Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kumpaniji tal-ICT tul dawn l-aħħar ħames snin li joperaw f'Malta jew Għawdex? Jista' jgħid kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Tista' l-Ministru tagħti statistika dwar kemm gradwaw studenti minn korsijiet tal-ICT tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Università, mill-MCAST u minn istituzzjonijiet privati li jħaddnu skemi edukattivi għall-edukazzjoni fl-ICT iffinanzjati mill-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infrastruttura biex ikollna ġenerazzjoni tal-elettriku bil-gass fuq skala nazzjonali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21862, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' fiex waslu l-istudji sabiex ikun magħruf x'infrastruttura hi meħtieġa u kemm se tqum din l-infrastruttura sabiex ikollna ġenerazzjoni tal-elettriku fuq skala nazzjonali li taħdem bil-gass?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ftehim bejn l-Assoċjazjoni Kunsill Lokali u Faces Ltd
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li kien saru bejn l-Assoċjazjoni Kunsill Lokali u Faces Ltd dwar stallazzjoni, manutenzjoni u reklamar ta' bus shelters?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hija entita' mhux Governattiva u hija awtonoma mill-Gvern Ċentrali skont ir-Regolamenti pubblikati taħt il-Kap 363 tal-Liġijiet ta' Malta.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts tal-Public Broadcasting Services għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-PBS tas-snin finanzjarji 2007/2008, 2008/ 2009 u 2009/2010, peress li l-Audited Accounts tas-sena finanzjarja 2010/2011 għadu mhux ffinalizzat.
Issa li qed jingħad li l-Power Station se tibda topera f'Ġunju, jista' l-Ministru jgħid kienx deċiż li l-iskart tossiku jinġarr fuq l-art flok il-baħar? Jista' jagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu attwalment in-numru ta' kapijiet tal-iskejjel tal-knisja lajċi li inħatru fl-istess skola fejn kienu jaħdmu qabel il-ħatra tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-Numru ta’ Kapijiet tal-iskejjel tal-knisja lajċi li nħatru fl-istess skola fejn kienu jaħdmu qabel il-ħatra tagħhom huwa 12.
Inventarju nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gass serra
Question
Jista' l-Ministru jagħti elenki dwar il-ħidma fuq l-inventarju nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gass serra? Jista' jgħid jekk dan l-inventarju hux se jkun pubbliku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inventarju nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, ġie kkompilat mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Rizorsi u kien sottomess lill-Kummissjoni Ewropeja fil-15 ta’ Marzu 2012. Dan ir-rapport, li jkopri s-snin 1990-2010, huwa aċċessibbli għall-pubbliku u jinsab fuq is-sit elettroniku tal-‘European Environment Information and Observation Network’ http://cdr.eionet.europa.eu/mt/eu/ghgmm.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parteċipazzjoni tal-privat fil-laqgħat ta' konsultazzjoni organizzati mill-MEUSAC waslux sabiex tressqu rakkmandazzjonijiet mir-rappreżentanti tal-privat u jekk dawn ir-rakkmandazzjonijiet waslux sabiex inbidlet xi proposta leġislattiva?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni permezz tal-MEUSAC issir f’laqgħat tal-Core Group, ta’ disa’ kumitati settorjali kif ukoll permezz ta’ open consultations. Fil-Core Group u l-kumitati settorjali jieħdu sehem rappreżentanti tal-gvern, tal-partiti politiċi, korpi kostitwiti u soċjetà ċivili. Rappreżentanti tas-settur privat ma jistgħux jipparteċipaw b’mod dirett fil-laqgħat tal-Core Group jew tal-kumitati settorjali. Jiġu mistiedna għal open consultations.
Fil-proċess ta’ konsultazzjoni, isiru rakkmandazzjonijiet minn dawk li jipparteċipaw. Dawn jintbagħtu direttament lill-Ministeru responsabbli (
lead Ministry
) li għandu d-dmir li jikkunsidra dawn ir-rakkmandazzjonijiet meta jressaq għall-approvazzjoni tal-Gvern, il-pożizzjoni ta’ Malta dwar xi proposta leġiżlattiva tal-Unjoni Ewropea.
Studju ta' fattibilità għall-bini ta' tunnel bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji tal-fattibilità għall-bini ta' tunnel bejn Malta u Għawdex? Jista' jgħid min qed jagħmel id-diżinji preliminari u min qed jagħmel l-istudji ta' fattibilità? Jista' jgħid b'liema proċedura ġew imqabbda dawn l-entitajiet?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat jiġifieri lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni.
Tiġdid tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-Konsorzju ELC
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt ta' tisbiħ u landscaping bejn il-gvern u l-Konsorzju ELC hux se jiskadi din is-sena? Jista' jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar it-tidid mill-ġdid ta' dan il-kuntratt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx feasability study fuq il-proposta ta' Sargas wara li din il-kumpanija għamlet preżentazzjoni pubblika f'Novembru tas-sena l-oħra fejn uriet li kienet lesta li tibni impjant għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li juża t-teknoloġija Carbon Capture Storage? Jista' jagħti rapport tal-eżitu ta' dan l-istadju ta' fattibilità jekk fil-fatt sarx?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ikkummisjona lill-KPMG biex tagħmel studju dwar din il-proposta. Dan l-istudju għadu għaddej.
B'referenza għall-intervista rapportata fil-ġurnal New Europe tas-26 ta' Frar - 3 ta' Marzu ma' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn fost l-oħrajn qal, "what is happening in Malta is that there is a whole illegal enterprise going on there with the full support of the politicians who are being bribed by these tuna fisherman," jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jordna investigazzjoni sabiex tkun verifikata l-allegazzjoni jekk hux se jfittex lill-persuna għal-libell?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq parir legali, se jibdew proċeduri f’kawża ta’ libell li se ssir barra minn Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern fuq il-kmamar tal-Armier li nbnew qabel l-1992? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni fuq il-Marfa Action Plan li kien inħareġ fl-2002 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet torganizza l-MEUSAC sabiex jiżdied l-għarfien dwar l-ambjent u responsabbiltajiet ambjentali għad-diversi stakeholders?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Matul it-tlett snin u nofs li ilu mwaqqaf il-MEUSAC saru diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni u informazzjoni dwar proposti leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dwar il-politika tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dik nazzjonali dwar l-ambjent u dwar ir-responsabbiltajiet ambjentali. Dawn il-laqgħat saru kemm għall-membri tal-Core Group u tal-Kumitati Settorjali kif wkoll għal entitajiet pubbliċi u privati rilevanti.
Sal-lum saru b’kollox 29 laqgħa ta’ konsultazzjoni u 5 sessjonijiet ta’ informazzjoni relatati mal-ambjent u responsabilitajiet ambjentali, kif ġej:
Laqgħat ta’ Konsultazzjoni
Data
Suġġett diskuss
25 ta’ Marzu 2009
- Proposta għal Direttiva dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (Riformulazzjoni)
- Proposta għal Direttiva dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku
- L-implimentazzjoni tal-miżuri li joħorġu mid-Direttiva 2005/32/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti
għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija.
2 ta’ April 2009
- Komunikazzjoni mill-Kumissjoni - Lejn qbil komprensiv dwar it-tibdil fil-klima f’Kopenħagen
- Il-Pjan ta’ Malta għall-kwalità tal-arja u t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/50/KE fuq kwalità ta’ arja aħjar għall-Ewropa.
24 ta’ April 2009
White Paper
L-addatament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni
5 ta’ Mejju 2009
Proposta għal Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali (il- prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulazzjoni)
18 ta’ Ġunju 2009
Direttiva 92/75/EEC dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ittikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar.
2 ta’ Lulju 2009
It-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart.
30 ta’ Settembru 2009
L-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/10/KE li temenda d-Direttiva 2008/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fil-
Greenhouse Gas Emissions Trading Scheme.
21 ta’ Ottubru 2009
- Proposta għal Direttiva dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (Riformulazzjoni)
- Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi.
3 ta’ Diċembru 2009
Il-pożizzjoni ta’ Malta fuq Organiżmi Modifikati Ġenetikament.
27 ta’ Jannar 2010
- Il-prijoritajiet tal-Presidenza Spanjola f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent.
- It-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/105/KE fuq l-
istandards
tal-kwalità tal-ambjent fil-qasam tal-politika tal-ilma; u
- Il-
General Binding Rules.
22 ta’ Frar 2010
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Alternattivi għal viżjoni Ewropea u mira għall-bijodiversità wara l-2010
21 ta’ April 2010
L-istrateġija Futura “Ewropa 2020”.
21 ta’ Mejju 2010
- It-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/50/KE fuq kwalità ta’ arja aħjar għall-Ewropa.
- Green Paper dwar il-ġestjoni tal-bijoskart fl-Unjoni Ewropea
12 ta’ Lulju 2010
Pjan Abbozz dwar l-Immaniġġjar tal-Ġbir tal-Ilma għall-Gżejjer Maltin.
10 ta’ Settembru 2010
Proposta għal Regolament li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta ċerti tipi ta’ metall skreppjat ma jibqgħux jitqiesu bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE
8 ta’ Ottubru 2010
Il-pakkett leġiżlattiv dwar Organiżmi Modifikati Ġenetikament propost mill-Kummissjoni fl-Lulju 2010.
23 ta’ Novembru 2010
Proposta għal Direttiva li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ħamrija u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE
15 ta’ Diċembru 2010
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar “Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) lejn l-2020 – Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali”.
29 ta’ April 2011
White Paper
għal pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport: “Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti”
29 ta’ April 2011
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Valutazzjoni tar-rabta bejn il-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) għar-riċiklaġġ sikur u ambjentalment xieraq tal-vapuri, il-Konvenzjoni ta’ Bażel u r-regolament tal-Unjoni Ewropea dwar it-trasport tal-iskart.
13 ta’ Ġunju 2011
L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali (Direttiva 2002/49/KE) – L-Abbozz tal-Pjan ta’ Azzjoni.
23 ta’ Ġunju 2011
- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Enerġija 2020: Strateġija għal enerġija kompetittiva, sostenibbli u sigura.
- Studju Strateġiku Ambjentali dwar ‘Proposta għal Politika tal-Enerġija għal Malta’
29 ta’ Lulju 2011
Preżentazzjoni u diskussjoni dwar
energy audits
mal-uffiċjali tal-‘Building Regulation Office’ (BRO)
6 ta’ Settembru 2011
L-abbozz tal-Pjan għall-Iskart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) li tiddeskrivi l-pjan propost rigward l-implimentazzjoni tad-Direttiva WEEE
16 ta’ Settembru 2011
Id-Direttiva 2009/128/EC li tistabbilixxi qafas ta’ azzjoni għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi.
10 ta’ Novembru 2011
Id-Direttiva 2009/128/EC li tistabbilixxi qafas ta’ azzjoni għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi (Saret f’Għawdex).
18 ta’ Jannar 2012
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-azzjoni Klimatika (LIFE)
24 ta’ Jannar 2012
Qafas leġiżlattiv dwar permessi ambjentali għal attivitajiet industrijali. (l-ewwel laqgħa)
26 ta’ Jannar 2012
Qafas leġiżlattiv dwar permessi ambjentali għal attivitajiet industrijali. (it-tieni laqgħa)
Laqgħat ta’ Konsultazzjoni pjanati għax-xhur li ġejjin:
DataSuġġett diskuss
5 ta’ Marzu 2012
Regolamenti dwar l-Immaniġġjar ta’ Skart (Vetturi fi Tmiem żmienhom) (Emenda), 2012
28 ta’ Marzu 2012
White Paper
dwar il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tal-ħsejjes fil-madwar.
3 ta’ April 2012
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma.
Data għad trid tiġi stabbilita
Is-Seba’ programm ta’ Azzjoni dwar l-Ambjent
Data għad trid tiġi stabbilita
Proposti Leġiżlattivi tal-UE dwar Speċi Aljeni Invażivi
Data għad trid tiġi stabbilita
Pjan ta’ Azzjoni Abbozz dwar il-Bijodiversità
Laqgħat ta’ informazzjoni/seminars:
Data
Suġġett diskuss
9 ta’ Ottubru 2009
It-Tibdil fil-Klima: Perspettivi Globali, tal-UE u Maltin.
21 ta’ Marzu 2011
Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali.
6 ta’ Ġunju 2011
Regolamenti tal-2011 dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart.
28 ta’ Lulju 2011
Lejn Ewropa effiċjenti fl-użu tar-riżorsi.
13 ta’ Settembru 2011
Seminar f’Għawdex dwar:
§ L-abbozz tal-Pjan għall-Iskart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE).
§ L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali (Direttiva 2002/49/KE)
Kunsilli Lokali — bebefiċċju minn fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif il-kunsilli lokali jiġu mgħarrfa bl-opportunitajiet li jeżistu fid-diversi programmi tal-Unjoni Ewropea u programmi oħra minn fejn jistgħu jibbenefikaw minn fondi?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Meta waqqafna l-MEUSAC mill-ġdid fil-bidu ta’ din il-Leġiżlatura, minbarra l-funzjoni ta’ konsultazzoni dwar liġijiet ġodda tal-Unjoni Ewropea (UE), ridna li l-MEUSAC iwassal tagħrif dwar il-politika u l-liġijiet tal-UE filwaqt li jassistu wkoll lill-kunsilli lokali u lill-orgnizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) fil-mili ta’ applikazzjonijiet għal proġetti ffinanzjati jew ko-finanazjati mill-prgrammi ta’ fondi tal-UE.
Fil-fatt, f’Novembru tal-2008, fi ħdan il-MEUSAC twaqqaf il-
Fudning
Unit biex joffri informazzjoni, assistenza u sapport lil kunsilli lokali u NGOs fuq diversi aspetti relatati ma’ opportunitajiet ta’ fondi tal-UE. Permezz ta’ dan il-unit, il-MEUSAC jassisti wkoll lil intrapriżi privati billi tingħata informazzjoni fuq il-fondi tal-UE.
Il-MEUSAC jiffoka fuq l-assistenza li tingħata lill-kunsilli lokali, partikolarment kif dawn jiġu mgħarrfa fuq il-fondi tal-UE. Fil-fatt il-MEUSAC jassisti lill-kunsilli lokali b’diversi mezzi fosthom:
• Laqgħat organizzati direttament mal-kunsilli lokali kkonċernati;
•
Funding Alerts
u artikli li jintbagħtu mis-sit elettroniku Funding360.eu - Dawn jintbagħtu lit-68 Kunsill Lokali f’Malta u f’Għawdex. L-artikli jintbagħtu darba fix-xahar, filwaqt li l-alerts jintbagħtu darba kull gimagħtejn. L-informazzjoni li tintbagħat tikkonċerna tagħrif fuq sejħiet ġodda, informazzjoni fuq organizzazzjonijiet mill-pajjiżi tal-UE li jkunu qegħdin ifittxu
project partners
minn Malta, informazzjoni fuq programmi ta’ fondi tal-UE u kif ukoll informazzjoni fuq taħriġ li ser ikun qed jiġi organizzat biex wieħed jikseb iktar għajnuna jew informazzjoni fuq dawn il-fondi.
• Jintbagħtu e-mails b’informazzjoni fuq sejħiet ġodda tal-fondi tal-UE lil kull kunsill lokali fuq l-indirizz tal-email tal-kunsill.
• Jiġu organizzati aessjonijiet ta’ taħriġ u informazzjoni speċifikament għall-kunsilli lokali.
• Pubblikazzjonijiet tal-MEUSAC li jintbagħtu lill-kunsilli lokali jew li jkunu jistgħu jinġabru mill-uffiċċju tal-MEUSAC.
• ‘Customer Care Help Desk’ fil-MEUSAC fuq mistoqsijiet dwar il-fondi tal-UE.
• MEUSAC News, li hu fuljett imqassam kull ġimagħtejn f’gazzetta lokali. F’dan il-fuljett wieħed ikun jista’ jsib artikli b’informazzjoni fuq il-fondi tal-UE.
• Parteċipazzjoni minn uffiċjali tal-MEUSAC għal laqgħat li għalihom jkunu mistiedna kunsilli lokali biex dawn l-uffiċjali jitkellmu dwar s-servizzi li joffri l-MEUSAC
.
• Kollaborazzjoni mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex il-MEUSAC jippromwovi xi sejħiet partikolari.