien imniedi aktar minn sentejn ilu f'Settembru 2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
interconnector li se jgħaqqad lil Malta mal-Ewropa
Question
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex l-interconnector li se jgħaqqad Malta mal-grid tal-elettriku Ewropew se jgħaddi AC (alternating current) minflok elettriku DC (direct current) kif normalment ikunu interconnectors tat-tip li se jkun stallat? Jista' jgħid min ta l-parir lill-Korporazzjoni Enemalta jew lill-gvern sabiex l-interconnector bejn Malta u Sqallija jkun AC?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-pjanijiet ta' skola fuq il-Ground tax-Schreiber, Raħal Ġdid? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dan il-proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Wara li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada ħadmet u issottomettiet l-applikazzjoni l-MEPA għall-iskola l-ġdida tal-Bniet f’Ħal Kirkop, issa qed tkompli taħdem fuq il-pjanti tal-iskola ta’ Raħal il-Ġdid. Dawn għadhom iridu jkunu ffinalizzati.
power station il-ġdida — rotta li minnha se jgħaddi l-iskart tossiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rotta mħabbra li minnu se jgħaddi l-iskart tossiku li mistenni jkun prodott mill-power station il-ġdida, liema rotta kienet tinkludi l-passaġġ minn xi sebat ibliet jew irħula, hijiex issa konfermata? Jista' jikkonferma li l-ħsieb originali kien li dan l-iskart kellu jinġarr bil-baħar għall- post fejn jinħażen viċin il-Freeport? Jista' jgħid għaliex inbidlu l-pjanijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li r-rotta ppubblikata hija suġġett għal approvazzjoni mill-MEPA, u hija parti mill-proċess tal-IPPC. Il-pjan li jinġarr skart minn Delimara għall-Freeport bil-baħar hija waħda mill-possibilitajiet li qed tigi kkunsidrata.
The National Action Plans for the Protection of the Marine Environment from Land Based Activities
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument The National Action Plans for the Protection of the Marine Environment from Land Based Activities? Jista' jgħid kif dan il-pjan qed jiġi segwit u implimentat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq il-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Onorevoli prim Ministru li huwa responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument n-National Biodiversity Strategy for Malta? Jista' jgħid kif dan il-pjan qed jiġi segwit u implimentat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq il-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Onorevoli prim Ministru li huwa responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar
National Action Plan for the Reduction and Elimination of Land Based Pollution
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument National Action Plan for the Reduction and Elimination of Land Based Pollution? Jista' jagħti rendikont kif dan il-pjan ta' azzjoni qed ikun segwit u implimentat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq il-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Onorevoli prim Ministru li huwa responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar
B'referenza għas-6th Environmental Action Plan, jista' l-Prim Ministru jgħid kif qed jiġu applikati minn Malta l-oġġettivi ta' dan il-pjan ta' azzjoni, partikolarment l-oġġettivi orizzontali u l-oġġettivi relatati ma' governanza?
Sistema ta' adozzjoni u tħaddim ta' Environmental Management Instruments
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fis-settur pubbliku teżistix sistema ta' adozzjoni u tħaddim ta' Environmental Management Instruments bħala EMAS jew ISO 14001 minn aġenziji jew dipartimenti governattivi? Jekk jeżistu entitajiet li addottaw dawn is-sistemi amministrattivi, jista' jgħid liema huma dawn l-entitajiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant sa fejn nafu l-uniku aġenzija governattiva li hija ċertifikata għal MSA EN ISO 14001 hija l-EneMalta. Qed ngħid safejn nafu għaliex entitajiet jistgħu jiġu ċertifikati minn aġenziji barranin li jkunu jistgħu jagħtu dan iċ-ċertifikat. F’Malta hija l-Awtorità Maltija dwar il-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur li hija responsabbli mir-Regolament (EC) No 1221/2009 dwar lis-skema tal-UE dwar l-EMAS.
Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu inkluż dak tas-Segretarju Parlamentari? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'attivitajiet jew programmi ġew imnedija mill-entitajiet governattivi sabiex ixerrdu awareness u tagħrif dwar l-iżvilupp sostenibbli f'Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 25721 fejn hemm elenkati il-programmi li huma relatati mall-iżvliupp sostenibbli.
Barra minn hekk kien hemm inizzjattivi varji li jinkoraġġixxu t-tisħiħ tal-pilastri tal-iżvilupp sostenibbli, u fost oħrajn ser insemmi dawn li ġejjin:
Appoġġ u parteċipazzjoni fl-Earth Garden Festival
Kampanja fuq l-valur u l-użu tal-ilma
Eco-Gozo
Appoġġ u parteċipazzjoni fl-attivitiajiet organizzati permezz tal-ekoskola
Kampanja informattiva dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm
Sessjonijiet informattivi fuq diversi suġġetti permezz tal-MEUSAC (bħal Fond tal-Life+, dawk immirati lejn il-kunsilli lokali u oħrajn)
Appoġġ lejn l-attivitajiet organizzati f’
car free day
Kampanja fuq il-Bijodiversità
L-introduzzjoni tas-sistema tal-Park and Ride u l-użu ta’ vetturi elettriċi
Ir-riforma tal-liġi tal-kera
Mediċini b’xejn
Konferenzi dwar Akkwist Pubbliku Ekoloġiku u l-Verifika Ambjentali Strateġika